Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0975

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta'Diċembru 2002 dwar l-introduzzjoni ta' tilqim sabiex iżżid mal-miżuri ta' kontroll ta' infezzjonijiet ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa fl-Italja u dwar miżuri speċifiċi ta' kontroll ta' moviment (notifikata bid-dokument numru K(2002) 5051)Test b'relevanza ŻEE

ĠU L 337, 13.12.2002, pp. 87–92 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/09/2004; Imħassar b' 32004D0666

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/975/oj

32002D0975



Official Journal L 337 , 13/12/2002 P. 0087 - 0092


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta'Diċembru 2002

dwar l-introduzzjoni ta' tilqim sabiex iżżid mal-miżuri ta' kontroll ta' infezzjonijiet ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa fl-Italja u dwar miżuri speċifiċi ta' kontroll ta' moviment

(notifikata bid-dokument numru K(2002) 5051)

(Test b'relevanza ŻEE)

(2002/975/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli fil-Kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jiġi kompletat is-suq intern [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u in partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar kontrolli fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kompletat is-suq intern [3], kif l-aħħar emendat b'Direttiva 92/118/KEE [4], u in partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar [5],u in partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Billi:

(1) Matul l-1999 u l-2000 l-Italja esperjenzat tifqigħ ta' influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H7N1 b'telf ekonomiku devastanti għall-industrija tat-tjur. Qabel l-epidemija virus b'patoġeniċità baxxa kien qed jiċċirkola fiż-żona.

(2) Waqt il-kontrolli għall-influwenza ta' l-għasafar l-preżenza ta' virus ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa tas-sottotip H7N3 kien skopert fir-reġjuni tal-Veneto u tal-Lombardia f'Ottubru 2002.

(3) Attwalment il-kontroll ta' infezzjonijiet ta' l-influewenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa mhix koperta mil-leġislazzjoni tal-Komunità.

(4) L-awtoritajiet veterinarji kompetenti fl-Italja ħadu miżuri ta' kontroll sabiex tiġi evitata l-firxa tal-marda f'żoni oħra; madankollu l-infezzjoni ma tistax tiġi suffiċjentement kontenuta.

(5) Virus b'patoġeniċità baxxa jista' jsir virus b'patoġeniċità għolja u jista' jikkawża tifqigħ ta' mard qalil.

(6) Matul l-epidemija ta' influwenza ta' l-għasafar preċedenti fl-Italja programm ta' vaċċinazzjoni kien approvat mill-Kummissjoni b'rabta ma' kontroll intensiv u ċerti dispożizzjonijiet għall-Kummerċ intra-Komunitarju fi tjur ħaj u prodotti tat-tjur.

(7) Bħala segwitu tal-kampanja ta' vaċċinazzjoni ċerti miżuri dwar restrizzjonijiet ta' moviment kummerċjali intra-Komunitarju ta' tjur ħaj u prodotti tat-tjur kienu miżmuma bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/552/KE [6].

(8) L-esperjenza tal-kampanja ta' vaċċinazzjoni fl-Italja tissuġġerixxi li din waqqfet b'suċċess it-tixrid tal-virus ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa.

(9) Il-virus ta' l-influwenza ta' l-għasafar sottotip H7N3 huwa responsabbli għall-infezzjonijiet attwali, billi l-epidemija preċedenti kienet ikkawżata minn virus tas-sottotip H7N1.

(10) L-infezzjoni hija attwalment f'żona fl-Italja b'popolazzjoni densa ta' tjur.

(11) F'dan il-kuntest il-vaċċinazzjoni tista' tkun għodda effettiva li tissupplixxi l-miżuri ta' kontroll tal-mard kontra l-influwenza ta' l-għasafar.

(12) Fejn tiġi prattikata l-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza ta' l-għasafar restrizzjonijiet ta' moviment tat-tjur vaċċinat għandhom ikunu implimentati.

