This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2310
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2310 of 13 December 2017 opening a tariff quota for the year 2018 for the import into the Union of certain goods originating in Norway resulting from the processing of agricultural products covered by Regulation (EU) No 510/2014 of the European Parliament and of the Council
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2310 tat-13 ta' Diċembru 2017 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2018 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2310 tat-13 ta' Diċembru 2017 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2018 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2017/8325
ĠU L 331, 14.12.2017, pp. 36–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2310/oj
14.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2310
tat-13 ta' Diċembru 2017
li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2018 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta' Mejju 1973 (3) (“il-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja”) u l-Protokoll 3 tal-Ftehim ŻEE (4) jiddeterminaw l-arranġamenti kummerċjali għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti. |
(2) |
Il-Protokoll 3 għall-Ftehim ŻEE jipprevedi dazju b'rata żero għall-ilmijiet li jkollhom iz-zokkor jew materjal ta' taħlil ieħor miżjud magħhom jew li jkunu mogħtija t-togħma, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2202 10 00, u għal xarbiet mhux alkoħoliċi oħrajn, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2202 91 00 u 2202 99 li ma fihomx prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0401 sa 0404. |
(3) |
Id-dazju b'rata żero għal dawk l-ilmijiet u għal dawk ix-xarbiet l-oħra ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja għal perjodu ta' żmien illimitat permezz tal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 għall-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (5) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri”), li ġie approvat bid-Deċiżjoni 2004/859/KE. F'konformità mal-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri, l-importazzjonijiet bla dazju ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota bla dazju. Għandu jitħallas dazju fuq l-importazzjonijiet li jaqbżu l-allokazzjoni tal-kwota. |
(4) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2034 (6) fetaħ kwota tariffarja għall-2017 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2202 10 00, ex 2202 91 00 u ex 2202 99 li joriġinaw min-Norveġja. |
(5) |
Il-Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri jeżiġi li jekk il-kwota tariffarja msemmija hawn fuq tkun ġiet eżawrita sal-31 ta' Ottubru 2017, il-kwota tariffarja applikabbli mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara tiżdied b'10 %. Skont id-dejta mogħtija lill-Kummissjoni, il-kwota annwali għall-2017 għall-ilmijiet u x-xarbiet ikkonċernati miftuħa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2034, ġiet eżawrita fil-5 ta' Settembru 2017. |
(6) |
Għalhekk, għandha tinfetaħ kwota tariffarja miżjuda għall-ilmijiet u x-xarbiet ikkonċernati mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2018, skont il-Ftehim fl-Għamla ta' Skambju ta' Ittri. Il-kwota annwali miftuħa għall-2017 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2034 kellha volum ta' 17,303 miljun litru. Għalhekk, il-kwota għall-2018 se tkun miftuħa b'volum 10 % ogħla ta' 19,033 miljun litru. |
(7) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (7) jistipula r-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Il-kwota tariffarja miftuħa b'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ġestita skont dawk ir-regoli. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2018, il-kwota tariffarja bla dazju stipulata fl-Anness se tkun miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati f'dak l-Anness, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fih.
2. Ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 3 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja tal-14 ta' Mejju 1973 għandhom japplikaw għall-oġġetti elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
3. Għall-kwantitajiet importati li jaqbżu l-volum tal-kwota stabbilit fl-Anness, għandu japplika dazju preferenzjali ta' EUR 0,047 għal kull litru.
Artikolu 2
Il-kwota tariffarja bla dazju msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(2) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.
(3) ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.
(5) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2034 tal-21 ta' Novembru 2016 li jiftaħ il-kwota tariffarja għall-2017 għall-importazzjoni, fl-Unjoni Ewropea, ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 314, 21.11.2016, p. 4).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
ANNESS
Kwota tariffarja bla dazju għall-2018 li tapplika għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja
Nru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
Kodiċi TARIC |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Volum tal-Kwota |
||
09.0709 |
2202 10 00 |
|
|
19,033 miljun litru |
||
ex 2202 91 00 |
10 |
|
||||
ex 2202 99 11 |
11 19 |
|
||||
ex 2202 99 15 |
11 19 |
|
||||
ex 2202 99 19 |
11 19 |
|