This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014D0119-20250304
Council Decision 2014/119/CFSP of 5 March 2014 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Ukraine
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina
02014D0119 — MT — 04.03.2025 — 015.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 (ĠU L 066 6.3.2014, p. 26) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2014/216/PESK tal-14 ta' April 2014 |
L 111 |
91 |
15.4.2014 |
|
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/143 tad-29 ta' Jannar 2015 |
L 24 |
16 |
30.1.2015 |
|
L 62 |
25 |
6.3.2015 |
||
L 142 |
30 |
6.6.2015 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1781 tal-5 ta' Ottubru 2015 |
L 259 |
23 |
6.10.2015 |
|
L 60 |
76 |
5.3.2016 |
||
L 58 |
34 |
4.3.2017 |
||
L 63 |
48 |
6.3.2018 |
||
L 64 |
7 |
5.3.2019 |
||
L 71 |
10 |
6.3.2020 |
||
L 77 |
29 |
5.3.2021 |
||
L 70 |
7 |
4.3.2022 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1507 tad-9 ta’ Settembru 2022 |
L 235 |
32 |
12.9.2022 |
|
L 67 |
47 |
3.3.2023 |
||
L 828 |
1 |
5.3.2024 |
||
L 437 |
1 |
3.3.2025 |
Ikkoreġuta bi:
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/119/PESK
tal-5 ta’ Marzu 2014
dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina
Artikolu 1
Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna jinkludu persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ukrajna:
għall-misapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali misapproprjazzjoni; jew
għall-abbuż tal-uffiċju bħala detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih jew għal parti terza, u li b'hekk jikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali abbuż.
L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra adatti, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:
meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familji dipendenti minnhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew ipoteki, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;
maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;
maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.
L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi ffriżati dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu l-oġġett ta' sentenza arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fill-paragrafu 1 kienu ġew elenkati fl-Anness, jew ta' sentenza ġudizjarja, amministrattiva jew arbitrali li ġiet mogħtija fl-Unjoni, jew sentenza ġudizjarja li tkun infurzabbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data;
il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament bħala pagament ta' pretensjonijiet assigurati minn tali sentenza jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;
is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u
ir-rikonoxximent tas-sentenza ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru konċernat.
L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.
Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;
pagamenti dovuti minħabba kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew
pagamenti dovuti taħt sentenzi ġudizjarji, amministrattivi jew arbitrali li ġew mogħtija fl-Unjoni jew li huma infurzabbli fl-Istat Membru konċernat,
sakemm kwalunkwe tali imgħax, dħul ieħor u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.
Artikolu 2
Artikolu 3
Artikolu 4
Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2), l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta’ Marzu 2026.
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kontinwa. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skont kif ikun xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
ANNESS
A.
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
▼M13 ————— |
||||
2. |
Vitalii Yuriyovych Zakharchenko (Вiталiй Юрiйович Захарченко), Vitaliy Yurievich Zakharchenko (Виталий Юрьевич Захарченко) |
Imwieled fl-20 ta' Jannar 1963, f'Kostiantynivka (Donetsk oblast) eks-Ministru tal-Affarijiet Interni. |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-kariga minn uffiċjal b'kariga pubblika biex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih stess jew għal terza parti, u b'hekk ikkawżat telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
▼M13 ————— |
||||
▼M8 ————— |
||||
▼M9 ————— |
||||
6. |
Viktor Ivanovych Ratushniak (Вiктор Iванович Ратушняк) |
imwieled fis-16 ta' Ottubru 1959, eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan |
6.3.2014 |
▼M13 ————— |
||||
▼M4 ————— |
||||
▼M13 ————— |
||||
▼M8 ————— |
||||
▼M10 ————— |
||||
12. |
Serhiy Vitalyovych Kurchenko (Сергiй Вiталiйович Курченко) |
imwieled fil-21 ta' Settembru 1985 f'Kharkiv, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għall-abbuż tal-uffiċċju sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
▼M11 ————— |
||||
▼M6 ————— |
||||
▼M11 ————— |
||||
▼M7 ————— |
||||
▼M12 ————— |
||||
▼M10 ————— |
B. Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva
Id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna
L-Artikolu 42 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Ukrajna (“Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali”) jipprevedi li kull persuna li tkun suspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali tgawdi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dawn jinkludu: id-dritt li wieħed ikun infurmat bir-reat kriminali li jkun ġie ssuspettat jew akkużat bih; id-dritt li jkun infurmat, espressament u fil-pront, bid-drittijiet tiegħu taħt il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali; id-dritt li jkollu, meta jkun talab għall-ewwel darba, aċċess għal avukat tad-difiża; id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet għal azzjonijiet proċedurali; u d-dritt li jikkontesta d-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet u l-omissjonijiet mill-investigatur, il-prosekutur pubbliku u l-imħallef inkwirenti.
