Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8759

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8759 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 441, 22.12.2017, pp. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8759 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/14)

1.

Fil-11 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CEFC Group (Europe) Company a.s. (minn issa ’l quddiem “CEFC Europe”, ir-Repubblika Ċeka), li tappartjeni għall-grupp CEFC China Energy Company Limited (minn issa ’l quddiem “CEFC”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina),

Rockaway Capital SE (minn issa ’l quddiem “Rockaway Capital”, ir-Repubblika Ċeka);

European Bridge Travel a.s. (minn issa ’l quddiem “EBT”, ir-Repubblika Ċeka).

L-impriżi CEFC Europe u Rockaway Capital jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ EBT.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   l-impriża CEFC Europe: din l-impriża hija parti mill-grupp CEFC, li huwa kumpanija privata b’enfasi fuq lis-servizzi tal-enerġija u s-servizzi finanzjarji. Fl-UE, il-grupp CEFC jopera fis-swieq tal-mettallurġija, prodotti tal-makkinarji, l-industrija tal-birra, lukandi, il-kiri tal-proprjetà (uffiċċji u ħwienet u l-ġestjoni ta’ klabb sportiv (tal-futbol), u qed tespandi għas-servizzi finanzjarji u bankarji.

—   l-impriża Rockaway Capital: din l-impriża tinvesti f’kumpaniji eżistenti, u fi start-ups fil-qasam tas-servizzi tal-Internet, inkluż il-kummerċ elettroniku.

—   l-impriża EBT: EBT hija kumpanija azzjonarja li indirettament tikkontrolla kumpaniji oħra li joperaw fis-settur tal-forniment ta’ servizzi turistiċi, b’mod partikolari l-bejgħ tal-vaganzi organizzati minn terzi persuni, il-bejgħ online ta’ biljetti tal-ajru u fl-intermedjazzjoni l-assikurazzjoni tal-ivvjaġġar (iżda li tingħata biss bħala servizz anċillari fil-qasam tal-bejgħ tal-vjaġġi kollox kompriż u li mhumiex offruti b’mod separat).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8759 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

[email protected]

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

Commission européenne/Europese Commissie

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top