Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2019C0094

Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 94/19/COL tat-18 ta’ Diċembru 2019 li temenda, għall-mija u l-ħames darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tħassar il-linji gwida dwar il-konverżjonijiet bejn il-muniti nazzjonali u l-Euro [2020/481]

PUB/2019/263

ĠU L 102, 2.4.2020, pp. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/481/oj

2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/14


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 94/19/COL

tat-18 ta’ Diċembru 2019

li temenda, għall-mija u l-ħames darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi tħassar il-linji gwida dwar il-konverżjonijiet bejn il-muniti nazzjonali u l-Euro [2020/481]

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 61 sa 63 u l-Protokoll 26,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b).

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat.

(2)

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet indirizzati fil-Ftehim ŻEE, jekk dan il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprevedi dan b’mod speċifiku jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li jkun meħtieġ.

(3)

Fid-19 ta’ Jannar 1994, l-Awtorità adottat ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li jinkludu kapitolu b’linji gwida dwar il-konverżjoni ta’ muniti nazzjonali f’ECUs (1).

(4)

Fil-5 ta’ Novembru 2003, dawn il-linji gwida ġew emendati wara l-introduzzjoni tal-Euro (2).

(5)

Minn dawn il-linji gwida jirriżulta li kull ammont espress f’Euro se jinbidel f’muniti tal-Istati tal-EFTA taż-ŻEE matul kwalunkwe sena kalendarja bir-rati tal-kambju prevalenti fl-ewwel jum tas-sena li fiha jkunu disponibbli l-valuri tal-kambju għal Euro fil-muniti kollha taż-ŻEE.

(6)

Dawn il-linji gwida ma għadhomx jikkorrispondu mal-linji gwida u l-prattiki tal-Kummissjoni Ewropea, li b’mod ġenerali tapplika r-rati tal-kambju tal-munita ta’ kull xahar/ta’ kuljum.

(7)

L-Awtorità kkonsultat mal-Istati tal-EFTA taż-ŻEE u mal-Kummissjoni Ewropea u se tallinja s-sistema tagħha għall-konverżjonijiet tal-munita ma’ dik tal-Kummissjoni Ewropea minn issa ’l quddiem.

(8)

Għaldaqstant, l-Awtorità ddeċidiet li tħassar il-linji gwida tagħha dwar il-konverżjoni ta’ muniti nazzjonali għall-Euro.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati billi jitħassar il-Kapitolu 33 dwar il-konverżjonijiet bejn il-muniti nazzjonali u l-Euro.

Artikolu 2

L-unika verżjoni awtentika ta’ din id-deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA

Bente ANGELL-HANSEN

Il-President

Membru tal-Kulleġġ Responsabbli

Frank J. BÜCHEL

Membru tal-Kulleġġ

Högni KRISTJÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ

Carsten ZATSCHLER

Kontrofirmatarju bħala Direttur, Affarijiet Legali u Eżekuttivi


(1)  Ara d-Deċiżjoni 4/94/COL (ĠU L 231, 3.9.1994, p. 68).

(2)  Ara d-Deċiżjoni 197/03/COL (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 33).


Top