L-Artikolu 303 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jiddistingwi bejn deċiżjonijiet u ommissjonijiet li jistgħu jiġu kkontestati matul il-proċedimenti ta’ qabel il-proċess (l-ewwel paragrafu) u d-deċiżjonijiet, l-atti u l-omissjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati fil-qorti matul il-proċedimenti preparatorji (it-tieni paragrafu). L-Artikolu 306 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet tal-investigatur jew il-prosekutur pubbliku jridu jiġu kkunsidrati minn imħallef inkwirenti ta’ Qorti lokali fil-preżenza tar-rikorrenti jew l-avukat tad-difiża jew ir-rappreżentant legali tiegħu. L-Artikolu 308 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi li l-ilmenti li jirrigwardaw in-nuqqas mill-investigatur jew mill-prosekutur pubbliku li josservaw żmien raġonevoli matul l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess jistgħu jiġu ppreżentati lil prosekutur pubbliku superjuri u jridu jiġu kkunsidrati fi żmien tlett ijiem minn meta jiġu ppreżentati. Barra minn hekk, l-Artikolu 309 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jispeċifika d-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti li jistgħu jiġu kkontestati b’appell, u li deċiżjonijiet oħra jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest ta’ proċedimenti preparatorji fil-Qorti. Barra minn hekk, għadd ta’ azzjonijiet investigattivi proċedurali huma possibbli biss soġġett għal deċiżjoni mill-imħallef inkwirenti jew minn Qorti (pereżempju s-sekwestru ta’ proprjetà taħt l-Artikoli 167 sa 175, u miżuri ta’ detenzjoni taħt l-Artikoli 176 sa 178, tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali).
Applikazzjoni tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ kull waħda mill-persuni elenkati
2. Vitalii Yuriyovych Zakharchenko
Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Zakharchenko, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tad-19 ta’ April 2021 li jordnaw id-detenzjoni taħt kustodja tas-Sur Zakharchenko kif ukoll id-deċiżjoni tal-Qorti tad-Distrett Pecherskyi ta’ Kiev bid-data tal-10 ta’ Awwissu 2021 li tagħti permess biex titwettaq investigazzjoni speċjali ta’ qabel il-proċess fil-proċediment kriminali Nru 42016000000002929. Dawk id-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti jikkonfermaw l-istatus ta’ suspettat tas-Sur Zakharchenko u jenfasizzaw li s-suspettat qed jinħeba mill-investigazzjoni sabiex jevita r-responsabbiltà kriminali.
Barra minn hekk, il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu s-Sur Zakharchenko. Fit-12 ta’ Frar 2020, il-korp investigattiv iddeċieda li jqiegħed lis-Sur Zakharchenko fil-lista internazzjonali ta’ persuni mfittxijin u bagħat it-talba lid-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija fi ħdan il-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna biex jiddaħħal fil-bażi ta’ data tal-Interpol. Barra minn hekk, fil-11 ta’ Mejju 2021, l-Ukrajna bagħtet talba għal assistenza legali internazzjonali lill-Federazzjoni Russa biex tistabbilixxi fejn jinsab is-Sur Zakharchenko, li ġiet irrifjutata mir-Russja fil-31 ta’ Awwissu 2021.
Il-Kunsill għandu informazzjoni li fid-9 ta’ Frar 2022 tlestiet l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fil-proċediment kriminali Nru 42016000000002929 u fil-5 ta’ Awwissu 2022, wara li ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali tal-Ukrajna, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali bagħat att tal-akkuża lill-Qorti tad-Distrett Pecherskyi tal-Belt ta’ Kiev għall-konsiderazzjoni tal-merti tal-każ. Barra minn hekk, fit-2 ta’ Mejju 2023, il-Qorti tad-Distrett Sviatoshynskyi ta’ Kiev laqgħet it-talba tal-prosekutur u ffissat proċess bħala parti mill-proċedimenti ġudizzjarji speċjali (in absentia) fin-nuqqas tal-akkużat. Il-Kunsill ġie infurmat li s-seduti tal-qorti għadhom għaddejjin.
