Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0075

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/75/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 li temenda d-Direttiva 94/4/KE u tintroduċi miżuri ta' deroga temporanja applikabbli għall-Awstrija u għall-Ġermanja

ĠU L 365, 31.12.1994, pp. 52–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/75/oj

31994L0075



Official Journal L 365 , 31/12/1994 P. 0052 - 0052
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 3 P. 0009
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 3 P. 0009


Id-Direttiva tal-Kunsill 94/75/KE

tat-22 ta' Diċembru 1994

li temenda d-Direttiva 94/4/KE u tintroduċi miżuri ta' deroga temporanja applikabbli għall-Awstrija u għall-Ġermanja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Sħubija ta' l-1994, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu, u l-Att ta' Sħubija ta' l-1994, u b'mod partikolari l-Artikolu 151(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, fil-5 ta' Settembru 1994, ir-Repubblika ta' l-Awstrija talbet deroga bbażata fuq dik applikabbli mill-1 ta' April 1994 għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja skond l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 94/4/KE ta' l-14 ta' Frar 1994 li temenda d-Direttivi 69/196/KEE u 77/388/KEE u li żżid il-livell ta' għajnuniet għal vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiżi terzi u l-limiti fuq ix-xiri bla ħlas ta' taxxa fi vjaġġi ġewwa l-Komunità [1];

Billi dik it-talba hi mmirata b'mod partikolari biex iżżomm, sa l-1 ta' Jannar 1998, il-limitu preżentement applikabbli fl-Awstrija dwar importazzjonijiet ta' oġġetti minn vjaġġturi li jidħlu fit-territroju tagħha minn fruntiera ta' art li tgħaqqadha ma' pajjiżi li m'humiex Stati Membri u membri ta' l-Assoċjazzjoni dwar Kummerċ Ħieles Ewropew (EFTA);

Billi għandhom ikunu kkunsidrati d-diffikultajiet ekonomiċi x'aktarx kkawżati fl-Awstrija mill-ammont ta' għajnuniet fil-każ tal-vjaġġaturi kkonċernati;

Billi, madankollu, hu meħtieġ li jkun evitat tgħawwiġ fil-kompetizzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' limiti differenti meta jsir qsim tal-fruntieri esterni li jgħaqqdu lill-Komunità ma' pajjiżi li m'humiex membri ta' l-EFTA; billi hu importanti li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta' l-Awstrija għandhom japplikaw l-istess limitu dwar importazzjonijiet ta' oġġetti ġewwa t-territorji rispettivi tagħhom minn vjaġġaturi ġejjin mill-pajjiżi msemmija,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

"2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta' l-Awstrija għandhom ikunu awtorizzati li jdaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1998 għal oġġetti importatati minn vjaġġaturi li jidħlu fit-territorju Ġermaniż jew Awstrijak minn fruntiera ta' art li tgħaqqad lill-Ġermanja jew lill-Awstrija ma' pajjiżi li m'humiex Stati Membri jew membri ta' l-EFTA jew, meta jkun applikabbli, permezz ta' navigazzjoni max-xtajta li ssir mill-pajjiżi msemmija.

Madankollu, mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-1994, dawk l-Istati Membri għandhom jagħtu għajnuna ta' mhux anqas minn 75 ECU fuq importazzjonijiet mill-vjaġġaturi msemmija fis-subparagrafu preċedenti.'"

Artikolu 2

1. Suġġetti għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-1994, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, sad-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. Dawn għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-istess data bħal dik tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' l-1994.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-22 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Seehofer

[1] ĠU L 60, tat-3.3.1994, p. 14.

--------------------------------------------------

Top