This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016L/AFI/DCL/18
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#A.DECLARATIONS CONCERNING PROVISIONS OF THE TREATIES#18.Declaration in relation to the delimitation of competences
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
A.DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI
18.Dikjarazzjoni dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
A.DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI
18.Dikjarazzjoni dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi
ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 344–345
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/344 |
18. Dikjarazzjoni dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi
Il-Konferenza tissottolinja li, skond is-sistema tat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri kif previst fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-kompetenzi mhux mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati jibqgħu ta' l-Istati Membri.
Meta t-Trattati jagħtu lill-Unjoni kompetenza kondiviża ma' l-Istati Membri f'qasam speċifiku, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sa fejn l-Unjoni ma tkunx eżerċitat, jew tkun iddeċidiet li ma tkomplix teżerċita, il-kompetenza tagħha. Is-sitwazzjoni ta' l-aħħar tista' tinqala' meta l-istituzzjonijiet kompetenti ta' l-UE jiddeċiedu li jirrevokaw att leġislattiv, b'mod partikolari bil-ħsieb li jassiguraw aħjar ir-rispett kostanti għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-Kunsill jista' jitlob lill-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva ta' Membru wieħed jew aktar (rappreżentanti ta' l-Istati Membri) u skond l-Artikolu 241 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, sabiex tippreżenta proposti għar-revoka ta' att leġislattiv. Il-Konferenza tilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ser tagħti attenzjoni partikolari lil dawn it-talbiet.
Bl-istess mod, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin f'Konferenza Intergovernattiva, skond il-proċedura ta' reviżjoni ordinarja prevista fl-Artikolu 48(2) sa (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jistgħu jiddeċiedu li jemendaw it-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni inkluż sabiex jiżdiedu jew jitnaqqsu l-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati msemmija."