Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 02021R2306-20241202
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/2306 of 21 October 2021 supplementing Regulation (EU) 2018/848 of the European Parliament and of the Council with rules on the official controls in respect of consignments of organic products and in-conversion products intended for import into the Union and on the certificate of inspection (Text with EEA relevance)
Texto consolidado: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
02021R2306 — MT — 02.12.2024 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (ĠU L 461 27.12.2021, p. 13) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/760 tat-8 ta’ April 2022 |
L 139 |
13 |
18.5.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2238 tat-22 ta’ Awwissu 2022 |
L 294 |
3 |
15.11.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2975 tal-25 ta’ Settembru 2024 |
L 2975 |
1 |
29.11.2024 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2306
tal-21 ta’ Ottubru 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-konsenji ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:
il-verifika f’pajjiżi terzi ta’ konsenji ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u l-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni;
il-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni; u
l-azzjoni f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 li jridu jieħdu l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll fil-pajjiżi terzi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“konsenja” tfisser konsenja, kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni; madankollu, fil-każ ta’ prodotti organiċi u prodotti fil-fażi tal-konverżjoni eżentati minn kontrolli uffiċjali f’postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305, din tfisser kwantità ta’ prodotti taħt kodiċi wieħed jew aktar tan-Nomenklatura Magħquda, koperti minn ċertifikat ta’ spezzjoni wieħed, imwassla bl-istess mezz ta’ trasport u importati mill-istess pajjiż terz;
“post ta’ kontroll fuq il-fruntiera” tfisser post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;
“punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera” tfisser punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fejn isiru l-kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305;
“punt ta’ kontroll” tfisser punt ta’ kontroll ieħor għajr post ta’ kontroll fuq il-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 53(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/625;
“verifika ta’ dokumenti” tfisser verifika ta’ dokumenti kif definit fil-punt (41) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;
“verifika tal-identità” tfisser verifika tal-identità kif definit fil-punt (42) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;
“verifika fiżika” tfisser verifika fiżika kif definit fil-punt (43) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625;
“siġill elettroniku kwalifikat” tfisser siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
Artikolu 3
Verifika fil-pajjiż terz
Għall-finijiet tal-paragrafi 2 sa 5, l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll rilevanti għandhom ikunu:
awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848 li ġie rikonoxxut għall-prodotti kkonċernati u għall-pajjiż terz ta’ oriġini tal-prodotti jew, meta applikabbli, fejn tkun saret l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni; jew
awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll ddeżinjati minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz rikonoxxut, kif imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2018/848, ta’ oriġini tal-prodotti jew, meta applikabbli, fejn tkun saret l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni.
Il-verifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir:
mill-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll tal-produttur jew tal-proċessur tal-prodott ikkonċernat; jew
meta l-operatur jew il-grupp ta’ operaturi li jwettaq l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni kif definita fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 ikun differenti mill-produttur jew mill-proċessur tal-prodott, mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll tal-operatur jew mill-grupp ta’ operaturi li jwettaq l-aħħar operazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni.
Il-verifiki tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jivverifikaw:
it-traċċabbiltà tal-prodotti u tal-ingredjenti;
li l-volum tal-prodotti inklużi fil-konsenja jkun konformi mal-kontrolli tal-bilanċ tal-massa tal-operaturi rispettivi skont il-valutazzjoni mwettqa mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll;
id-dokumenti tat-trasport u d-dokumenti kummerċjali rilevanti (inkluż il-fatturi) tal-prodotti;
fil-każ ta’ prodotti pproċessati, li l-ingredjenti organiċi kollha ta’ tali prodotti jkunu saru minn operaturi jew minn gruppi ta’ operaturi ċċertifikati f’pajjiż terz minn awtorità ta’ kontroll jew minn korp ta’ kontroll rikonoxxut, f’konformità mal-Artikolu 46 jew kif imsemmi fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848, jew minn pajjiż terz rikonoxxut, f’konformità mal-Artikolu 47 jew 48 tar-Regolament (UE) 2018/848, jew saru u ġew iċċertifikati fl-Unjoni f’konformità ma’ dak ir-Regolament.