(13) L-Italja preżentat programm ta' vaċċinazzjoni biex jissuplixxi l-miżuri ta' kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar f'żona limitata ta' l-italja inkluż restrizzjonijiet ta' movimenti speċifiċi.

(14) L-Italja awtorizzat l-użu ta' żewġ vaċċini mhux attivati kontra l-influwenza ta' l-għasafar għall-implimentazzjoni tal-programm. Għall-fażi inizjali vaċċin omologu huwa miksub mill-master seed strain CK/Pak/1995-H7N3 u għall-perjodu li ġej jibda mill-bidu ta' l-2003 vaċċin eterologu bil-master seed strain A/CK/Italja/AG-473/1999-H7N1 għandu jiġi użat.

(15) Waqt laqgħa tal-grupp ta' ħidma teknika l-programm ta' vaċċinazzjoni preżentat mill-Italja kien reviżjonat.

(16) Kontrolli fuq qatgħa ta' tjur vaċċinat u mhux vaċċinat għandu jkompli inkluż l-użu tat-test seroloġiku (test-iIFA) li kien approvat b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/847/KE [7].

(17) L-Italja għandha tintroduċi restrizzjonijiet ta' moviment speċifiċi relatati mal-vaċċinazzjoni tat-tjur u mal-kummerċ intra-Komunitarju.

(18) Għal raġunijiet ta' kjarezza Deċiżjoni 2002/552/KE għandha titħassar hekk kif id-dispożizzjonijiet tagħha huma mibdula b'din id-Deċiżjoni.

(19) Il-miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm ta' vaċċinazzjoni kontra l-influwenza ta' l-għasafar preżentat mill-Italja huwa hawnhekk approvat u għandu jitwettaq fiż-żona deskritta fl-Anness I.

Artikolu 2

Ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment ta' għasafar ħajjin, bajd tat-tfaqqis u laħam tat-tajr frisk għal ġewwa, 'il barra minn u ġewwa ż-żona deskritta fl-Anness I għandhom jgħoddu hekk kif stabbiliti fil-programm ta' vaċċinazzjoni msemmi fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

1. Għasafar ħajjin u bajd tat-tfaqqis ġejjin minn/jew joriġinaw miż-żona deskritta fl-Anness I ma għandhomx jiġu trasmessi mill-Italja.

2. Għasafar ħajjin u bajd tat-tifqis ġejjin minn/jew joriġinaw mit-territorju ta' l-Italja 'l barra miż-żona deskritta fl-Anness I jistgħu jiġu biss trasmessi mill-Italja jekk:

- l-ebda kuntatt jew rabtiet epidemijoloġiċi b'relazzjoni ma' l-influwenza ta' l-għasafar kienu stabbiliti bejn l-azjenda ta' l-oriġini u azjenda jew ċentru ta' inkubazzjoni sitwati kif deskritt fl-Anness I, u

- l-azjenda ta' l-oriġini mhix sitwata f'waħda miż-żoni ta' restrizzjoni stabbiliti mill-awtorità kompetenti b'relazzjoni ma' l-influwenza ta' l-għasafar.

3. Bajd frisk miksub minn tjur vaċċinat kontra l-influwenza ta' l-għasafar u joriġina miż-żona deskritta fl-Anness I ma għandux jiġi trasmess mill-Italja.

Artikolu 4

Ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimali li jiġu ma' kunsinni ta' tjur u bajd tat-tfaqqis mill-Italja għandhom jinkludu l-kliem: "Il-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali ta' din il-kunsinna huma skond id-Deċiżjoni 2002/975/KE".

Artikolu 5

1. Laħam tat-tjur frisk għandu jkun immarkat skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE [8] u ma għandux jiġi trasmess mill-Italja jekk huwa miksub minn:

(a) tjur vaċċinat kontra l-influwenza ta' l-għasafar;

(b) qatgħa ta' tjur seroposittiv għall-influwenza ta' l-għasafar destinat għat-tbiċċir taħt kontroll uffiċjali skond il-programm ta' vaċċinazzjoni msejjaħ fl-Artikolu 1;

(ċ) tjur li joriġina minn azjendi sitwati f'żoni ta' restrizzjoni, li għandhom ikunu stabbiliti fuq bażi minima ta' diametru ta' tliet kilometri madwar kwalunkwe razzett infettat bl-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-programm ta' vaċċinazzjoni msemmi fl-Artikolu 1.