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ukreni, is-Sur Zakharchenko ma involviex avukat difensur fil-proċedimenti kriminali fl-Ukrajna iżda l-interessi tiegħu ġew irrappreżentati minn avukat difensur assenjat. Ma jista’ jiġi aċċertat ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fiċ-ċirkostanzi fejn id-difiża ma tkunx qed teżerċita dawk id-drittijiet.
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perjodi li matulhom is-Sur Zakharchenko kien qed jaħrab mill-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perjodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq attribwiti lis-Sur Zakharchenko kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.
6. Viktor Ivanovych Ratushniak
Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Ratushniak, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-imħallef inkwirenti tad-19 ta’ April 2021 li jordnaw detenzjoni taħt kustodja fuq is-Sur Ratushniak kif ukoll id-deċiżjoni tal-Qorti tad-Distrett Pecherskyi ta’ Kiev bid-data tal-10 ta’ Awwissu 2021 li tagħti permess biex titwettaq investigazzjoni speċjali ta’ qabel il-proċess fil-proċediment kriminali Nru 42016000000002929. Dawk id-deċiżjonijiet tal-imħallfin inkwirenti jikkonfermaw l-istatus ta’ suspettat tas-Sur Ratushniak u jenfasizzaw li s-suspettat qed jinħeba mill-investigazzjoni sabiex jevita r-responsabbiltà kriminali.
Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu lis-Sur Ratushniak. Fit-12 ta’ Frar 2020, il-korp investigattiv iddeċieda li jqiegħed lis-Sur Ratushniak fil-lista internazzjonali ta’ persuni mfittxijin u bagħat it-talba lid-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija fi ħdan il-Pulizija Nazzjonali tal-Ukrajna biex jiddaħħal fil-bażi ta’ data tal-Interpol. Barra minn hekk, fil-11 ta’ Mejju 2021 l-Ukrajna bagħtet talba għal assistenza legali internazzjonali lill-Federazzjoni Russa biex tistabbilixxi fejn jinsab is-Sur Ratushniak, li ġiet irrifjutata mir-Russja fil-31 ta’ Awwissu 2021.
Il-Kunsill għandu informazzjoni li fid-9 ta’ Frar 2022 tlestiet l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fil-proċediment kriminali Nru 42016000000002929 u fil-5 ta’ Awwissu 2022, wara li ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali tal-Ukrajna, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali bagħat att tal-akkuża lill-Qorti tad-Distrett Pecherskyi tal-Belt ta’ Kiev għall-konsiderazzjoni tal-merti tal-każ. Barra minn hekk, fit-2 ta’ Mejju 2023, il-Qorti tad-Distrett Sviatoshynskyi ta’ Kiev laqgħet it-talba tal-prosekutur u ffissat proċess bħala parti mill-proċedimenti ġudizzjarji speċjali (in absentia) fin-nuqqas tal-akkużat. Il-Kunsill ġie infurmat li s-seduti tal-qorti għadhom għaddejjin.
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ukreni, is-Sur Ratushniak ma involvix avukat difensur fil-proċedimenti kriminali fl-Ukrajna iżda l-interessi tiegħu ġew irrappreżentati minn avukat difensur assenjat. Ma jista’ jiġi aċċertat ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fiċ-ċirkostanzi fejn id-difiża ma tkunx qed teżerċita dawk id-drittijiet.
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perjodi li matulhom is-Sur Ratushniak kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perjodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti hawn fuq attribwiti lis-Sur Ratushniak ikkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.
12. Serhiy Vitalyovych Kurchenko
Il-proċedimenti kriminali relatati mal-miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi għadhom għaddejjin.
