This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0439
2005/439/EC: Commission Decision of 13 June 2005 amending Commission Decision 2005/131/EC as regards the financial assistance for one Community reference laboratory in the field of veterinary public health (biological risks) in the United Kingdom for the year 2005 (notified under document number C(2005) 1711)
2005/439/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Ġunju 2005 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/131/KE rigward l-assistenza finanzjarja għal laboratorju ta' referenza Komunitarju wieħed fil-qasam tas-saħħa pubblika veterinarja (riskji bijoloġiċi) fir-Renju Unit għas-sena 2005 (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1711)
2005/439/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Ġunju 2005 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/131/KE rigward l-assistenza finanzjarja għal laboratorju ta' referenza Komunitarju wieħed fil-qasam tas-saħħa pubblika veterinarja (riskji bijoloġiċi) fir-Renju Unit għas-sena 2005 (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1711)
ĠU L 152, 15.6.2005, pp. 20–21
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, pp. 137–138
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/439/oj
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
137 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Ġunju 2005
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/131/KE rigward l-assistenza finanzjarja għal laboratorju ta' referenza Komunitarju wieħed fil-qasam tas-saħħa pubblika veterinarja (riskji bijoloġiċi) fir-Renju Unit għas-sena 2005
(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1711)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2005/439/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/131/KE dwar l-assistenza finanzjarja mill-Komunità għall-operat ta' ċerti laboratorji ta' referenza Komunitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika veterinarja (riskji bijoloġiċi) għas-sena 2005 (2), tagħtihom għajnuna finanzjarja Komunitarja sabiex iwettqu ċerti funzjonijiet u doveri. |
(2) |
Nhar it-28 ta’ Jannar 2005, bord ta' esperti ta' l-UE, ippresedut mil-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju (LRK) għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (EST), ikkonferma s-sejbien ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE - bovine spongiform encephalopathy) f’mogħża maqtula fi Franza. Dan kien l-ewwel każ taħt kundizzjonijiet naturali ta’ BSE f’annimal li jixtarr żgħir. |
(3) |
Fl-istqarrija tiegħu tat-28 ta’ Jannar 2005, il-Panel Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Alimentari (EFSA - European Food Safety Authority) sostna li s-sinifikat ta’ dan il-każ waħdieni ta’ infezzjoni tal-BSE f'mogħża fi Franza għad irid jiġi evalwat. Sabiex isir dan, l-EFSA indikat li r-riżultati ta’ monitoraġġ miżjud ta' l-EST fil-mogħoż ser ikunu essenzjali. Bi tweġiba għal dan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2005 (3) introduċa programm ġdid għall-monitoraġġ ta' l-EST fl-annimali kaprini b'bidu mill-11 ta' Frar 2005. Taħt dan il-programm ġdid ta’ monitoraġġ, in-numri ta’ annimali kaprini maqtula fi stat tajjeb ta' saħħa u dawk mejta fl-irziezet li se jiġu ttestjati żdiedu sostanzjalment. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2005 li jemenda l-Annessi III u X għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza epidemjoloġika għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli f'annimali bovini, ovini u kaprini (4), daħħal strateġija sabiex tiġi investigata l-preżenza possibbli ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f’annimali li jixtarru żgħar. L-istrateġija tinkludi l-ewwelnett l-implimentazzjoni ta’ eżami preliminari tal-każi kollha kkonfermati ta’ EST f’annimali li jixtarru żgħar fl-livell ta’ laboratorji ta’ referenza nazzjonali. It-tieni nett, ring trial b’ta’ l-anqas tliet metodi differenti f’laboratorji magħżula taħt it-tmexxija tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità għall-EST (LRK) li għandu jitwettaq fuq il-każi kollha li fihom l-eżami preliminari ma setax jeskludi l-BSE. Fl-aħħarnett, jeħtieġ il-mouse strain typing jekk l-eżitu tat-typing molekolari jeħtieġ li jiġi kkonfermat. Il-kontribut Komunitarju ser ikopri l-ispejjeż kollha tar-ring trial u l-mouse strain typing. |
(5) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, dan ir-rwol ta’ koordinatur min-naħa ta' l-LRK għar-ring trial u l-mouse strain imwettqa f’diversi laboratorji ġie inkluż fil-programmi ta’ ħidma għall-2005. |
(6) |
Għalhekk, l-assistenza finanzjarja Komunitarja għall-pjan ta’ ħidma annwali ta' l-LRK għandha tiżdied sabiex tkopri l-ispejjeż addizzjonali tar-ring trial u l-mouse strain typing. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2005/131/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2005/131/KE, hi emendata kif ġej: L-Artikolu 5 (1) jiġi ssostitwit b'li ġej:
“1. Il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lir-Renju Unit għall-funzjonijiet u d-doveri pprovduti fil-Kapitolu B ta’ l-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, li għandhom jitwettqu mill-Veterinary Laboratories Agency, Addlestone, ir-Renju Unit, għall-monitoraġġ ta’ l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli.
Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005, dik l-għajnuna finanzjarja m'għandhiex taqbeż l-EUR 810 500.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, nhar it-13 ta’ Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni Kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 45, 16.2.2005, p. 15.