Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C:2017:441:FULL

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 441, 22 ta' Diċembru 2017


Display all documents published in this Official Journal
 

ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 441

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 60
22 ta' Diċembru 2017


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 441/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8680 — Bain Capital/Toshiba Memory Corporation) ( 1 )

1

2017/C 441/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8717 — Engie/IPM Energy Trading/International Power Fuel Company) ( 1 )

1

2017/C 441/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8705 — BC Partners/Ceramtec) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2017/C 441/04

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar aspetti transkonfinali tal-politika dwar l-alkoħol — l-indirizzar tal-użu dannuż tal-alkoħol

3

2017/C 441/05

Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2017 dwar l-Identifikatur Ewropew tal-Leġislazzjoni

8

2017/C 441/06

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

13

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 441/07

Rata tal-kambju tal-euro

14

2017/C 441/08

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

15

2017/C 441/09

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

16

2017/C 441/10

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

17

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2017/C 441/11

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17, il-paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

18

2017/C 441/12

Avviż tal-Kummissjoni skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

19

2017/C 441/13

Avviż tal-Kummissjoni skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

20


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2017/C 441/14

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8759 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8680 — Bain Capital/Toshiba Memory Corporation)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/01)

Fl-14 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8680. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8717 — Engie/IPM Energy Trading/International Power Fuel Company)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/02)

Fil-15 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8717. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8705 — BC Partners/Ceramtec)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/03)

Fil-15 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32017M8705. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/3


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar aspetti transkonfinali tal-politika dwar l-alkoħol — l-indirizzar tal-użu dannuż tal-alkoħol

(2017/C 441/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

1.

IFAKKAR fl-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jipprevedi li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni, u li jiddikjara wkoll li l-azzjoni tal-Unjoni għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali, filwaqt li tirrispetta r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għad-definizzjoni tal-politika tagħhom dwar is-saħħa u għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' servizzi tas-saħħa u ta' kura medika.

2.

IFAKKAR fil-prinċipji tas-suq intern kif previsti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fit-TFUE.

3.

IFAKKAR fl-inizjattivi varji adottati mill-Kunsill dwar il-ħsara relatata mal-alkoħol ikkawżata mill-użu dannuż tal-alkoħol u, b'mod partikolari, l-aħħar konklużjonijiet tal-Kunsill dwar strateġija tal-UE dwar it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol, adottati fis-7 ta' Diċembru 2015 (1)  (2).

4.

IFAKKAR fir-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' April 2015 dwar “Strateġija dwar l-Alkoħol” (3) li tistieden lill-Kummissjoni biex taħdem fuq Strateġija ġdida dwar l-Alkoħol (2016-2022), fejn il-Parlament Ewropew “jenfasizza l-ħtieġa li tal-inqas il-kontenut ta' kaloriji tax-xorb alkoħoliku jiġi ddikjarat b'mod ċar fuq it-tikketti mill-aktar fis possibbli”, u “jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u, jekk ikun meħtieġ, tirriforma r-rwol u l-funzjonament tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa (4)” u tiżdied l-interazzjoni mal-Kumitat dwar il-Politika u l-Azzjoni Nazzjonali dwar l-Alkoħol (CNAPA) (5) fil-livell tal-UE.

5.

IFAKKAR fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Strateġija tal-UE li tappoġġa lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta' ħsara relatata mal-alkoħol” (2007-2012) (6), b'mod partikolari fejn aspetti transkonfinali, pereżempju ta' rekwiżiti ta' tikkettar jew reklamar, jibbenifikaw mill-valur miżjud ta' azzjoni fil-livell tal-UE, u JILQA' l-impenji mill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi u tappoġġa din l-azzjoni, b'mod partikolari fil-qafas tas-CNAPA u tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa.

6.

IFAKKAR fir-rapport ippreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-13 ta' Marzu 2017 dwar it-tikkettar obbligatorju tal-lista tal-ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tax-xorb alkoħoliku (7).

7.

IFAKKAR fl-opinjoni maħruġa mill-Kumitat tar-Reġjuni fid-9 ta' Frar 2017 dwar “Il-ħtieġa għal strateġija tal-UE dwar kwistjonijiet relatati mal-alkoħol u kif ħa naslu għaliha” (8), li tappella għal strateġija ġdida tal-UE dwar l-alkoħol, li tapprova l-appell mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew għal tmexxija politika b'saħħitha dwar din il-kwistjoni, u li tenfasizza oqsma partikolari għal azzjoni, bħat-tnaqqis tal-esponiment tat-tfal u ż-żgħażagħ għall-kummerċjalizzazzjoni u r-reklamar tal-alkoħol, it-titjib tat-tikkettar tal-alkoħol fil-livell tal-UE u t-titjib tas-sigurtà fit-toroq.

8.

IFAKKAR fil-Karta Ewropea dwar l-Ambjent u s-Saħħa (9), li tirrikonoxxi, fost il-prinċipji għall-politika pubblika, li saħħet l-individwi u l-komunitajiet għandha tieħu preċedenza ċara fuq kunsiderazzjonijiet ta' ekonomija u kummerċ.

9.

IFAKKAR fl-Istrateġija Globali biex jitnaqqas l-użu dannuż tal-alkoħol (10) approvata mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fil-21 ta' Mejju 2010, kif ukoll il-pjan ta' azzjoni Ewropew tad-WHO biex jitnaqqas l-użu dannuż tal-alkoħol 2012-2020 (11), approvat mit-53 Stat Membru kollha fir-Reġjun Ewropew tad-WHO fil-15 ta' Settembru 2011. Iż-żewġ dokumenti jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġi adottat approċċ komprensiv u biex jiġu involuti b'mod adegwat setturi bħalma huma l-iżvilupp, it-trasport, il-ġustizzja, l-assistenza soċjali, il-politika fiskali, il-kummerċ, l-agrikoltura, il-politika tal-konsumatur, l-edukazzjoni u l-impjiegi, kif ukoll is-soċjetà ċivili u l-operaturi ekonomiċi (12).

10.

IFAKKAR fil-Pjan ta' azzjoni globali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx (NCDs) 2013-2020 (13) approvat mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa f'Mejju 2013, li jistabbilixxi l-għan li jinkiseb tnaqqis relattiv fl-użu dannuż tal-alkoħol ta' mill-inqas 10 % sal-2025.

11.