2. B'deroga minn paragrafu 1(a) u (b), laħam frisk minn dundjani vaċċinati kontra l-influwenza ta' l-għasafar b'vaċċin eterologu tas-sottotip (H7N1) ma għandux jiġi mmarkati skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE u jista' jiġi trasmess lejn Stati Membri oħra, iżda biss jekk il-laħam ikun ġej minn qatgħa ta' dundjani tat-tbiċċir li:

(i) ġew spezzjonati regolarment u provati b'riżultati negattivi għall-influwenza ta' l-għasafar kif stabbiliti fil-programm ta' vaċċinazzjoni approvat, b'attenzjoni partikolari li għandha tiġi mogħtija lill-għasafar tal-kontroll.

Għall-eżami ta':

- għasafar vaċċinati, il-prova iIFA għandha tkun użata,

- għasafar tal-kontroll, jew il-prova ta' l-inibizzjoni ta' l-emoaglutinazzjoni (HI), il-prova AGID jew il-prova ELISA għandhom jiġu użati. Madankollu, il-prova iIFA għandha tiġi uzata wkoll jekk neċessarju;

(ii) ġew klinikament spezzjonati minn veterinarju uffiċjali fi żmien 48 siegħa qabel it-tagħbija, b'attenzjoni partikolari li għandha tingħata lill-għasafar tal-kontroll;

(iii) ġew provati seroloġikament b'riżultati negattivi fil-Laboratorju Nazzjonali għall-influwenza ta' l-għasafar, permezz ta' proċeduri ta' teħid ta' kampjuni u provi stabbiliti fl-Anness II ma' din id-Deċiżjoni;

(iv) iridu jintbagħtu direttament lejn biċċerija nominata mill-awtorità lokali kompetenti u jiġu mbiċċra immedjatament wara l-wasla tagħhom. It-tjur għandhom jiġu miżmuma separati minn qatgħa ta' għasafar oħra li ma jħarsux id-dispożizzjonjiet preżenti.

3. Laħam frisk tad-dundjani li jaderixxi ma' l-obbligi stabbiliti fit-2 paragrafu għandhom jiġu akkumpanjati biċ-ċertifikati ta' saħħa stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 71/118/KEE [9], li għandhom jinkludu taħt punt IV(a) taċ-ċertifikat l-attestazzjoni li ġejja tal-veterinarju uffiċjali:

"Il-laħam tad-dundjan deskritt iktar 'il fuq huwa skond id-Deċiżjoni 2002/975/KE."

Artikolu 6

L-Italja għandha tassigura li fiż-żona deskritta fl-Anness I:

1. Għall-kollezzjoni, ħażna u trasport ta' bajd ta' l-ikel jintuża biss materjal għall-ippakkjar li jintrema wara l-użu jew materjal għall-ippakkjar li jista' jkun b'mod effettiv maħsul u diżinfettat.

2. Il-mezzi ta' trasport kollha użati għat-trasport ta' tjur, bajd tat-tfaqqis u għalf għandu jiġi mnaddaf u diżinfettat immedjatament qabel u wara t-trasport b'diżinfettanti skond il-metodi ta' użu approvati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 7

Movimenti ta' tjur ħaj u bajd tat-tfaqqis ġejjin minn żoni fl-Italja barra ż-żona deskritta fl-Anness I lejn Stati Membri oħra għandhom jiġu permessi biss wara preavviż ta' ħamest ijiem lill-awtoritajiet veterinarji ċentrali u lokali tad-destinazzjoni. In-notifika għandha tiġi trasmessa mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti.

