Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D1909

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1909 tat-12 ta’ Novembru 2019 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

ST/13386/2019/INIT

ĠU L 293, 14.11.2019, pp. 113–118 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/1909/oj

14.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/113


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2019/1909

tat-12 ta’ Novembru 2019

li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315.

(2)

Il-punt (e) tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), li jirriflettu kemm appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta’ appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK).

(3)

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 (2) li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO.

(4)

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni (3) dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (ir-"Rakkomandazzjoni").

(5)

Il-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni speċifika li l-Kunsill għandu jaġġorna l-lista ta’ proġetti PESCO sa Novembru 2018 biex tinkludi s-sett ta’ proġetti li jmiss, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, li tipprevedi b’mod partikolari li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-"Rappreżentant Għoli") jista’, abbażi ta’ valutazzjonijiet mogħtija mis-Segretarjat tal-PESCO, jagħmel rakkomandazzjoni rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proġetti PESCO biex il-Kunsill jieħu deċiżjoni, wara parir militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC).

(6)

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/909 (4) li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO.

(7)

Fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1797 (5) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.

(8)

Fl-14 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni (6) li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO).

(9)

Fit-30 ta’ Settembru 2019, ir-Rappreżentant Għoli għamlet rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proposti ta’ proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(10)

Fit-22 ta’ Ottubru 2019, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-parir militari tal-EUMC dwar ir-rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proposti ta’ proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li l-Kunsill jemenda u jaġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-proġetti li ġejjin jiżdiedu mal-lista:

“35.

Ċentru Komuni Ewropew Integrat għat-Taħriġ u s-Simulazzjoni (EUROSIM);

36.

Hub tal-UE għall-Akkademja u l-Innovazzjoni fiċ-Ċibernetika (EU CAIH);

37.

Ċentru ta’ Taħriġ Mediku għall-Forzi tal-Operazzjonijiet Speċjali (SMTC);

38.

Żona ta’ Taħriġ Militari għad-Difiża CBRN (CBRNDTR);

39.

Netwerk tal-Unjoni Ewropea ta’ Ċentri tal-Għadis (EUNDC);

40.

Sistema Marittima Awtonoma għal Kontra s-Sottomarini (MUSAS);

41.

Korvetta ta’ Pattulja Ewropea (EPC);

42.

Attakk Elettroniku fl-Ajru (AEA);

43.

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Qasam Ċibernetiku u tal-Informazzjoni (CIDCC);

44.

Twissija u Interċettazzjoni f’Waqthom Permezz ta’ Sorveljanza tat-Teatri mill-Ispazju (TWISTER);

45.

Materjali u komponenti għall-kompetittività teknoloġika tal-UE (MAC-EU);

46.

Kapaċitajiet tal-UE għal Gwerra Kollaborattiva (ECoWAR);

47.

Sistema Ewropea ta’ Arkitettura għall-Inseriment Globali tal-RPAS.”;

(2)

fl-Anness I, jiżdiedu l-entrati li jinsabu fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(3)

l-Anness II huwa sostitwit mit-test li jidher fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 331, 14. 12. 2017, p. 57.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta’ Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).

(3)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (ĠU C 88, 8. 3. 2018, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta’ Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21. 11. 2018, p. 18).

(6)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2019 li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw impenji meħuda fil-qafas ta’ kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) (ĠU C 166, 15.5.2019, p. 1).


ANNESS I

Proġett

Membri tal-Proġett

35.

Ċentru Komuni Ewropew Integrat għat-Taħriġ u s-Simulazzjoni (EUROSIM)

Ungerija, Ġermanja, Franza, Polonja, Slovenja

36.

Hub tal-UE għall-Akkademja u l-Innovazzjoni fiċ-Ċibernetika (EU CAIH)

Portugall, Spanja

37.

Ċentru ta’ Taħriġ Mediku għall-Forzi tal-Operazzjonijiet Speċjali (SMTC)

Polonja, Ungerija

38.

Żona ta’ Taħriġ Militari għad-Difiża Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) (CBRNDTR)

Rumanija, Franza, Italja

39.

Netwerk tal-Unjoni Ewropea ta’ Ċentri tal-Għadis (EUNDC)

Rumanija, Bulgarija, Franza

40.

