This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1894
Council Regulation (EC) No 1894/2006 of 18 December 2006 concerning the implementation of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Community and Brazil relating to the modification of concessions in the schedules of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia and the Slovak Republic in the course of accession to the European Community, amending and supplementing Annex I to Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1894/2006 tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea

ĠU L 397, 30.12.2006, pp. 1–5
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1894/oj
30.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1894/2006
tat-18 ta' Diċembru 2006
dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn hawn 'il quddiem imsejħa “Nomenklatura Magħquda”, u stabbilixxa r-rati konvenzjonali tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2006/1894/KE (2), il-Kunsill approva, f'isem il-Komunità, il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea bil-ħsieb li jingħalqu n-negozjati li nbdew skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994. |
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u supplimentat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(a) |
L-Anness I (Nomenklatura Magħquda) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jiġu emendati bid-dazji u supplimentati bil-volumi indikati fl-Anness ma' dan ir-Regolament |
(b) |
Il-Kodiċi NM 0201 30 00, 0202 30 90, 0206 10 95, 0206 29 91fl-Anness 7 (kwoti tad-WTO li għandhom jinfetħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità) tat-Taqsima III tat-Tielet Parti għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 18 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-E.ENESTAM
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1)
(2) Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun kunsidrata bħala kitba li għandha biss valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu fiż-żmien ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn jiġu indikati ex-kodiċi tan-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.
Parti Tnejn Skeda ta' dazji doganali |
||
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Rata ta' dazju |
2106 10 80 |
Konċentrati tal-proteina |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
2401 10 90 |
Tabakk |
Naqqas id-dazju lejn il-KE minn EUR 11,2 MIN 22,0/100 kg/net MAX EUR 56,0/100 kg/net għal EUR 10 MIN 22,0/100 kg/net MAX EUR 56,0/kg/net |
Parti Tlieta Annessi tat-Tariffa |
||
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Rata ta' dazju |
1701 11 10 |
Zokkor mhux raffinat biex ikun irraffinat |
Pajjiż allokat (il-Brażil) kwota ta' rata tat-tariffa ta' 10 124 tunnellata bir-rata ta' kwota ta' EUR 98/tunnellata |
0207 14 10 0207 14 50 0207 14 70 |
Qatgħat iffriżati ta' għasafar ta' l-ispeċi Gallus domesticus |
Pajjiż allokat (il-Brażil) kwota ta' rata tat-tariffa ta' 2 332 tunnellata bir-rata ta' kwota ta' 0 % |
0207 11 10 0207 11 30 0207 11 90 0207 12 10 0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ, friski, mkessħa jew friżati |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
0207 13 10 0207 13 20 0207 13 30 0207 13 40 0207 13 50 0207 13 60 0207 13 70 0207 14 20 0207 14 30 0207 14 40 0207 14 60 |
Qatgħat tat-tiġieġ, friski, mkessħa jew friżati |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
0207 14 10 |
Qatgħat tat-tjur |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
0207 24 10 0207 24 90 0207 25 10 0207 25 90 0207 26 10 0207 26 20 0207 26 30 0207 26 40 0207 26 50 0207 26 60 0207 26 70 0207 26 80 0207 27 30 0207 27 40 0207 27 50 0207 27 60 0207 27 70 |
Laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew friżat |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
0207 27 10 0207 27 20 0207 27 80 |
Qatgħat tad-dundjan, iffriżat |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
1005 90 00 1005 10 90 |
Qamħirrum; |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
2008 20 11 2008 20 19 2008 20 31 2008 20 39 2008 20 71 2008 30 11 2008 30 19 2008 30 31 2008 30 39 2008 30 79 2008 40 11 2008 40 19 2008 40 21 2008 40 29 2008 40 31 2008 40 39 2008 50 11 2008 50 19 2008 50 31 2008 50 39 2008 50 51 2008 50 59 2008 50 71 2008 60 11 2008 60 19 2008 60 31 2008 60 39 2008 60 60 2008 70 11 2008 70 19 2008 70 31 2008 70 39 2008 70 51 2008 70 59 2008 80 11 2008 80 19 2008 80 31 2008 80 39 2008 80 70 |
Ananas, ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli ppriżervati |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
2009 11 11 2009 11 19 2009 19 11 2009 19 19 2009 29 11 2009 29 19 2009 39 11 2009 39 19 2009 49 11 2009 49 19 2009 79 11 2009 79 19 2009 80 11 2009 80 19 2009 80 34 2009 80 35 2009 80 36 2009 80 38 2009 90 11 2009 90 19 2009 90 21 2009 90 29 |
Meraq tal-frott |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
1806 |
Ċikkulata |
Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1) |
Id-deskrizzjoni tariffarja eżatta tal-KE-15 għandha tapplika għal-linji tariffarji u l-kwoti kollha ta' hawn fuq.