IFAKKAR fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f'Settembru 2015, li jinkludi l-għan li tissaħħaħ il-prevenzjoni u t-trattament tal-abbuż ta' sustanzi, inkluż l-użu dannuż tal-alkoħol (14).

12.

JILQA' l-progress miksub mill-Istati Membri bl-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fl-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom li jkopru firxa wiesgħa u li għandhom l-għan li jnaqqsu l-użu dannuż tal-alkoħol.

13.

JINNOTA BI TĦASSIB li l-Ewropa għadha ir-reġjun bl-għola livell ta' konsum ta' alkoħol fid-dinja. Il-livell medju ta' konsum huwa kważi d-doppju tal-medja dinjija (15). Il-ħsara kkawżata mill-alkoħol għalhekk hija l-ogħla fid-dinja, kemm jekk fil-forma ta' bosta kondizzjonijiet tas-saħħa fejn l-alkoħol huwa magħruf li jikkontribwixxu għalihom (16) jew bħala spejjeż fost oħrajn ikkawżati lis-soċjetà mill-kriminalità, il-vjolenza, l-abilità mnaqqsa għax-xogħol, jew il-ħsara lit-tfal u l-familji (17).

14.

JINNOTA li t-tnaqqis tal-użu dannuż tal-alkoħol jikkontribwixxi kemm għat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija Ewropea kif ukoll għall-benessri tal-popolazzjoni. It-tnaqqis tal-użu dannuż tal-alkoħol iġib miegħu benefiċċji ekonomiċi u finanzjarji għall-Istati Membri kollha u għaċ-ċittadini tagħhom, pereżempju billi jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tas-sistemi ta' sigurtà soċjali f'konformità mal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 (18).

15.

JENFASIZZA li l-użu dannuż tal-alkoħol jikkontribwixxi wkoll b'mod sinifikanti għall-inugwaljanzi fis-saħħa bejn l-Istati Membri kif ukoll fi ħdanhom (19).

16.

JENFASIZZA li t-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol jirrikjedi azzjonijiet fuq firxa ta' oqsma ta' politika u li jinvolvi ħafna setturi tas-soċjetà fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali, sabiex jinkisbu benefiċċji umani u soċjali kif ukoll dawk ekonomiċi u finanzjarji għall-Istati Membri kollha u għaċ-ċittadini tagħhom.

17.

JINNOTA li skont l-opinjoni xjentifika tal-Grupp Xjentifiku tal-Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa (20) u studji aktar reċenti (21), il-kummerċjalizzazzjoni ta' xorb alkoħoliku għandha impatt fuq l-imġiba tal-konsumaturi, b'mod partikolari dik tat-tfal u ż-żgħażagħ, li huma aktar esposti għar-reklamar permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni ġodda online u li jkollhom probabbiltà akbar li jħallu impressjoni pożittiva tal-marki li jisponsorjaw attivitajiet sportivi.

18.

JINNOTA li fir-rapport tagħha dwar it-tikkettar obbligatorju tal-lista tal-ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tax-xorb alkoħoliku (22), il-Kummissjoni tikkonkludi li m'hemm l-ebda raġuni għaliex tali informazzjoni għandha tkun assenti fir-rigward tax-xorb alkoħoliku, u tistieden lill-industrija biex tippreżenta, fi żmien sena, proposta għal awtoregolamentazzjoni għas-settur kollu tax-xorb alkoħoliku.

19.

JINNOTA li, filwaqt li r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 jeżenta x-xorb alkoħoliku mill-għoti obbligatorju tal-informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-valuri nutrizzjonali, bosta Stati Membri żammew jew adottaw miżuri nazzjonali li jimponu rekwiżiti ta' tikkettar jew twissijiet tas-saħħa u xi manifatturi tal-alkoħol jipprovdu b'mod volontarju din l-informazzjoni lill-konsumaturi.

20.

JINNOTA BI TĦASSIB li, għalkemm il-prezz tal-alkoħol huwa wieħed mill-fatturi l-aktar importanti li jirregolaw il-konsum totali tal-alkoħol u wieħed mill-aktar għodod b'saħħithom li l-pajjiżi jistgħu jużaw għall-prevenzjoni tal-użu dannuż tal-alkoħol (23), l-objettivi tas-saħħa ta' diversi Stati Membri jistgħu jiġu kompromessi mill-kwantitajiet eċċessivament kbar ta' alkoħol trasportat, allegatament għal użu personali, minn pajjiż għall-ieħor.

21.

JINNOTA BI TĦASSIB li d-disponibbiltà fiżika u l-faċilità ta' aċċess għall-alkoħol għandu impatt fuq il-konsum tal-alkoħol u li, f'dan il-kuntest, l-iżvilupp ta' bejgħ online jippreżenta sfidi ġodda għall-Istati Membri biex jindirizzaw din il-kwistjoni, b'mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà ta' xorb alkoħoliku lill-minuri.

22.

JINNOTA BI TĦASSIB li l-effettività tar-regolamenti u l-pjanijiet tal-Istati Membri li għandhom l-għan li jintroduċu miżuri għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u għall-prevenzjoni tal-użu dannuż tal-alkoħol tista' tiddgħajjef permezz tal-esponiment għar-reklamar transkonfinali, inkluż ir-reklamar online, u l-kummerċ transkonfinali, inkluż il-bejgħ online. Għalhekk, il-kooperazzjoni multilaterali, li tinvolvi oqsma differenti ta' politika, timmassimizza l-benefiċċji ta' miżuri nazzjonali relatati ma' kwistjonijiet ta' saħħa marbuta mal-alkoħol.

23.

JINNOTA li data komparabbli dwar il-konsum tal-alkoħol u l-ħsara mill-alkoħol miġbura abbażi ta' metodoloġija komuni hija ta' valur kbir għall-iżvilupp ta' miżuri ta' politika dwar l-alkoħol fi ħdan l-UE, kif ukoll għall-valutazzjoni tal-impatt tagħhom, u, f'dan il-kuntest, JILQA' l-ħidma li diġà twettqet fil-qafas tal-Azzjoni Konġunta dwar it-Tnaqqis tal-Ħsara Relatata mal-Alkoħol (JARARHA) (24).

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX

24.

Ikomplu jsaħħu l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' azzjoni globali għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li ma jitteħidx 2013-2020, bil-ħsieb li tinkiseb il-mira ta' tnaqqis relattiv ta' 10 % fl-użu dannuż tal-alkoħol sal-2025.