Dawk il-verifiki tad-dokumenti għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti rilevanti kollha, inkluż iċ-ċertifikat tal-operaturi msemmi fl-Artikolu 45(1) il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) 2018/848, ir-rekords tal-ispezzjonijiet, il-pjan tal-produzzjoni għall-prodott ikkonċernat u r-rekords miżmuma mill-operaturi jew mill-gruppi ta’ operaturi, id-dokumenti tat-trasport disponibbli, id-dokumenti kummerċjali u finanzjarji, u dokumenti oħra meqjusa rilevanti mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll.
Artikolu 4
Ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni
Artikolu 5
Format taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u l-użu ta’ TRACES
Meta joħorġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, il-korp ta’ kontroll jew l-awtorità ta’ kontroll għandhom itellgħu fi TRACES id-dokumenti ta’ sostenn kollha, inklużi dawn li ġejjin:
ir-riżultati tal-analiżijiet jew tat-testijiet imwettqa fuq il-kampjuni meħuda, meta applikabbli;
id-dokumenti kummerċjali u tat-trasport bħall-polza ta’ kargu, il-fatturi u l-lista tal-imballaġġ u, fejn l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll ikunu ġew rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848, il-pjan tal-ivvjaġġar imfassal f’konformità mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1698.
Jekk ma tkunx disponibbli fil-mument tal-ħruġ, l-informazzjoni relatata man-numru ta’ pakketti msemmija fil-kaxxa 13 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u l-informazzjoni msemmija fil-kaxxi 16 u 17 tiegħu, kif ukoll id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiġu inklużi jew aġġornati fiċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi żmien 10 ijiem mill-ħruġ tiegħu u, fi kwalunkwe każ, qabel il-verifika u l-approvazzjoni tiegħu mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 6.
Iċ-ċertifikat tal-ispezzjoni għandu jitfassal:
bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni, fil-każ tal-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera;
bil-lingwa uffiċjali jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-konsenja tkun se tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-każ tal-prodotti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305.
Artikolu 6
Kontrolli uffiċjali fuq il-konsenji
L-awtorità kompetenti f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew f’punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif xieraq, għandha twettaq il-kontrolli uffiċjali fuq il-konsenji biex tivverifika l-konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 kif ġej:
verifiki tad-dokumenti tal-konsenji kollha;
verifiki tal-identità mwettqa b’mod aleatorju; u
verifiki fiżiċi bi frekwenza skont il-probabbiltà ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/848.
Il-verifiki tad-dokumenti għandhom jinkludu eżaminazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni, tad-dokumenti ta’ sostenn l-oħra kollha kif previst fl-Artikolu 5 u, meta applikabbli, tar-riżultati tal-analiżijiet jew tat-testijiet imwettqa fuq il-kampjuni meħuda.
Jekk ċertifikat ta’ spezzjoni jkun jeħtieġ korrezzjonijiet ta’ natura purament klerikali jew editorjali, l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta li l-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li jkunu ħarġu ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jaġġornaw l-informazzjoni fi TRACES billi jissostitwixxu d-dokument f’konformità mal-proċedura disponibbli fi TRACES mingħajr ma jimmodifikaw l-informazzjoni fiċ-ċertifikat inizjali dwar l-identifikazzjoni tal-konsenja, it-traċċabbiltà tagħha u l-garanziji.
Wara l-verifika kif imsemmi fil-paragrafu 1 u, meta applikabbli, fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni dwar kull konsenja. Id-deċiżjoni dwar il-konsenja għandha tiġi rreġistrata fil-kaxxa 30 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mal-mudell u n-noti stabbiliti fl-Anness u għandha tindika waħda minn dawn li ġejjin:
il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala organika;
il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala fil-fażi tal-konverżjoni;
il-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera bħala mhux organika;
il-konsenja ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera;
parti mill-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera b’estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.
L-awtorità kompetenti għandha tapprova ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni fi TRACES b’siġill elettroniku kwalifikat.
Għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, għandu japplika dan li ġej:
il-paragrafu 3 għandu japplika flimkien mar-regoli dwar l-użu tad-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED) mill-awtoritajiet kompetenti fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-punt (b)(i) tal-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2017/625 u fil-punti ta’ kontroll f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 ( 3 ) u mar-regoli dwar id-deċiżjonijiet dwar il-konsenji stabbiliti fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625.
il-verifiki tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), jistgħu jsiru mill-bogħod fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera b’rabta ma’ ċerti prodotti organiċi u ċerti prodotti fil-fażi tal-konverżjoni f’konformità mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123;
il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), jistgħu jsiru fil-punti ta’ kontroll b’rabta ma’ ċerti prodotti organiċi u ċerti prodotti fil-fażi tal-konverżjoni f’konformità mal-Artikoli 2 sa 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2123.
Id-deċiżjoni rreġistrata fiċ-ċertifikat ta’ spezzjoni li tindika li l-konsenja jew parti minnha ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, għandha tiġi notifikata minnufih fi TRACES lill-awtorità kompetenti rilevanti li twettaq il-kontrolli uffiċjali biex tiġi verifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (h) u (j) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Jekk id-deċiżjoni meħuda fis-CHED f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2017/625 tkun tindika li l-konsenja ma tikkonformax mar-regoli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera għandha tinforma fi TRACES lill-awtorità kompetenti li tkun ħadet id-deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, biex taġġorna ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni. Barra minn hekk, kull awtorità kompetenti li twettaq kontrolli uffiċjali biex tivverifika l-konformità mar-regoli msemmija fil-punti (a) sa (h) u (j) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/625 għandha tipprovdi kull informazzjoni rilevanti fi TRACES, bħar-riżultati tal-analiżi fil-laboratorju, lill-awtorità kompetenti li tkun ħadet id-deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu biex taġġorna, jekk rilevanti, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.
Meta l-konsenja tinqasam f’lottijiet differenti, l-awtoritajiet doganali għandhom jeżiġu l-preżentazzjoni ta’ CHED finalizzat kif xieraq f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) 2017/625, u ta’ estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 li fil-kaxxa 12 jindika li l-lott jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 7
Proċeduri doganali speċjali
Il-preparazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu limitati għat-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:
l-imballaġġ jew il-bidla tal-imballaġġ; jew
it-twaħħil, it-tneħħija u t-tibdil tat-tikketti li jikkonċernaw il-preżentazzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni organika.
Artikolu 8
Arranġamenti ta’ kontinġenza għal TRACES f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà u f’każ ta’ forza maġġuri
L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu referenza għal kull ċertifikat maħruġ u jżommu reġistru taċ-ċertifikati maħruġa f’ordni kronoloġika biex jiżguraw il-korrispondenza mar-referenza alfanumerika mogħtija minn TRACES ladarba ssir funzjonali.
Jekk jintużaw ċertifikati stampati ta’ spezzjoni, kull alterazzjoni jew tħassir mhux iċċertifikati jagħmluhom invalidi.
Artikolu 9
Użu taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni u tal-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni mill-awtoritajiet doganali
Għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali f’punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2305, l-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu r-rilaxx ta’ konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ spezzjoni li fil-kaxxa 30 jindika li l-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Meta l-konsenja tinqasam f’lottijiet differenti, l-awtoritajiet doganali għandhom jeżiġu l-preżentazzjoni ta’ estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307 li fil-kaxxa 12 ikollu indikat li l-lott jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 10
Informazzjoni li trid tingħata minn awtorità kompetenti, awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll f’pajjiż terz dwar nuqqasijiet suspettati jew stabbiliti ta’ konformità dwar il-konsenji
Il-Kummissjoni jew Stat Membru jista’ jitlob lill-awtorità kompetenti, lill-awtorità ta’ kontroll jew lill-korp ta’ kontroll jagħmlu disponibbli mingħajr dewmien il-lista tal-operaturi jew tal-gruppi ta’ operaturi kollha fil-katina tal-produzzjoni organika li l-konsenja hija parti minnha, u tal-awtoritajiet ta’ kontroll jew tal-korpi ta’ kontroll tagħhom.
