This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021AP0476
European Parliament legislative resolution of 25 November 2021 on the proposal for a Council decision authorising the Member States to accept, in the interest of the European Union, the accession of Jamaica to the 1980 Hague Convention on the Civil Aspects of International Child Abduction (COM(2021)0363 — C9-0334/2021 — 2021/0179(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ġamajka mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2021)0363 – C9-0334/2021 – 2021/0179(NLE))

ĠU C 224, 8.6.2022, pp. 160–160
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 224/160 |
P9_TA(2021)0476
Konvenzjoni tal-Aja (1980) dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri: adeżjoni tal-Ġamajka *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2021 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ġamajka mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (COM(2021)0363 – C9-0334/2021 – 2021/0179(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2022/C 224/25)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2021)0363), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0334/2021), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (1) dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 u l-Artikolu 114(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0299/2021), |
1. |
Japprova l-awtorizzazzjoni lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tal-Ġamajka għall-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat. |
(1) Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2014, 1/13, ECLI:EU:C:2014:2303.