25.

Ikomplu jintegraw l-objettiv tat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol fil-politiki nazzjonali rilevanti kollha, bħal politiki li x'aktarx jkollhom impatt fuq il-prezzijiet tax-xorb alkoħoliku kif ukoll politiki li għandhom l-għan li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni u l-arranġamenti għall-bejgħ tal-alkoħol, kif irrakkomandat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Saħħa fil-Politiki Kollha (25).

26.

Jeżaminaw il-possibbiltà li jadottaw miżuri mmirati biex jitnaqqas l-użu dannuż tal-alkoħol fil-livell nazzjonali u fil-qafas ta' kooperazzjoni bilaterali u multilaterali, filwaqt li jirrispettaw il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, bħal miżuri mmirati biex jħarsu lit-tfal u liż-żgħażagħ mill-esponiment għar-reklamar transkonfinali fis-suq uniku, biż-żieda fl-effiċjenza tal-informazzjoni pprovduta permezz tat-tikkettjar tax-xorb alkoħoliku u bil-prevenzjoni ta' attivitajiet illegali marbuta ma' trasport transkonfinali ta' alkoħol.

27.

Jissorveljaw mill-qrib il-konformità mal-miżuri nazzjonali u dawk tal-UE li għandhom l-għan li jipprevjenu l-użu dannuż tal-alkoħol, bħall-età minima għax-xiri tal-alkoħol u l-kondizzjonijiet applikabbli għat-trasport transkonfinali ta' xorb alkoħoliku.

28.

Jesploraw modi possibbli, inkluż permezz ta' arranġamenti bilaterali u multilaterali, biex iżommu kwistjonijiet transkonfinali milli jispiċċaw ikollhom impatt negattiv fuq l-effettività tal-miżuri nazzjonali mmirati għall-indirizzar tal-użu dannuż tal-alkoħol.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX

29.

Ikomplu l-ġbir u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni fil-livell tal-UE dwar miżuri nazzjonali adottati fil-kuntest tal-politika dwar l-alkoħol, kif ukoll dwar l-infurzar ta' miżuri nazzjonali relatati mal-alkoħol.

30.

Ikomplu jiżviluppaw il-kollaborazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bl-għan li jitnaqqas l-użu dannuż tal-alkoħol fi ħdan l-UE kull fejn ikun possibbli, b'mod partikolari permezz ta' sorveljanza aħjar tal-attivitajiet suxxettibbli li jdgħajfu l-effettività ta' politiki nazzjonali dwar l-alkoħol fi Stati Membri oħra, pereżempju t-trasmissjoni transkonfinali ta' messaġġi promozzjonali u x-xiri transkonfinali ta' xorb alkoħoliku.

31.

Jappoġġaw l-iżvilupp ta' studji u riċerka xjentifika bl-għan li jiġu identifikati l-aktar miżuri u inizjattivi effiċjenti li jindirizzaw l-użu dannuż tal-alkoħol u jaqsmu r-riżultati tagħhom, sabiex, fost l-oħrajn, jiġi ottimizzat l-impatt tal-informazzjoni pprovduta dwar ix-xorb alkoħoliku, pereżempju permezz tat-tikkettar.

32.

Jibnu fuq il-ħidma mwettqa mill-WHO, jiżviluppaw, fil-kuntest ta' azzjoni konġunta tal-UE dwar l-użu dannuż tal-alkoħol u f'kollaborazzjoni mal-aġenziji kompetenti tal-UE u korpi oħra (26), metodoloġija komuni għall-ġbir u l-analiżi ta' data rilevanti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt ta' miżuri transsettorjali nazzjonali u dawk tal-UE għat-tnaqqis tal-użu dannuż tal-alkoħol, inkluż statistika dwar ix-xiri transkonfinali u data biex jiġi evalwat il-volum, il-kontenut u l-impatt tal-kummerċjalizzazzjoni tal-alkoħol fil-media l-ġdida, b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq it-tfal u ż-żgħażagħ.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX

33.

Tadotta strateġija dedikata għat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol, kif imsemmi fil-paragrafu 21 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Strateġija tal-UE dwar it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol (27), li għandha tieħu kont tal-aspetti xjentifiċi, teknoloġiċi, ekonomiċi u soċjali tal-użu dannuż tal-alkoħol u l-iżviluppi f'oqsma differenti ta' politika li għandhom impatt fuq il-ħsara relatata mal-alkoħol li seħħet mis-sena 2012 'il hawn.

34.

Tkompli tintegra l-objettivi tat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol fil-politiki rilevanti kollha tal-UE, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet fil-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Saħħa fil-Politiki Kollha.

35.

Filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, kif ukoll it-tradizzjonijiet soċjali u kulturali kemm lokali kif ukoll reġjonali, tkompli tappoġġa l-politiki ta' prevenzjoni tal-Istati Membri għat-tnaqqis tal-konsum tal-alkoħol, għall-prevenzjoni tal-abbuż mill-alkoħol u biex tiġi indirizzata l-ħsara li jikkawża.

36.

Tesplora l-possibbiltajiet kollha biex tkompli tiffinanzja l-inizjattivi tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-qafas tat-tielet programm ta' azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (28), jiġifieri fil-qafas tas-CNAPA. Tniedi u timplimenta Azzjoni Konġunta ġdida dwar l-użu dannuż tal-alkoħol, filwaqt li tibni fuq il-ħidma li nbdiet mis-suċċess tal-JARARHA li ntemmet fl-2016, skont il-programm tas-saħħa.

37.

Tkompli l-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-media ġodda u tevalwa l-adegwatezza tal-miżuri attwali bl-għan li jitnaqqas l-esponiment, speċjalment tat-tfal u ż-żgħażagħ, għar-reklamar tal-alkoħol trasmess permezz tal-media diġitali, inkluż il-media soċjali.

38.

Tieħu kont, fil-valutazzjoni tal-proposti għall-awtoregolamentazzjoni dwar il-forniment ta' informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-valuri nutrizzjonali tax-xorb alkoħoliku li għandhom jiġu mressqa mill-industrija sa Marzu 2018 (29), il-ħtieġa tal-konsumaturi għall-informazzjoni u l-kapaċità li jagħmlu għażliet infurmati, il-benefiċċji potenzjali tal-miżuri proposti għall-prevenzjoni tal-użu dannuż tal-alkoħol u l-imġiba li twassal għal dipendenza, u l-ħtieġa li jiġi żgurat l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku u l-impatt pożittiv jew negattiv tal-miżuri proposti fuq is-setturi kollha.