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet tranżitorji għaċ-ċertifikati stampati ta’ spezzjoni u l-estratti tagħhom
►M2 B’deroga mill-Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, sat-30 ta’ Novembru 2022, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jista’ jinħareġ fuq karta wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat. Dak iċ-ċertifikat stampat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: ◄
fil-kaxxa 18 għandu jkollu l-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li joħroġ iċ-ċertifikat u t-timbru uffiċjali;
dan għandu jinħareġ qabel ma l-konsenja korrispondenti tħalli l-pajjiż terz tal-esportazzjoni jew tal-oriġini.
►M2 BB’deroga mill-Artikolu 6(3), sat-30 ta’ Novembru 2022, għandu japplika dan li ġej: ◄
jekk iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jinħareġ fuq il-karta f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dak iċ-ċertifikat għandu jiġi approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-kaxxi 23, 25 u 30, kif xieraq, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat;
jekk iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jinħareġ fi TRACES u jkollu siġill elettroniku kwalifikat, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(3), dak iċ-ċertifikat jista’ jiġi approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-kaxxi 23, 25 u 30, kif xieraq, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat;
jekk iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jiġi prodott u sottomess fi TRACES f’format elettroniku f’konformità mal-paragrafu 1a, dak iċ-ċertifikat għandu jiġi approvat fi TRACES b’siġill elettroniku kwalifikat jew fuq karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, fil-kaxxi 23, 25 u 30, kif xieraq, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat.
Jekk l-informazzjoni relatata mal-għadd ta’ pakketti msemmija fil-kaxxa 13 taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jew l-informazzjoni fil-kaxxi 16 u 17 ta’ dak iċ-ċertifikat ma timteliex fuq iċ-ċertifikat stampat ta’ spezzjoni, jew jekk din l-informazzjoni tkun differenti mill-informazzjoni mniżżla fiċ-ċertifikat fi TRACES, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw għall-fini tal-verifika tal-konsenja u tal-approvazzjoni taċ-ċertifikat, l-informazzjoni mniżżla fi TRACES biss.
►M2 B’deroga mill-Artikoli 6(6) u 7(4), sat-30 ta’ Novembru 2022, l-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jista’ jiġi approvat fuq karta, wara li jimtela fi TRACES u jiġi stampat. Dak l-estratt stampat taċ-ċertifikat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: ◄
fil-kaxxa 12, dan għandu jkun approvat fuq il-karta bil-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata tal-awtorità kompetenti;
fil-kaxxa 13, dan għandu jkollu l-firma bl-idejn tal-konsenjatarju tal-lott.
L-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tirritorna dak l-estratt stampat taċ-ċertifikat lill-persuna li tippreżentaha.
Artikolu 12
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa mħassar.
Madankollu, dak ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-fini tal-mili u tal-approvazzjoni taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni pendenti maħruġa qabel l-1 ta’ Jannar 2022 u tal-estratti taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni pendenti sottomessi mill-importatur qabel l-1 ta’ Jannar 2022, kif ukoll għall-fini tad-dikjarazzjoni tal-ewwel konsenjatarju jew tal-konsenjatarju taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni jew tal-estratt taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
PARTI I
ĊERTIFIKAT TA’ SPEZZJONI GĦALL-IMPORTAZZJONI TAL-PRODOTTI ORGANIĊI U FIL-FAŻI TAL-KONVERŻJONI FL-UNJONI EWROPEA
1. Awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll tal-ħruġ |
2. Proċedura skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1): □ Konformità (l-Artikolu 46); □ Pajjiż terz ekwivalenti (l-Artikolu 48); □ Awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll ekwivalenti (l-Artikolu 57); jew □ Ekwivalenza skont ftehim kummerċjali (l-Artikolu 47). |
||||||
3. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni |
4. Produttur jew proċessur tal-prodott |
||||||
5. Esportatur |
6. Operatur li jixtri jew ibigħ il-prodott mingħajr ma jaħżen jew jimmaniġġja l-prodott fiżikament |
||||||
7. Awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll |
8. Pajjiż tal-oriġini |
||||||
9. Pajjiż tal-esportazzjoni |
10. Post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera |
||||||
11. Pajjiż tad-destinazzjoni |
12. Importatur |
||||||
13. Deskrizzjoni tal-prodotti |
|||||||
Kodiċi tan-NM |
organiċi fil-fażi tal-konverżjoni |
Isem kummerċjali |
Kategorija |
Għadd ta’ pakketti |
Numru tal-lott |
Piż nett |
|
14. Numru tal-kontejner |
15. Numru tas-siġill |
16. Il-piż gross totali |
|||||
17. Mezzi tat-trasport Mod Identifikazzjoni Dokument internazzjonali tat-trasport |
|||||||
18. Dikjarazzjoni tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li qed joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxa 1 Din biex tiċċertifika li dan iċ-ċertifikat ħareġ abbażi ta’ kontrolli meħtieġa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/xxx (2) għall-konfirmità (l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/848) jew ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 (3) għall-ekwivalenza (l-Artikolu 47, 48 jew 57 tar-Regolament (UE) 2018/848) u li l-prodotti msemmija hawn fuq huma f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/848. Data |
|||||||
Isem u firma tal-persuna awtorizzata/siġill elettroniku kwalifikat |
Awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll tal-ħruġ |
||||||
19. Operatur responsabbli għall-konsenja |
|||||||
20. Notifika minn qabel |
|||||||
Data |
Ħin |
||||||
21. Għal trasferiment lejn: |
22. Dettalji tal-punt ta’ kontroll |
||||||
23. Proċeduri speċjali tad-dwana |
|||||||
Proċedura ta’ ħażna doganali□ |
Proċedura ta’ pproċessar attiv□ |
||||||
Isem u indirizz tal-operatur responsabbli għall-proċedura jew il-proċeduri doganali: L-awtorità ta’ kontroll jew il-korp ta’ kontroll li jiċċertifika l-operatur responsabbli għall-proċedura jew il-proċeduri doganali: □ Verifika tal-konsenja qabel il-proċedura jew il-proċeduri doganali speċjali Informazzjoni addizzjonali: L-Awtorità u l-Istat Membru: Data: Isem u firma tal-persuna awtorizzata Numru ta’ Referenza tad-Dikjarazzjoni Doganali tal-proċedura jew il-proċeduri doganali |
|||||||
24. L-ewwel konsenjatarju fl-Unjoni Ewropea. |
|||||||
25. Kontroll mill-awtorità kompetenti rilevanti Verifiki tad-dokumenti □ Sodisfaċenti □ Mhux sodisfaċenti Magħżul għal verifiki tal-identità jew fiżiċi □ Iva □ Le L-Awtorità u l-Istat Membru: Data: Isem u firma tal-persuna awtorizzata/siġill elettroniku kwalifikat |
|||||||
26. Għal trasferiment mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn punt ta’ kontroll: |
27. Dettalji tal-punt ta’ kontroll |
||||||
□Iva |
□Le |
|
|||||
28. Mezzi tat-trasport mill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera lejn punt ta’ kontroll |
|||||||
29. Verifiki tal-identità u fiżiċi Verifiki tal-identità □ Sodisfaċenti □ Mhux sodisfaċenti Verifiki fiżiċi □ Sodisfaċenti □ Mhux sodisfaċenti |
|||||||
Test tal-laboratorju |
□Iva |
□Le |
|
||||
Riżultat tat-test |
□Sodisfaċenti |
□Mhux sodisfaċenti |
|
||||
30. Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti. □ Biex jiġi rilaxxat bħala organiku; □ Biex jiġi rilaxxat bħala fil-fażi tal-konverżjoni; □ Biex jiġi rilaxxat bħala mhux organiku; □ Il-konsenja ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera □ Parti mill-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera Informazzjoni addizzjonali: Awtorità fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u Stat Membru: Data: Isem u firma tal-persuna awtorizzata/siġill elettroniku kwalifikat |
|||||||
31. Dikjarazzjoni tal-ewwel konsenjatarju Dan biex jiġi kkonfermat li mal-wasla tal-prodotti, l-imballaġġ jew il-kontenitur u, meta rilevanti, iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni: □ huma konformi mal-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848; jew □ mhumiex konformi mal-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848; |
|||||||
Isem u firma tal-persuna awtorizzata |
Data: |
||||||
(1)
Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).
