This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2008/014/12
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.4941 — Henkel/Adhesives and Electronic Materials Business) Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4941 — Henkel/Adhesives and Electronic Materials Business) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4941 — Henkel/Adhesives and Electronic Materials Business) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 14, 19.1.2008, p. 35–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 14/35 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.4941 — Henkel/Adhesives and Electronic Materials Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2008/C 14/12)
1. |
Fil-11 ta' Jannar 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Henkel KgaA (“Henkel”, il-Ġermanja) takkwista fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, kontroll sħiħ tan-negozju ta' kolla u materjal elettroniku (“in-Negozju K&E”) li Akzo Nobel N.V. (“Akzo”, l-Olanda) reċentement akkwistat minn Imperial Chemical Industries PLC (“ICI”, ir-Renju Unit), permezz ta' xiri ta' ishma. Il-Negozji K&E attwalment jifformaw parti mill-Lamtu Nazzjonali u il-Kumpanija ta' l-Kimika, fi ħdan l-ICI. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numri tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4941 — Henkel/Adhesives and Electronic Materials Business, fl-indirizz li ġej:
|