Jekk l-approċċ awtoregolatorju ma jitqiesx sodisfaċenti, tniedi mingħajr dewmien valutazzjoni tal-impatt bil-ħsieb li tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-aħħar tal-2019 il-miżuri xierqa mmirati biex jiżguraw l-għoti tal-informazzjoni rilevanti dwar l-ingredjenti u l-valuri nutrizzjonali għas-settur kollu tax-xorb alkoħoliku.

Tiżgura t-trasparenza tal-valutazzjoni u tal-miżuri sussegwenti, billi jsiru disponibbli għall-pubbliku f'forma faċilment aċċessibbli u b'mod dettaljat ir-raġunijiet tagħhom kif ukoll l-informazzjoni rilevanti kollha.

39.

Filwaqt li tkompli tirrapporta kull sentejn lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-ħidma tagħha u l-progress li jkun sar fil-qasam tat-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol (30), iżżomm għad-dispożizzjoni tal-pubbliku reġistru uniku online tal-inizjattivi u l-attivitajiet kollha li tkun għamlet il-Kummissjoni dwar id-diversi politiki li jista' jkollhom impatt fuq l-indirizzar tal-użu dannuż tal-alkoħol.


(1)  ĠU C 418, 16.12.2015, p. 6.

(2)  Ara wkoll: Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ix-xorb tal-alkoħol miż-żgħażagħ, b'mod partikolari mit-tfal u l-adolexxenti (ĠU L 161, 16.6.2001, p. 38); Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Strateġija Komunitarja biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol (ĠU C 175, 20.6.2001, p. 1); Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-alkoħol u ż-żgħażagħ (9507/04); Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE biex titnaqqas il-ħsara relatata mal-alkoħol (16165/06); Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-piż tal-kanċer (10414/08); Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-alkoħol u s-saħħa (ĠU C 302, 12.12.2009, p. 15); Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għeluq ta' lakuni fis-saħħa fl-UE permezz ta' azzjoni miftiehma li tippromwovi mġiba għal stil ta' ħajja san (ĠU C 359, 9.12.2011 p. 5).

(3)  ĠU C 346, 21.9.2016, p. 32.

(4)  Forum Ewropew dwar l-Alkoħol u s-Saħħa: https://ec.europa.eu/health/alcohol/forum/forum_details_en#fragment0.

(5)  https://ec.europa.eu/health/alcohol/committee_en.

(6)  14851/06.

(7)  7303/17.

(8)  ĠU C 207, 30.6.2017, p. 61.

(9)  Il-Karta Ewropea dwar l-Ambjent u s-Saħħa, adottata fis-7 u t-8 ta' Diċembru 1989 mill-Ministri għall-Ambjent u għas-Saħħa tal-Istati Membri tar-Reġjun Ewropew tad-WHO u mill-Kummissjoni li taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea, bħala linja gwida għal azzjoni futura mill-Komunità f'oqsma li jaqgħu taħt kompetenza Komunitarja.

(10)  Riżoluzzjoni WHA63.13, p. 27.

(11)  Riżoluzzjoni EUR/RC61/R4.

(12)  Ara l-punt 6(b) fil-paġna 6 tal-Istrateġija Globali, http://www.who.int/substance_abuse/activities/gsrhua/en/.

(13)  http://www.who.int/nmh/events/ncd_action_plan/en/.

(14)  Ara l-miri tal-Għan 3 fuq http://www.un.org/sustainabledevelopment/sustainable-development-goals/.

(15)  Alcohol in the European Union – Consumption, harm and policy approaches, Uffiċċju Reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-Ewropa u l-Unjoni Ewropea, 2012.

(16)  Kif imfakkar mid-WHO fid-dokument Policy in action – A tool for measuring alcohol policy implementation (2017), l-Ewropa għandha l-ogħla konsum tal-alkoħol u l-ogħla piż tal-mard attribwibbli għall-alkoħol fid-dinja.

(17)  Ara Alcohol in the European Union – Consumption, harm and policy approaches, Uffiċċju Reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-Ewropa u l-Unjoni Ewropea, 2012.

(18)  https://ec.europa.eu/info/strategy/european-semester/framework/europe-2020-strategy_en.

(19)  Il-Kunsill diġà ssottolinja, fl-2009, li “l-inugwaljanzi fis-saħħa bbażati fuq determinanti soċjali huma marbuta sew, fost fatturi oħrajn, mal-konsum tal-alkoħol kemm bħala kawża kif ukoll bħala konsegwenza; l-użu dannuż tal-alkoħol innifsu huwa riskju magħruf sewwa jew fattur kawżali ta' ċerta mard li jittieħed u li ma jittiħidx u għandu impatt fuq is-saħħa tal-forza tax-xogħol” (ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-alkoħol u s-saħħa, imsemmija fin-nota f'qiegħ il-paġna 2).

(20)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/alcohol/Forum/docs/science_o01_.pdf.

(21)  Għal kollha, ara r-riżultati tal-istudju mwettaq f'Settembru 2012 minn RAND Europe fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, https://ec.europa.eu/health//sites/health/files/alcohol/docs/alcohol_rand_youth_exposure_marketing_en.pdf.

Għall-aħħar studji, ara Jernigan, D., Noel, J., Landon, J., Thornton, N. u Lobstein, T. (2017) Alcohol marketing and youth alcohol consumption: a systematic review of longitudinal studies published since 2008. Dipendenza, 112: 7-20. doi: 10.1111/add.13591.

(22)  Rapport imsemmi fil-paragrafu 5.

(23)  Ara d-dokument Global Strategy to Reduce the Harmful Use of Alcohol, WHO, 2010.

(24)  Fuq http://www.rarha.eu/Pages/default.aspx, ara b'mod partikolari r-rapport dwar il-“Comparative monitoring of alcohol epidemiology across the EU”.

(25)  Konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fit-30 ta' Novembru 2006 (16167/06).

(26)  Pereżempju, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA).

(27)  Imsemmi fil-paragrafu 2.

(28)  Ara r-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE Test b'relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).