Artikolu 8

1. L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħra d-data ta' bidu ta' vaċċinazzjoni ta' l-inqas bi preavviż ta' ġurnata.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 sa 7 għandhom jiġu infurzati mid-data ta' bidu ta' vaċċinazzjoni.

Artikolu 9

1. L-Italja għandha, b'intervalli ta' sitt xhur, tippreżenta rapport li jkun fih informazzjoni dwar l-effettività tal-programm ta' vaċċinazzjoni msemmi fl-Artikolu 1.

2. Din id-deċiżjoni, u in partikolari l-perijodu ta' żmien li matulu r-restrizzjonijiet fuq il-moviment previsti fl-Artikolu 2 sa 7 għandhom jgħoddu wara l-kompletament tal-programm ta' vaċċinazzjoni, għandu jiġi reviżjonat b'konformità.

Artikolu 10

Deċiżjoni 2002/552/KE hija mħassra.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 12 Diċembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 29.

[2] ĠU L 315, tad-19.11.2002, pġ. 14.

[3] ĠU L 395, tat-30.12.1989, pġ. 13.

[4] ĠU L 62, tal-15.3.1993, pġ. 49.

[5] ĠU L 167, tat-22.6.1992, pġ. 1.

[6] ĠU L 180, ta’ l-10.7.2002, pġ. 24.

[7] ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, pġ. 61.

[8] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 35.

[9] ĠU L 55, tat-8.3.1971, pġ. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

żona ta' Vaċċinazzjoni

Reġjun tal-Veneto

Provinċja ta' Verona

Iż-żona ta' vaċċinazzjoni tinkludi t-territorji muniċipali li ġejjin:

Albaredo d'Adige

Angiari

Arcole

Belfiore

Bevilacqua

Bonavigo

Boschi Sant'Anna

Bovolone

Buttapietra

Iż-żona ta' Calmiero fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Casaleone

Castel d'Azzano

Iż-żona ta' Castelnuovo del Garda fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Cerea

Cologna Veneta

Iż-żona ta' Colognola ai Colli fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Concamarise

Erbé

Gazzo Veronese

Isola della Scala

Isola Rizza

Iż-żona ta' Lavagno fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Minerbe

Iż-żona ta' Monteforte d'Alpone fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Mozzecane

Nogara

Nogarole Rocca

Oppeano

Paluċ

Iż-żona ta' Peschiera del Garda fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Povegliano Veronese

Pressana

Ronco all'Adige

Roverchiara

Roveredo di Guà

Iż-żona ta' S. Bonifacio fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Iż-żona ta' S. Giovanni Lupatoto fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Iż-żona ta' S. Martino Buon Albergo fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

S. Pietro di Morubio

Salizzole

Sanguinetto

Iż-żona ta' Soave fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Sommacampagna

Iż-żona ta' Sona fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Sorgà

Trevenzuolo

Valeggio sul Mincio

Iż-żona ta' Verona fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Veronella

Vigasio

Villafranca di Verona

Zevio

Zimella

Provinċja ta' Vicenza

Iż-żona ta' vaċċinazzjoni tinkludi t-territorji tal-muniċipji li ġejjin:

Agugliaro

Albettone

Alonte

Asigliano Veneto

Barbarano Vicentino

Campiglia dei Berici

Castegnero

Lonigo

Montegalda

Montegaldella

Mossano

Nanto

Noventa Vicentina

Orgiano

Poiana Maggiore

S. Germano dei Berici

Sossano

Villaga

Padova province

Iż-żona ta' vaċċinazzjoni tinkludi t-territorju tal-muniċipji li ġejjin:

Carceri

Casale di Scodosia

Este

Lozzo Atestino

Megliadino S. Fidenzio

Megliadino S. Vitale

Montagnana

Ospedaletto Euganeo

Ponso

S. Margherita d'Adige

Saletto

Urbana

Lombardia region

Mantova province

Iż-żona ta' vaċċinazzjoni tinkludi t-territorju tal-muniċipji li ġejjin:

Acquanegra Sul Chiese

Asola

Bigarello

Canneto Sull'oglio

Casalmoro

Casaloldo

Casalromano

Castel D'ario

Castel Goffredo

Castelbelforte

Castiglione Delle Stiviere

Cavriana

Ceresara

Gazoldo Degli Ippoliti

Goito

Guidizzolo

Mariana Mantovana

Marmirolo

Medole

Monzambano

Piubega

Ponti Sul Mincio

Porto Mantovano

Redondesco

Rodigo

Roncoferraro

Roverbella

San Giorgio Di Mantova

Solferino

Villimpenta

Volta Mantovana

Brescia province

Iż-żona ta' vaċċinazzjoni tinkludi t-territorju tal-muniċipji li ġejjin:

Acquafredda

Alfianello

Azzano Mella

Bagnolo Mella

Barbariga

Bassano Bresciano

Berlingo

Borgo San Giacomo

Borgosatollo

Brandico

Iż-żona ta' Brescia fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Iż-żona ta' Calcinato fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Calvisano

Capriano del Colle

Carpendolo

Iż-żona ta' Castegnato fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Castel Mella

Castelcovati

Iż-żona ta' Castenedolo fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Castrezzato

Cazzago San Martino

Chiari

Cigole

Boccaglio

Cologne

Comezzano-Cizzago

Corzano

Dello

Iż-żona ta' Desenzano del Garda fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Iż-żona ta' Erbusco fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Fiesse

Flero

Gambara

Ghedi

Gottolengo

Isorella

Leno

Lograto

Iż-żona ta' Lonato fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Longhena

Maclodio

Mairano

Manerbio

Milzano

Montichiari

Montirone

Offlaga

Orzinuovi

Orzivecchi

Iż-żona ta' Ospitaletto fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Iż-żona ta' Palazzolo sull'Oglio fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Pavone del Mella

Pompiano

Poncarale

Pontevico

Pontoglio

Iż-żona ta' Pozzolengo fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Pralboino

Quinzano d'Oglio

Remedello

Iż-żona ta' Rezzato fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Roccafranca

Iż-żona ta' Roncadelle fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Iż-żona ta' Rovato fin-Nofs in-Nhar tat-triq A4

Rudiano

San Gervasio Bresciano

San Paolo

San Zeno Naviglio

Seniga

Torbole Casaglia

Travagliato

Trenzano

Urago d'Oglio

Verolanuova

Verolavecchia

Villachiara

Visano

--------------------------------------------------

ANNESS II

PROĊEDURA TA' TEĦID TA' KAMPJUNI U TTESTJAR

1. Introduzzjoni u użu ġenerali

Il-prova żviluppata ta' l-immunoflorexxenza indiretta (il-prova iIFA) hija intiża għad-Distinzjoni bejn dundjan vaċċinat/espost minn dawk vaċċinati/mhux esposti fil-qafas komuni ta' "DIVA" (Distinzjoni ta' Annimali Invetti minn Annimali Vaċċinati) strateġija ta' vaċċinazzjoni li tuża vaċċin etorologu ottenut mill-virus salvatiku tas-sottotip H7N3.

2. L-użu tal-prova bil-għan li jiġi trasmess laħam tad-dundjan frisk minn żona ta' vaċċinazzjoni fl-Italja lejn Stati Membri oħra

Laħam li joriġina minn qatgħa vaċċinata kontra l-influwenza ta' l-għasafar jista' jiġi trasmess lejn l-Istati Membri l-oħra iżda:

Kampjuni tad-demm għandhom jittieħdu mill-veterinarju uffiċjali:

- minn kull grupp ta' dundjani destinati għat-tbiċċir li huma miżmuma fl-istess bini ta' l-azjenda in kwistjoni,

- fi żmien 48 siegħa qabel ma l-annimali jintbagħtu l-biċċerija,

- minn ta' l-inqas 10 annimali vaċċinati magħżula saltwarjament minn kull grupp.

--------------------------------------------------

Top