Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1977

1977/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1977/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1201/2006 li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2006/2007, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija

ĠU L 368, 23.12.2006, pp. 87–88 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, pp. 466–467 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1977/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

466


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1977/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1201/2006 li jiffissa l-koeffiċjenti li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2006/2007, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-prezz komunitarju tas-suq tal-karkassi tal-majjal kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 irid jiġi stabbilit b'referenza għall-prezzijiet reġistrati minn kull Stat Membru permezz ta' koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-majjali f'kull Stat Membru.

(2)

Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li l-koeffiċjenti msemmija jiġu adattati biex jinkorporaw id-dejta tal-Istati Membri l-ġodda.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1201/2006 tal-Kummissjoni (1) jrid jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond lopinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-laħam tal-majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1201/2006 jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ soġġett u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarij u tar-Rumanija.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 218, 9.8.2006, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

Koeffiċjenti ta' peżar biex jintużaw fil-kalkolu tal-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2006/2007, applikabbli mill-1 ta' Jannar 2007

L-Artikolu 4(2), tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75

Il-Belġju

3,9  %

Il-Bulgarija

0,6  %

Ir-Repubblika Ċeka

1,7  %

Id-Danimarka

7,9  %

Il-Ġermanja

16,9  %

L-Estonja

0,2  %

Il-Greċja

0,7  %

Spanja

15,5  %

Franza

9,5  %

L-Irlanda

1,1  %

L-Italja

5,8  %

Ċipru

0,3  %

Il-Latvja

0,3  %

Il-Litwanja

0,7  %

Il-Lussemburgu

0,1  %

L-Ungerija

2,4  %

Malta

0,1  %

L-Olanda

6,9  %

L-Awstrija

2,0  %

Il-Polonja

11,8  %

Il-Portugall

1,5  %

Ir-Rumanija

4,1  %

Is-Slovenja

0,3  %

Is-Slovakkja

0,7  %

Il-Finlandja

0,9  %

L-Iżvezja

1,1  %

Il-Gran Brittanja

3,0  %”


Top