(29)  Ara l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tikkettjar obbligatorju tal-lista tal-ingredjenti u d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni tax-xorb alkoħoliku (7303/17 – COM(2017) 58 final).

(30)  Kif mitlub fil-paragrafu 22 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Strateġija tal-UE dwar it-tnaqqis tal-ħsara relatata mal-alkoħol (2015) imsemmija fil-paragrafu 2.


22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/8


Konklużjonijiet tal-Kunsill

tas-6 ta’ Novembru 2017

dwar l-Identifikatur Ewropew tal-Leġislazzjoni

(2017/C 441/05)

I.   INTRODUZZJONI

1.

L-Artikolu 67(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja b’rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri.

2.

Spazju Ewropew ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih tista’ sseħħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja ma jirrikjedix biss għarfien tal-liġi Ewropea, iżda wkoll għarfien reċiproku tas-sistemi legali tal-Istati Membri l-oħra, inkluż il-leġislazzjoni nazzjonali.

II.   L-IDENTIFIKATUR EWROPEW TAL-LEĠISLAZZJONI

3.

L-Identifikatur Ewropew tal-Leġislazzjoni (ELI) għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess għal u l-kondiviżjoni u l-interkonnessjoni ta’ informazzjoni legali ppubblikata permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni legali fuq livell nazzjonali, Ewropew u globali.

4.

L-ELI jintuża biex tinħoloq sistema ta’ aċċess għal-leġislazzjoni li jkun aktar miftuħ, dirett u trasparenti għaċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjoni fil-livell tal-UE u lil hinn.

5.

L-użu tal-identifikatur u tal-metadata strutturata tal-ELI biex issir referenza għal-leġislazzjoni u biex din tiġi kklassifikata jiggarantixxi aċċess aktar faċli għall-informazzjoni legali u jiffaċilita l-iskambju u l-użu mill-ġdid tagħha. Bħala eżempju, l-ELI jintuża biex jissimplifika l-proċess li bih il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fuq is-sit web tal-EUR-Lex.

6.

B’mod partikolari, is-sistema tal-ELI:

a)

tippromwovi l-interoperabbiltà bejn is-sistemi legali, biex b’hekk tiffaċilita l-kooperazzjoni b’rabta ma’ materji legali bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

b)

taġixxi bħala mutur li jixpruna t-trasparenza u l-aċċessibbiltà, filwaqt li ssaħħaħ il-leġittimità u s-sens ta’ responsabbiltà tal-Istati Membri li jużawha;

c)

tippermetti li l-utenti joħolqu l-identifikaturi uniformi tar-riżorsa (URIs) tal-ELI manwalment, filwaqt li tipprovdihom b’aċċess iktar rapidu u faċli għal-leġislazzjoni li jkunu qegħdin ifittxu;

d)

ittejjeb l-effiċjenza tat-tiftix fost il-leġislazzjoni f’sistemi legali differenti għaċ-ċittadini u l-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja;

e)

ittejjeb l-effettività tal-flussi ta’ xogħol b’rabta mal-pubblikazzjoni legali, biex b’hekk twassal għal titjib fil-kwalità u l-affidabbiltà tal-leġislazzjoni kif ukoll għall-iffrankar tal-ispejjeż;

f)

tippermetti użu mill-ġdid intelliġenti ta’ data legali u toħloq opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ servizzi ġodda mis-settur privat, biex b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali.

7.

Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li ġejjin.

III.   ĦTIĠIJIET

8.

Il-portali tal-Ġurnali Uffiċjali u l-Gazzetti Legali nazzjonali u Ewropej jipprovdu aċċess għal informazzjoni dwar il-leġislazzjoni u pubblikazzjonijiet uffiċjali oħra.

9.

L-għarfien dwar is-sustanza u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea jista’ jinkiseb minn sorsi legali tal-UE u minn sorsi nazzjonali, b’mod partikolari mil-leġislazzjoni nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Unjoni Ewropea.

10.

Fid-dawl tal-kooperazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea kibret il-ħtieġa li l-informazzjoni legali li toriġina mill-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali tiġi identifikata u skambjata fil-livell Ewropew. Din il-ħtieġa tiġi ssodisfata parzjalment permezz tat-tqegħid tal-informazzjoni legali għad-dispożizzjoni b’mod diġitali u l-użu mifrux tal-Internet. Madanakollu, l-iskambju ta’ informazzjoni legali f’format elettroniku hu mxekkel mid-differenzi li jeżistu bejn is-sistemi legali nazzjonali differenti, kif ukoll id-differenzi fis-sistemi tekniċi li jintużaw biex il-leġislazzjoni tinħażen u tintwera fis-siti web nazzjonali. Dan ixekkel l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej, minkejja d-disponibbiltà ta’ aktar dokumenti f’format elettroniku.

11.

L-użu tal-Identifikatur Ewropew tal-Leġislazzjoni (ELI), abbażi tal-prinċipju tal-adozzjoni volontarja u gradwali, jgħin biex dawn il-problemi jingħelbu. Permezz tal-għażla li jintużaw identifikaturi uniċi, li tiġi assenjata metadata strutturata għal-leġislazzjoni nazzjonali fil-Ġurnali Uffiċjali u l-Gazzetti Legali u li l-metadata tiġi ppubblikata f’format li jista’ jerġa’ jintuża, l-Istati Membri jistgħu jippermettu tiftix u kondiviżjoni ta’ informazzjoni li jkunu effettivi, aktar rapidi u faċli għall-utent, kif ukoll mekkaniżmi ta’ tiftix effiċjenti għal-leġislaturi, l-imħallfin, l-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u ċ-ċittadini.

IV.   SOLUZZJONIJIET

12.

Jenħtieġ li kull Stat Membru jkompli jopera l-Ġurnali Uffiċjali u l-Gazzetti Legali nazzjonali tiegħu kif jidhirlu li jkun xieraq.

13.

Madanakollu, sistema komuni għall-identifikazzjoni tal-leġislazzjoni u l-istrutturar tal-metadata assoċjata titqies bħala mezz utli biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ulterjuri tal-leġislazzjoni nazzjonali interkonnessa u biex tkun ta’ servizz għall-operaturi fil-qasam tal-ġustizzja u ċ-ċittadini meta jużaw dawn is-sistemi ta’ informazzjoni legali.

14.