L-informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill turi li d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tas-Sur Kurchenko, inkluż id-dritt fundamentali li l-kawża tiegħu tinstema’ fi żmien raġonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, ġew rispettati fil-proċedimenti kriminali li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill. Dan jidher b’mod partikolari permezz tal-fatt li d-difiża ġiet notifikata bit-tlestija tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fil-proċediment kriminali Nru 42016000000003393 fit-28 ta’ Marzu 2019 u ngħatat aċċess għall-materjali għall-familjarizzazzjoni. Fil-11 ta’ Ottubru 2021, l-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna informa wkoll lill-avukati difensuri tas-Sur Kurchenko dwar it-tlestija tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess u l-għoti ta’ aċċess għall-materjal tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess għall-familjarizzazzjoni. Il-Kunsill irċieva informazzjoni li l-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna ppreżenta mozzjoni biex jiġi stabbilit skadenza għar-rieżami mill-parti tad-difiża sabiex jiġi indirizzat id-dewmien tal-parti tad-difiża fir-rieżami tal-materjali tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess. Il-Kunsill ġie infurmat li fid-deċiżjoni tagħha tas-27 ta’ Ġunju 2022, il-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni stabbiliet limitu ta’ żmien sal-1 ta’ Diċembru 2022 għall-parti tad-difiża biex ilestu l-proċess ta’ familjarizzazzjoni, u wara dan jitqiesu li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jaċċessaw il-materjali. Fis-7 ta’ Diċembru 2022, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjalizzat Kontra l-Korruzzjoni bagħat l-att tal-akkuża lill-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tal-Ukrajna għall-eżami tal-merti tal-każ. Fit-30 ta’ Marzu 2023, il-Qorti kellha seduta preliminari u ddeċidiet li tiffissa proċess. Fl-istess data, il-Qorti laqgħet ukoll it-talba tal-prosekutur biex jitmexxew proċedimenti tal-qorti speċjali (in absentia) kontra l-akkużat. Il-Kunsill ġie infurmat li s-seduti tal-qorti għadhom għaddejjin.
B’rabta mal-proċediment kriminali Nru. 12014160020000076, fid-deċiżjoni tagħha tat-18 ta’ Settembru 2020, il-Qorti ta’ Appell ta’ Odessa laqgħet l-appell mill-prosekutur u imponiet miżura preventiva ta’ detenzjoni taħt kustodja fuq is-Sur Kurchenko. Il-Qorti ddikjarat ukoll li s-Sur Kurchenko telaq mill-Ukrajna fl-2014 u li ma jistax jiġi stabbilit fejn jinsab. Il-Qorti kkonkludiet li s-Sur Kurchenko qed jinħeba mill-korpi ta’ investigazzjoni ta’ qabel il-proċess sabiex jevita r-responsabbiltà kriminali. Fl-20 ta’ Diċembru 2021, il-Qorti tad-Distrett Kyivskyi tal-Belt ta’ Odessa tat permess biex titwettaq investigazzjoni speċjali ta’ qabel il-proċess in absentia. Barra minn hekk, fl-20 ta’ Ottubru 2021, il-Qorti tad-Distrett Kyivskyi tal-Belt ta’ Odessa ċaħdet l-appell tal-avukati biex tikkanċella r-riżoluzzjoni tal-prosekutur dwar is-sospensjoni tal-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess bid-data tas-27 ta’ Lulju 2021.
Il-Kunsill għandu informazzjoni li l-awtoritajiet Ukreni ħadu miżuri biex ifittxu lis-Sur Kurchenko. Fit-13 ta’ Mejju 2021, id-Dipartiment Prinċipali tal-Pulizija Nazzjonali fir-Reġjun ta’ Odessa bagħat it-talba lill-Uffiċċju Ukren tal-Interpol u l-Europol biex jippubblikaw Avviż Aħmar dwar is-Sur Kurchenko, li qed jiġi kkunsidrat. Il-Kunsill ġie infurmat li fid-29 ta’ April 2020 l-awtoritajiet Ukreni bagħtu talba għal assistenza legali internazzjonali lill-Federazzjoni Russa, li ġiet irritornata fit-28 ta’ Lulju 2020 mingħajr eżekuzzjoni.
Il-Kunsill ġie informat li fis-6 ta’ Mejju 2022 tlestiet l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess fil-proċediment kriminali Nru 12014160020000076 u fil-1 ta’ Awwissu 2022, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tar-Reġjun ta’ Odessa bagħat att tal-akkuża lill-Qorti tad-Distrett Prymorskyi tal-Belt ta’ Odessa għall-konsiderazzjoni tal-merti tal-każ. Fit-18 ta’ April 2023, il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekutur biex jitmexxew proċedimenti tal-qorti speċjali (in absentia) kontra l-akkużat. Il-Kunsill ġie infurmat li s-seduti tal-qorti għadhom għaddejjin.
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill iqis li l-perjodi li matulhom is-Sur Kurchenko kien qed jevita l-investigazzjoni jridu jiġu esklużi mill-kalkolu tal-perjodu rilevanti għall-valutazzjoni tar-rispett tad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli. Għaldaqstant, il-Kunsill iqis li ċ-ċirkostanzi deskritti fid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ta’ Odessa attribwiti lis-Sur Kurchenko kif ukoll in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tat-talba għal assistenza legali internazzjonali kkontribwew b’mod sinifikanti għat-tul tal-investigazzjoni.