(2)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7).
(3)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1342 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-pajjiżi terzi u mill-awtoritajiet ta’ kontroll u mill-korpi ta’ kontroll għall-finijiet tas-superviżjoni tar-rikonoxximent tagħhom skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-prodotti organiċi importati u l-miżuri li għandhom jittieħdu fl-eżerċizzju ta’ dik is-superviżjoni (ĠU L 292, 16.8.2021, p. 20). |
PARTI II
Noti biex jimtela l-mudell taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni
Il-kaxxi 1 sa 18 iridu jimtlew mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll rilevanti fil-pajjiż terz.
Kaxxa 1: L-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll rikonoxxuti skont l-Artikolu 46 jew imsemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2018/848 jew awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll maħtura minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz imsemmija fl-Artikolu 47 jew 48 ta’ dak ir-Regolament. Din l-awtorità ta’ kontroll jew korp ta’ kontroll trid timla wkoll il-kaxxi 2 sa 18.
Kaxxa 2: Din il-kaxxa tindika d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/848 li huma rilevanti għall-ħruġ u għall-użu ta’ dan iċ-ċertifikat; indika d-dispożizzjoni rilevanti.
Kaxxa 3: In-numru taċ-ċertifikat assenjat awtomatikament mis-Sistema Elettronika tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES).
Kaxxa 4: L-isem u l-indirizz tal-operatur(i) li pproduċew jew ipproċessaw il-prodotti fil-pajjiż terz imsemmi fil-kaxxa 8.
Kaxxa 5: L-isem u l-indirizz tal-operatur li jkun qed jesporta l-prodotti mill-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 9. L-esportatur huwa l-operatur li jkun qed iwettaq l-aħħar operazzjoni għall-finijiet tal-preparazzjoni kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 fuq il-prodotti msemmija fil-kaxxa 13 u li jkun qed jissiġilla l-prodotti f’imballaġġ jew f’reċipjenti adattati, skont il-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 6: Meta applikabbli, imla l-isem u l-indirizz ta’ operatur wieħed jew aktar li jixtru jew ibigħu l-prodott mingħajr ħażna jew immaniġġjar fiżiku tal-prodott.
Kaxxa 7: L-isem u l-indirizz tal-awtorità jew l-awtoritajiet jew il-korp jew il-korpi ta’ kontroll għall-monitoraġġ tal-konformità tal-produzzjoni jew tal-ipproċessar tal-prodotti mar-regoli tal-produzzjoni organika fil-pajjiż imsemmi fil-kaxxa 8.
Kaxxa 8: Il-pajjiż tal-oriġini tfisser il-pajjiż jew il-pajjiżi fejn il-prodott ġie prodott/tkabbar jew fejn ġie pproċessat.
Kaxxa 9: Il-pajjiż tal-esportazzjoni tfisser il-pajjiż fejn il-prodott tkun saritlu l-aħħar operazzjoni għall-finijiet tal-preparazzjoni kif definit fil-punt (44) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/848 u fejn dan ikun ġie ssiġillat f’imballaġġ jew f’reċipjenti adattati.
Kaxxa 10: Jekk il-konsenji jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848, indika l-isem u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat minn TRACES lill-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tal-ewwel wasla fl-Unjoni, fejn isiru l-kontrolli uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 ( 5 ).
Jekk il-konsenji jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305 ( 6 ) [C(2021) 6946], indika l-isem u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat minn TRACES lill-post ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Eweopea, kif xieraq, meta l-kontrolli uffiċjali jsiru f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306.
L-informazzjoni f’din il-kaxxa tista’ tiġi aġġornata mill-importatur jew mir-rappreżentant tiegħu qabel il-wasla tal-konsenja fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif xieraq.
Kaxxa 11: Il-pajjiż tad-destinazzjoni tfisser il-pajjiż tal-ewwel konsenjatarju fl-Unjoni Ewropea.