L-ELI għandu jiggarantixxi aċċess pubbliku kosteffettiv għal leġislazzjoni affidabbli u aġġornata u hu soġġett għal introduzzjoni volontarja u gradwali. Għal dan il-għan:

a)

L-ELI joħloq identifikatur uniku għal-leġislazzjoni, li jista’ jinqara kemm mill-bnedmin kif ukoll mill-kompjuters, u li hu kompatibbli mal-istandards teknoloġiċi eżistenti (“l-ewwel pilastru tal-ELI”);

b)

L-ELI jipproponi ġabra ta’ elementi ta’ metadata li jiddeskrivu l-leġislazzjoni f’konformità ma’ ontoloġija ta’ referenza (“it-tieni pilastru tal-ELI”);

c)

L-ELI tippermetti skambju akbar u aktar rapidu ta’ data: meta din il-metadata tiġi inkorporata fil-paġni web rispettivi tal-Ġurnali Uffiċjali u l-Gazzetti Legali jew is-sistemi ta’ informazzjoni legali, l-informazzjoni tista’ tiġi skambjata b’mod awtomatiku u effiċjenti bis-saħħa tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-arkitettura emerġenti tal-web semantiku, li jippermetti li l-informazzjoni tiġi pproċessata direttament kemm mill-kompjuters kif ukoll mill-bnedmin (“it-tielet pilastru tal-ELI”).

15.

L-ELI jagħti lill-Istati Membri u lill-Unjoni Ewropea mezz flessibbli, konsistenti, uniku u li kapaċi jawtodokumenta ruħu biex issir referenza għal-leġislazzjoni f’sistemi legali differenti. L-URIs tal-ELI huma mezz stabbli ta’ identifikazzjoni unika ta’ kwalunkwe att leġislattiv fl-Unjoni Ewropea kollha, b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tas-sistemi legali nazzjonali (1).

16.

L-ELI ma jieħux biss kont tal-kumplessità u l-ispeċifiċità tas-sistemi leġislattivi reġjonali, nazzjonali u Ewropej, iżda wkoll tal-bidliet fir-riżorsi legali (eż. il-konsolidazzjonijiet, l-atti li tħassru, eċċ). Huwa tfassal biex jiffunzjona bla xkiel fuq il-bażi ta’ sistemi eżistenti bl-użu ta’ data strutturata u jista’ jkompli jiġi żviluppat minn kwalunkwe pubblikatur tal-leġislazzjoni nazzjonali fil-livell Ewropew u lil hinn, bir-ritmu tiegħu.

17.

Minbarra l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, l-Istati ta’ Lugano (2) u oħrajn huma mħeġġa jużaw is-sistema tal-ELI.

V.   SITWAZZJONI ATTWALI

18.

B’segwitu għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2012, ġew implimentati r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

a)

Is-sistema tal-ELI intużat f’għadd ta’ sistemi ta’ pubblikazzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali (l-ewwel pilastru u/jew it-tieni pilastru u/jew it-tielet pilastru). Il-lista ta’ pubblikaturi tal-leġislazzjoni nazzjonali li qed jimplimentawha tinsab fir-reġistru tal-ELI: http://eurlex.europa.eu/eli;

b)

L-ELI ġie applikat għal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tista’ tinstab f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-portal tal-EUR-Lex li jitħaddem mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

c)

L-ELI ġie integrat fil-portal tal-EUR-Lex mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mad-Deċiżjoni 2009/496/KE (3);

d)

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jospita u jieħu ħsieb reġistru fil-portal tal-EUR-Lex tiegħu ta’ koordinaturi nazzjonali tal-ELI, informazzjoni dwar il-format u l-użu tal-ELI fil-pajjiżi parteċipanti u dokumentazzjoni utli oħra.

VI.   KONKLUŻJONI

19.

Il-Kunsill jilqa’ l-inizjattiva ta’ għadd ta’ Stati Membri biex jimplimentaw l-ELI fuq bażi volontarja fil-livell nazzjonali.

20.

It-“Task Force tal-Identifikatur Ewropew tal-Leġislazzjoni” fil-qosor it-“TF tal-ELI”, hu l-entità li nħolqot mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni Elettronika tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-ELI u biex tiżgura li fil-futur dawn jevolvu u jinżammu f’qafas strutturat:

a)

It-TF tal-ELI tabbozza speċifikazzjonijiet, li flimkien jiffurmaw l-istandard tal-ELI, li huma aċċessibbli fuq is-sit tal-internet tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea:

http://publications.europa.eu/mdr/eli/;

b)

It-TF tal-ELI tiddefinixxi ġabra ta’ proċessi għat-tibdil u ż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ELI li jipprevedu l-involviment tal-partijiet ikkonċernati tal-ELI li huma interessati, biex jiġi żgurat li l-evoluzzjonijiet huma retrokompatibbli biex jiġi ggarantit li l-implimentazzjonijiet eżistenti ma jiġux affettwati;

c)

It-TF tal-ELI tabbozza għadd ta’ gwidi tal-aħjar prattika u żviluppat għadd ta’ riżorsi, li huma aċċessibbli mir-reġistru tal-ELI:

http://eurlex.europa.eu/eli;

d)

It-TF tal-ELI għandha l-għan li tgħin lill-pubblikaturi tal-gvern tal-leġislazzjoni li jixtiequ jadottaw l-ELI permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-ħila esperta;

e)

It-TF tal-ELI hu magħmul mill-pajjiżi Ewropej li implimentaw l-ELI.

21.

Jenħtieġ li l-grupp ta’ esperti tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni Elettronika (Leġislazzjoni elettronika) dwar l-ELI javvanza din l-inizjattiva billi

a)

jippermetti li l-Istati Membri jwettqu skambju ta’ esperjenzi u prattiki tajbin dwar l-użu tal-ELI;

b)

jinforma lill-Istati Membri dwar il-ħidma tat-TF tal-ELI;

c)

jirrapporta lill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni Elettronika dwar it-tħassib u l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fid-dawl tal-ELI;

d)

jirrapporta dwar il-kontenut tal-laqgħat lill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni Elettronika.

22.

Il-Kunsill jinnota li kull pilastru tal-ELI (jiġifieri l-identifikaturi uniċi, l-ontoloġija u l-metadata) hu soġġett għal introduzzjoni volontarja, gradwali u fakultattiva.

23.

