Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/341/10

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7737 — Honeywell/Elster) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 341, 16.10.2015, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 341/23


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7737 — Honeywell/Elster)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 341/10)

1.

Fid-9 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Honeywell International Inc. tal-Istati Uniti tal-Amerika (“Honeywell”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Elster Division (“Elster”) ta’ Melrose Industries PLC tar-Renju Unit permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Honeywell hija kumpanija tat-teknoloġija u l-manifattura diversifikata li hija attiva madwar id-dinja fi tliet segmenti ta’ negozju: (i) l-Ajruspazju, (ii) l-Awtomazzjoni u Soluzzjonijiet tal-Kontroll u (iii) Materjali u Tekonoloġiji tal-Prestazzjoni. Fost l-oħrajn hija timmanifattura u tiddistribwixxi sistemi integrati u komponenti bħall-valvoli, il-burners u l-meters għall-applikazzjonijiet tat-tisħin u l-kejl u r-regolamentazzjoni tal-flussi tal-gass.

Elster hija fornitur globali ta’ sistemi integrati u komponenti bħall-valvoli, il-burners u l-meters għall-applikazzjonijiet tat-tisħin u l-kejl u r-regolamentazzjoni tal-flussi tal-gass. Elster timmanifattura u tforni wkoll meters tal-elettriċità u tal-ilma.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil [email protected] jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7737 — Honeywell/Elster, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top