This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1841
Commission Regulation (EC) No 1841/2003 of 17 October 2003 amending Regulation (EC) No 1227/2000 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1493/1999 on the common organisation of the market in wine, as regards production potential
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1841/2003 tas-17 ta’ Ottubru 2003 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, dwar il-potenzjal tal-produzzjoni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1841/2003 tas-17 ta’ Ottubru 2003 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, dwar il-potenzjal tal-produzzjoni
ĠU L 268, 18.10.2003, pp. 58–59
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1841/oj
Official Journal L 268 , 18/10/2003 P. 0058 - 0059
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1841/2003 tas-17 ta’ Ottubru 2003 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, dwar il-potenzjal tal-produzzjoni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u l-aktar l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 15 u 23 miġjuba fih, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1203/2003 [4], kien iffissa d-data ta’ l-għeluq għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 2(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, li matulu l-produttur seta’ jikseb id-dritt tal-kultivazzjoni mill-ġdid ta’ l-art wara li ż-żona kkonċernata tkun ġiet ikkultivata. Minħabba li d-data għall-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 ġiet postposta, id-data ta’ l-għeluq imsemmija fuq għandha tiġi estiża kif xieraq. (2) Biex l-allokazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 ikunu jistgħu jiġu stabbiliti b’mod effettiv, id-data li fiha l-Istati Membri għandhom jagħmlu n-notifiki annwali tagħhom lill-Kummissjoni għandha tiġi emendata, waqt li d-data li għandha tintuża biex tkun stabbilita n-nefqa li saret fil-fatt kif ukoll in-nefqa li tkun ġiet validata għandha tkun iffissata. (3) Il-format fiss tat-tagħrif li l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni għandu jiġi adattat skond il-klassifikazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 għandu, għalhekk, jiġi emendat kif xieraq. (5) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjomi tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Inbid, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000 huwa permezz tal-preżenti emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 2(5), il-frażi "il-15 ta’ Lulju 2002" għandha tinbidel bil-frażi "it-30 ta’ Ġunju 2004". 2. Fl-Artikolu 16(1), l-ewwel sentenza u l-punti (a) u (b) għandhom jinbidlu b’dan li ġej: "Sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Lulju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, f’rabta mar-ristrutturar u s-sistema tal-konverżjoni: (a) dikjarazzjoni tan-nefqa li tkun saret fil-fatt sat-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja kurrenti u ż-żona totali kkonċenata; (b) dikjarazzjoni tan-nefqa vvalidata sat-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja kurrenti u ż-żona totali kknoċernata;" 3. Fl-Anness, it-tabella 9 "Il-Klassifikazzjoni tal-varjetajiet ta’ dwieli ta’ l-għeneb għall-inbid" għandha tinbidel bit-tabella li qed tidher fl-Anness isfel. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jigi fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Ottubru 2003. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 179, ta’ l-14.07.99, p. 1. [2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1. [3] ĠU L 143, tas-16.06.00, p. 1. [4] ĠU L 168, tal-5.07.03, p. 9. -------------------------------------------------- L-ANNESS +++++ TIFF +++++ "1. Il-komunikazzjoni annwali, f’data fis-sena li tkun deċiża mill-Istat Membru, bid-dettalji dwar kull tibdil f’relazzjoni mas-sena ta’ qabel (l-Artikolu 20(4) u (9) ta’ dan ir-Regolament). 2. L-Istati Membri għandhom jaġġustaw it-tabella biex iġibuha f’konformità mas-sistemi tagħhom tal-klassifikazzjoni tal-varjetajiet." --------------------------------------------------