Dawn il-pilastri tal-ELI jistgħu jiġu implimentati indipendentement minn xulxin, iżda lkoll flimkien jagħtu l-benefiċċji sħaħ tal-ELI. Il-Kunsill jistieden lill-Istati Membri li jiddeċiedu li jintroduċu l-ELI fuq bażi volontarja:

a)

biex japplikaw l-ELI għal testi leġislattivi nazzjonali li jistgħu jinstabu fil-Ġurnali Uffiċjali, il-Gazzetti Legali jew is-sistemi ta’ informazzjoni legali operati mill-Istati Membri;

b)

bil-mod li jqisu li hu l-aktar fattibbli teknikament, meta t-testi leġislattivi nazzjonali jiġu ppubblikati fil-Ġurnali Uffiċjali u l-Gazzetti Legali nazzjonali jew meta jsiru disponibbli fis-sistemi ta’ informazzjoni legali tagħhom:

i.

biex jassenjaw identifikatur uniku għal kull test leġislattiv, ibbażat fuq mudell li juża wħud mill-komponenti jew il-komponenti kollha stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet;

ii.

biex jinkludu parti mill-metadata u l-ontoloġija kif stipulat fl-Anness taħt 3. Siti Referenzjali tal-ELI;

iii.

biex il-metadata tiġi organizzata f’serje fuq il-paġni web tal-Ġurnali Uffiċjali u l-Gazzetti Legali.

c)

biex jaħtru koordinatur nazzjonali tal-ELI;

d)

biex jikkondividu u jxerrdu informazzjoni dwar l-ELI;

e)

biex kull sena, fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill, jiddiskutu il-progress li jkun sar bl-introduzzjoni tal-ELI u l-metadata għal-leġislazzjoni nazzjonali.


(1)  L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI), li japplika fuq bażi volontarja, jipprovdi sistema Ewropea għall-identifikazzjoni tal-każistika. L-ELI jidentifika testi leġislattivi li għandhom karatteristiċi differenti u aktar kumplessi, u ż-żewġ sistemi huma komplementari. Il-Kunsill talab l-introduzzjoni tal-Identifikatur Ewropew tal-Każistika u ġabra minima ta’ metadata uniformi għall-każistika permezz ta’ konklużjonijiet (ĠU C 127, 29.4.2011, p. 1).

(2)  L-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera.

(3)  ĠU L 168, 30.6.2009, p. 41.


ANNESS

Elementi ewlenin ta’ informazzjoni u referenzi

1.   Dwar l-implimentazzjoni nazzjonali

1.1.   Il-koordinatur nazzjonali tal-ELI

1.

Kull pajjiż li juża l-ELI għandu jaħtar koordinatur nazzjonali uniku tal-ELI.

2.

Il-koordinatur nazzjonali tal-ELI għandu r-responsabbiltà li:

a)

jirrapporta dwar l-istatus ta’ implimentazzjoni tal-ELI;

b)

jikkondividi l-mudell(i) tal-URI applikabbli u jirrapporta dwarhom;

c)

jikkondividi l-metadata disponibbli u r-relazzjoni tagħha mal-iskema tal-metadata tal-ELI (fejn japplika) u jirrapporta dwarha;

d)

jipprovdi l-informazzjoni indikata hawn fuq lit-TF tal-ELI u lill-Grupp ta’ Esperti biex tiġi ppubblikata fuq is-sit web tar-Reġistru tal-ELI.

1.2.   Implimentazzjoni

1.

L-implimentazzjoni tal-ELI taqa’ taħt responsabbiltà nazzjonali.

2.

L-ELI jista’ b’mod fakultattiv jintuża wkoll fil-format ippubblikat tal-att leġislattiv stess, biex jiffaċilita r-referenza.

1.3.   L-ELI fl-UE

1.

Il-koordinatur tal-ELI għall-implimentazzjoni tal-ELI fil-livell tal-Unjoni Ewropea huwa l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

2.

Fejn xieraq, jenħtieġ li t-terminu “pajjiż” jew “Stat Membru” jinqara bħala “l-UE”.

2.   Elementi tal-ELI

L-elementi li ġejjin tal-ELI jindirizzaw dawn ir-rekwiżiti fuq bażi teknika (il-pilastri tal-ELI). Il-pilastri tal-ELI jistgħu jiġu implimentati indipendentement minn xulxin, iżda lkoll flimkien jagħtu l-benefiċċju sħiħ tal-ELI.

2.1.   Identifikazzjoni tal-leġislazzjoni – modi kif il-leġislazzjoni nazzjonali u dik Ewropea tiġi identifikata, tingħata isem u jsir aċċess għaliha (“l-ewwel pilastru”)

L-ELI juża “URIs tal-HTTP” biex jidentifika speċifikament l-informazzjoni legali kollha li tinsab online li tkun ġiet ippubblikata uffiċjalment fl-Ewropa. Dawn il-URIs huma deskritti formalment minn mudelli ta’ URI li jistgħu jinqraw minn magna (IETF RFC 6570), bl-użu ta’ komponenti li jinkludu semantika mill-perspettiva kemm legali kif ukoll tal-utent aħħari. Kull pajjiż ser jibni l-URIs awtodeskrittivi tiegħu waqt li jibbaża sa fejn possibbli fuq il-komponenti deskritti u filwaqt li jqis il-ħtiġijiet lingwistiċi speċifiċi tiegħu stess. Il-pajjiżi huma fil-libertà li jagħżlu u jirranġaw il-komponenti fil-mod li jkun l-aktar adattat għar-rekwiżiti tagħhom.

Il-komponenti huma definiti b’mod aktar sħiħ u disponibbli fuq is-siti tal-internet ċitati fil-punt 3 “Siti ta’ referenza tal-ELI”.

2.2.   Proprjetajiet li jiddeskrivu kull att leġislattiv (“it-tieni pilastru”)

Waqt li l-URI strutturat jista’ diġà jidentifika l-atti bl-użu ta’ ġabra ta’ komponenti definiti, l-attribuzzjoni ta’ metadata addizzjonali stabbilita fil-qafas ta’ sintassi kondiviża ser tipprovdi l-bażi għall-promozzjoni u t-tisħiħ tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-informazzjoni legali. Permezz tal-identifikazzjoni tal-metadata li tiddeskrivi l-karatteristiċi essenzjali ta’ riżorsa, il-pajjiżi ser ikunu jistgħu jerġgħu jużaw l-informazzjoni rilevanti pproċessata minn oħrajn għall-bżonnijiet tagħhom stess, mingħajr ma jkollhom jistabbilixxu sistemi ta’ informazzjoni addizzjonali.