Kaxxa 12: L-isem, l-indirizz u n-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI), kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 ( 7 ), tal-importatur, kif definit mill-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 ( 8 ), li jippreżenta l-konsenja għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera waħdu jew permezz ta’ rappreżentant.
Kaxxa 13: Deskrizzjoni tal-prodotti, li tinkludi:
Kaxxa 14: Numru tal-kontejner mhux obbligatorju.
Kaxxa 15: Numru tas-siġill: mhux obbligatorju.
Kaxxa 16: Il-piż gross totali mogħti fl-unitajiet adattati (f’kilogrammi, f’litri, eċċ.).
Kaxxa 17: Il-mezzi tat-trasport użati mill-pajjiż tal-oriġini sal-wasla tal-prodott fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera għall-verifika tal-konsenja u l-approvazzjoni taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni.
Mod ta’ trasport: ajruplan, bastiment, ferrovija, vettura tat-triq jew mezz ieħor.
Identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport: għall-ajruplani, in-numru tat-titjira, għall-bastimenti, isem il-vapur jew il-vapuri, għall-ferroviji, in-numru tal-ferrovija u n-numru tal-vagun, għat-trasport bit-triq, il-pjanċa tar-reġistrazzjoni u l-pjanċa tat-trejler, jekk ikun il-każ.
Fil-każ tat-trasport b’bastiment, speċfika l-bastiment u l-vettura tat-triq billi tidentifika l-vettura tat-triq u l-bastiment skedat.
Kaxxa 18: Dikjarazzjoni tal-awtorità ta’ kontroll jew tal-korp ta’ kontroll li qed joħroġ iċ-ċertifikat. Agħżel ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni xieraq. Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata u t-timbru huma meħtieġa biss fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni maħruġa fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
Kaxxa 19: L-isem, l-indirizz u n-numru tal-EORI, kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, tal-operatur responsabbli għall-konsenja, kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2307. Din il-kaxxa trid timtela mill-importatur indikat fil-kaxxa 12, jekk l-operatur responsabbli għall-konsenja jkun differenti minn dak l-importatur.
Kaxxa 20: Fil-każ ta’ konsenja ta’ prodotti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti organiċi jew prodotti fil-fażi tal-konverżjoni soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont l-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848, indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Fil-każ ta’ konsenja ta’ prodotti eżentati minn kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305, indika d-data u l-ħin stmati tal-wasla fil-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera f’konformità ma’ dak ir-Regolament.
Kaxxa 21: Trid timtela mill-importatur, jew meta xieraq mill-operatur responsabbli għall-konsenja, biex jintalab trasferiment tal-prodotti lejn punt ta’ kontroll fl-Unjoni għal kontrolli uffiċjali ulterjuri, jekk il-konsenja tintgħażel għal verifiki tal-identità jew fiżiċi mill-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 22: Indika l-isem tal-punt ta’ kontroll fl-Istat Membru li lejh iridu jiġu trasferiti l-prodotti għal verifiki tal-identità u fiżiċi, jekk il-konsenja tintgħażel għal dawn il-verifiki mill-awtoritajiet kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Trid timtela mill-importatur jew, meta xieraq, mill-operatur responsabbli għall-konsenja. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 23: Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti rilevanti u l-importatur.
Fil-każ ta’ prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata hija meħtieġa fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
Kaxxa 24: L-isem u l-indirizz tal-ewwel konsenjatarju fl-Unjoni Ewropea. Din il-kaxxa trid timtela mill-importatur.
Kaxxa 25: Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti wara li jitlestew il-verifiki tad-dokumenti f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306. Jekk il-verifiki tad-dokumenti ma jkunux sodisfaċenti, trid timtela l-kaxxa 30.
Dik l-awtorità trid tindika liema konsenja ntgħażlet għall-verifiki tal-identità u fiżiċi.
