Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0299

2013/299/UE, Euratom: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' Ġunju 2013 li tiffissa l-perijodu għat-tmien elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali

ĠU L 169, 21.6.2013, pp. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/299/oj

21.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 169/69


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Ġunju 2013

li tiffissa l-perijodu għat-tmien elezzjoni tar-rappreżentanti għall-Parlament Ewropew b'vot dirett universali

(2013/299/UE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Att tal-20 ta' Settembru tal-1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 78/639/Euratom, KEFA, KEE tal-25 ta' Lulju 1978 li tiffissa l-perijodu għall-ewwel elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali (3), il-Kunsill iffissa l-perijodu għal din l-ewwel elezzjoni mis-7 sal-10 ta' Ġunju 1979.

(2)

Jirriżulta li huwa impossibbli li t-tmien elezzjoni ssir matul il-perijodu korrispondenti tal-2014.

(3)

Għaldaqstant għandu jiġi ddeterminat perijodu elettorali ieħor,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew b'vot dirett universali għandu jkun mit-22 sal-25 ta' Mejju 2014 għat-tmien elezzjoni

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BRUTON


(1)   ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5. (mhux disponibbli bil-Malti)

(2)  Opinjoni tal-21 ta' Mejju 2013 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)   ĠU L 205, 29.7.1978, p. 75. (mhux disponibbli bil-Malti)


Top