Sistema Marittima Awtonoma għal Kontra s-Sottomarini (MUSAS)

Portugall, Spanja, Franza, Żvezja

41.

Korvetta ta’ Pattulja Ewropea (EPC)

Italja, Franza

42.

Attakk Elettroniku fl-Ajru (AEA)

Spanja, Franza, Żvezja

43.

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Qasam Ċibernetiku u tal-Informazzjoni (CIDCC)

Ġermanja, Ċekja, Spanja, Ungerija, Netherlands

44.

Twissija u Interċettazzjoni f’Waqthom Permezz ta’ Sorveljanza tat-Teatri mill-Ispazju (TWISTER)

Franza, Spanja, Italja, Netherlands, Finlandja

45.

Materjali u komponenti għall-kompetittività teknoloġika tal-UE (MAC-EU)

Franza, Spanja, Portugall, Rumanija

46.

Kapaċitajiet tal-UE għal Gwerra Kollaborattiva (ECoWAR)

Franza, Belġju, Spanja, Ungerija, Rumanija, Żvezja

47.

Sistema Ewropea ta’ Arkitettura għall-Inseriment Globali ta’ Sistema ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS)

Italja, Franza, Rumanija


ANNESS II

“ANNESS II

LISTA AĠĠORNATA KONSOLIDATA TAL-MEMBRI TAL-PROĠETTI GĦAL KULL PROĠETT INDIVIDWALI

Proġett

Membri tal-Proġett

1.

Kmand Mediku Ewropew

Ġermanja, Belġju, Ċekja, Spanja, Franza, Italja, Netherlands, Rumanija, Slovakkja, Żvezja

2.

Radju definit b’Software Sigur Ewropew (ESSOR)

Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Polonja, Portugall, Finlandja

3.

Netwerk ta’ Ċentri Loġistiċi fl-Ewropa u appoġġ għall-Operazzjonijiet

Ġermanja, Belġju, Bulgarija, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Litwanja, Ungerija, Netherlands, Polonja, Slovenja, Slovakkja

4.

Mobbiltà Militari

Netherlands, Belġju, Bulgarija, Ċekja, Ġermanja, Estonja, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Ungerija, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Finlandja, Żvezja

5.

Ċentru ta’ Kompetenza għall-Missjoni ta’ Taħriġ tal-Unjoni Ewropea (EUTM CC)

Ġermanja, Ċekja, Irlanda, Spanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Awstrija, Netherlands, Rumanija, Żvezja

6.

Ċentru Ewropew ta’ Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ għall-Armati Ewropej

Italja, Greċja

7.

Funzjoni Operazzjonali tal-Enerġija (EOF)

Franza, Belġju, Italja, Spanja

8.

Pakkett dwar il-Kapaċità Militari li tista’ tiġi Skjerata għal Għajnuna f’Każ ta’ Diżastru

Italja, Greċja, Spanja, Kroazja, Awstrija

9.

Sistemi Marittimi (semi) Awtonomi għal Kontromiżuri kontra l-Mini (MAS MCM)

Belġju, Greċja, Latvja, Netherlands, Polonja, Portugall, Rumanija

10.

Sorveljanza u Protezzjoni tal-Port u Marittima (HARMSPRO)

Italja, Greċja, Polonja, Portugall

11.

Titjib tas-Sorveljanza Marittima

Greċja, Bulgarija, Irlanda, Spanja, Kroazja, Italja, Ċipru

12.

Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Theddid Ċibernetiku u r-Rispons għall-Inċidenti

Greċja, Spanja, Italja, Ċipru, Ungerija, Awstrija, Portugall

13.

Timijiet ta’ Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fiċ-Ċibersigurtà

Litwanja, Estonja, Kroazja, Italja, Netherlands, Polonja, Rumanija, Finlandja

14.

Sistema Strateġika ta’ Kmand u Kontroll (C2) għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK

Spanja, Ġermanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Portugall

15.

Vettura Armata għall-Ġlied tal-Infanterija / Vettura Amfibja tal-Attakk / Vettura Ħafifa Armata

Italja, Greċja, Slovakkja

16.