Il-firma tal-peruna awtorizzata/is-siġill elettroniku kwalifikat huma meħtieġa biss jekk l-awtorità kompetenti tkun differenti mill-awtorità indikata fil-kaxxa 30. Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata hija meħtieġa biss fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
Kaxxa 26: Trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jekk il-konsenja tintgħażel għall-verifiki tal-identità u fiżiċi u jekk il-konsenja tkun aċċettabbli għal trasferiment lejn il-punt ta’ kontroll għal kontrolli uffiċjali ulterjuri. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 27: F’każ ta’ trasferiment lejn punt ta’ kontroll, indika l-isem tal-punt ta’ kontroll fl-Istat Membru li lejh intalab it-trasferiment tal-prodotti għal verifiki tal-identità u fiżiċi, id-dettalji tal-kuntatt tiegħu u l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat minn TRACES lill-punt ta’ kontroll. Trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Din il-kaxxa tapplika biss għall-prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2018/848.
Kaxxa 28: Ara l-gwida fil-kaxxa 17. Din il-kaxxa trid timtela jekk il-konsenja tiġi trasferita lejn punt ta’ kontroll għal verifiki tal-identità u fiżiċi.
Kaxxa 29: Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti jekk il-prodotti jintgħażlu għal verifiki tal-identità u fiżiċi.
Kaxxa 30 :Din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti, wara l-preparazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306, meta applikabbli, u fil-każijiet kollha wara l-verifika tal-konsenja f’konformità mal-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament.
L-awtorità kompetenti trid tagħżel l-għażla xierqa billi żżid, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa rilevanti. B’mod partikolari, jekk tintgħażel “Il-konsenja ma tistax tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera” jew “Parti mill-konsenja tista’ tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera”, l-informazzjoni rilevanti trid tingħata taħt “informazzjoni addizzjonali”.
Fil-każ ta’ prodotti soġġetti għal kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Jekk il-konsenja tiġi trasferita lejn punt ta’ kontroll għall-verifiki tal-identità u fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306, din il-kaxxa trid timtela mill-awtorità kompetenti f’dak il-punt ta’ kontroll.
Taħt “Awtorità fil-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera/punt ta’ kontroll/punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera”, imla isem l-awtorità kkonċernata, kif xieraq.
Il-firma bl-idejn tal-persuna awtorizzata hija meħtieġa biss fil-każ ta’ ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
Kaxxa 31: Din il-kaxxa trid timtela mill-ewwel konsenjatarju mal-wasla tal-prodotti wara r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera billi tintgħażel għażla waħda wara li jitwettqu l-verifiki previsti fil-punt 6 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/848.
Il-firma bl-idejn tal-ewwel konsenjatarju hija meħtieġa għaċ-ċertifikati ta’ spezzjoni approvati fuq il-karta sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2306.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1698 tat-13 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bir-rekwiżiti proċedurali għar-rikonoxximent tal-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli fuq operaturi u gruppi ta’ operaturi ċċertifikati organiċi u fuq il-prodotti organiċi f’pajjiżi terzi u bir-regoli dwar is-superviżjoni u l-kontrolli tagħhom u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu minn dawk l-awtoritajiet ta’ kontroll u l-korpi ta’ kontroll (ĠU L 336, 23.9.2021, p. 7).
( 3 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2306 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-kontrolli uffiċjali fir-rigward ta’ konsenji ta’ prodotti organiċi u ta’ prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni u dwar iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 13).
( 6 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2305 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar il-każijiet fejn u l-kundizzjonijiet li skonthom il-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi ta’ konverżjoni huma eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, il-post tal-kontrolli uffiċjali għal tali prodotti u li jemenda r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 u (UE) 2019/2124 (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 5).
( 7 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
( 8 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2307 tal-21 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar id-dokumenti u n-notifiki meħtieġa għall-prodotti organiċi u l-prodotti fil-fażi tal-konverżjoni maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni (ĠU L 461, 27.12.2021, p. 30).
( 9 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
( 10 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/xxx li jistabbilixxi ċerti regoli fir-rigward taċ-ċertifikat maħruġ lill-operaturi, lill-gruppi ta’ operaturi u lill-esportaturi f’pajjiżi terzi involuti fl-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi u dawk fil-fażi ta’ konverżjoni fl-Unjoni u jistabbilixxi l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 297, 20.8.2021, p. 24).