Appoġġ Indirett tal-Artillerija (EuroArtillery)

Slovakkja, Italja, Ungerija

17.

Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-EUFOR (EUFOR CROC)

Ġermanja, Spanja, Franza, Italja, Ċipru

18.

Taħriġ bil-Ħelikopters f’Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

Greċja, Italja, Rumanija

19.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE

Greċja, Ċipru

20.

Ċentri ta’ Testjar u Evalwazzjoni tal-UE

Franza, Żvezja, Spanja, Slovakkja

21.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (UGS)

Estonja, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Franza, Latvja, Ungerija, Netherlands, Polonja, Finlandja

22.

Sistemi ta’ Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta’ Viżjoni (BLOS) tal-UE

Franza, Belġju, Ċipru

23.

Pakkett ta’ Kapaċità ta’ Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

Bulgarija, Greċja, Franza

24.

Sistemi Ewropej ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b’Reżistenza Twila f’Altitudni Medja -MALE RPAS (Eurodrone)

Ġermanja, Ċekja, Spanja, Franza, Italja

25.

Ħelikopters ta’ Attakk Ewropej TIGER Mark III

Franza, Ġermanja, Spanja

26.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

Italja, Ċekja

27.

Pjattaforma Ewropea ta’ Airships ta’ Atmosfera Għolja (EHAAP) – Kapaċità Persistenti dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (ISR)

Italja, Franza

28.

Post Uniku ta’ Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta’ Forzi ta’ Operazzjonijiet Speċjali (SOF) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) — (SOCC) għal SJO

Greċja, Ċipru

29.

Kapaċità ta’ Gwerra Elettronika u Programm ta’ Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura dwar l-Intelligence, is-Sorveljanza u r-Rikonjizzjoni (JISR)

Ċekja, Ġermanja

30.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

Awstrija, Franza, Kroazja, Ungerija, Slovenja

31.

Kondiviżjoni tal-Bażijiet

Franza, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Netherlands

32.

Element ta’ Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

Ġermanja, Greċja, Franza, Awstrija, Portugall, Rumanija

33.

Soluzzjoni ta’ Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Polonja

34.

Netwerk ta’ Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)

Italja, Franza

35.

Ċentru Komuni Ewropew Integrat għat- Taħriġ u s-Simulazzjoni (EUROSIM)

Ungerija, Ġermanja, Franza, Polonja, Slovenja

36.

Hub tal-UE għall-Akkademja u l-Innovazzjoni fiċ-Ċibernetika (EU CAIH)

Portugall, Spanja

37.

Ċentru ta’ Taħriġ Mediku għall-Forzi tal-Operazzjonijiet Speċjali (SMTC)

Polonja, Ungerija

38.

Żona ta’ Taħriġ Militari għad-Difiża Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) (CBRNDTR)

Rumanija, Franza, Italja

39.

Netwerk tal-Unjoni Ewropea ta’ Ċentri tal-Għadis (EUNDC)

Rumanija, Bulgarija, Franza

40.

Sistema Marittima Awtonoma għal Kontra s-Sottomarini (MUSAS)

Portugall, Franza, Spanja, Żvezja

41.

Korvetta ta’ Pattulja Ewropea (EPC)

Italja, Franza

42.

Attakk Elettroniku fl-Ajru (AEA)

Spanja, Franza, Żvezja

43.

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Qasam Ċibernetiku u tal-Informazzjoni (CIDCC)

Ġermanja, Ċekja, Spanja, Ungerija, Netherlands

44.

Twissija u Interċettazzjoni f’Waqthom Permezz ta’ Sorveljanza tat-Teatri mill-Ispazju (TWISTER)

Franza, Spanja, Italja, Netherlands, Finlandja

45.

Materjali u komponenti għall-kompetittività teknoloġika tal-UE (MAC-EU)

Franza, Spanja, Portugall, Rumanija

46.

Kapaċitajiet tal-UE għal Gwerra Kollaborattiva (ECoWAR)

Franza, Belġju, Spanja, Ungerija, Rumanija, Żvezja

47.

Sistema Ewropea ta’ Arkitettura għall-Inseriment Globali ta’ Sistema ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS)

Italja, Franza, Rumanija


Top