Għalhekk, waqt li l-pajjiżi huma fil-libertà li jużaw l-iskema tal-metadata tagħhom stess, huma mħeġġa jsegwu u jużaw l-istandards ta’ metadata tal-ELI b’tabelli tal-awtoritajiet kondiviżi iżda li jistgħu jiġu estiżi, li jippermettu li jiġu ssodisfati rekwiżiti speċifiċi. L-iskema ta’ metadata tal-ELI hija maħsuba biex tintuża flimkien ma’ skemi ta’ metadata personalizzati.

Ontoloġija tirrappreżenta deskrizzjoni formali ta’ ġabra ta’ kunċetti u relazzjonijiet f’qasam partikolari. Id-deskrizzjoni tal-proprjetajiet tal-leġislazzjoni u r-relazzjonijiet bejn il-kunċetti differenti jippermetti intendiment kondiviż u jevita ambigwitajiet bejn it-termini. Billi hija speċifikazzjoni formali, l-ontoloġija tista’ tinqara mill-magni direttament.

Il-metadata tal-ELI hi formalizzata permezz tal-ontoloġija tal-ELI, abbażi tal-mudell stabbilit sew għal “Rekwiżiti funzjonali għal reġistri biblijografiċi”, (FRBR, http://archive.ifla.org/VII/s13/frbr/), allinjat ma’ inizjattivi attwali ta’ standardizzazzjoni oħra fil-qasam.

Iż-żamma tal-ontoloġija hija rregolata mit-TF tal-ELI.

2.3.   Disponibbiltà tal-metadata għall-iskambju tad-data (“it-tielet pilastru 3”)

Biex l-iskambju tad-data jsir aktar effiċjenti, l-elementi tal-metadata tal-ELI jistgħu jiġu organizzati f’serje f’konformità mar-rakkomandazzjoni tad-W3C, “RDFa in XHTML: Syntax and Processing” (RDFa). L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jżidu aktar formati għall-organizzazzjoni f’serje minbarra l-RDFa.

3.   Siti ta’ Referenza tal-ELI

Il-portal tal-EUR-Lex jospita r-reġistru tal-koordinaturi nazzjonali tal-ELI, informazzjoni dwar il-format u l-użu tal-ELI fl-Istati Membri parteċipanti u informazzjoni utli oħra:

http://eurlex.europa.eu/eli

Il-verżjoni ta’ referenza tal-ontoloġija tal-ELI tinżamm mit-Task Force tal-ELI. Din il-verżjoni, inklużi l-verżjonijiet kollha ppubblikati preċedentement u n-noti ta’ rilaxx tagħhom, huma liberament aċċessibbli fir-Reġistru tal-Metadata (MDR) ospitat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea:

http://publications.europa.eu/mdr/eli


22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/13


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2017/C 441/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Rustam Ilmirovich TEMIRGALIEV (nru 3), is-Sur Viktor Alekseevich OZEROV (nru 9), is-Sur Aleksandr Borisovich TOTOONOV (nru 14), is-Sur Valery Vladimirovich KULIKOV (nru 28), is-Sur Valery Kirillovich MEDVEDEV (nru 31), is-Sinjura Elena Borisovna MIZULINA (nru 33), is-Sur Vladimir Nikolaevich PLIGIN (nru 51), is-Sur Oleg Grigorievich KOZYURA (nru 53), is-Sur Aleksandr Sergeevich MALYKHIN (nru 59), is-Sur Marat Faatovich BASHIROV (nru 66), is-Sur Igor PLOTNITSKY (nru 70), is-Sur Boris Vyacheslavovich GRYZLOV (nru 77), is-Sur Fyodor Dmitrievich BEREZIN (nru 84), is-Sur Boris Alekseevich LITVINOV (nru 90), is-Sur Aleksandr Akimovich KARAMAN (nru 103), Mr Vladimir Abdualiyevich VASILYEV (nru 108), is-Sur Vladimir Stepanovich NIKITIN (nru 111), is-Sur Oleg Vladimirovich LEBEDEV (nru 112), is-Sur Alexander Mikhailovich BABAKOV (nru 119), is-Sur Yuriy Viktorovich SIVOKONENKO (nru 123), is-Sur Ravil Zakarievich KHALIKOV (nru 125), is-Sur Dmitry Aleksandrovich SEMYONOV (nru 126), is-Sur Sergey Yurevich IGNATOV (nru 140) is-Sinjura Olga Igoreva BESEDINA (nru 145), is-Sur Zaur Raufovich ISMAILOV (nru 146), is-Sur Anatoly Ivanovich ANTONOV (nru 147), is-Sur Konstantin Mikhailovich BAKHAREV (nru 153), is-Sur Dmitry Anatolievich BELIK (nru 154) u l-impjant tal-inbid effervexxenti tal-Kumpannija b’ishma konġunti “Novy Svet” (entità elenkata taħt in-nru 20), li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill qed jikkunsidra jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet msemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b’dan informati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel il-5 ta’ Jannar 2018, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: [email protected]

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ser jiġu kkunsidrati meta jaslu. B’rabta ma’ dan, l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati tinġibed għar-reviżjoni regolari tal-lista mill-Kunsill. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sal-25 ta’ Jannar 2018.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


Il-Kummissjoni Ewropea

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/14


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Diċembru 2017

(2017/C 441/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1859

JPY

Yen Ġappuniż

134,59

DKK

Krona Daniża

7,4447

GBP

Lira Sterlina

0,88763

SEK

Krona Żvediża

9,9844

CHF

Frank Żvizzeru

1,1725

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,9738

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,715

HUF

Forint Ungeriż

312,36

PLN

Zloty Pollakk

4,1998

RON

Leu Rumen

4,6363

TRY

Lira Turka

4,5313

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5451

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5184

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2758

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6931

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5952

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 281,82

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0858

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8092

HRK

Kuna Kroata

7,5468

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 067,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,8373

PHP

Peso Filippin

59,525

RUB

Rouble Russu

69,3462

THB

Baht Tajlandiż

38,838

BRL

Real Brażiljan

3,9214

MXN

Peso Messikan

22,9004

INR

Rupi Indjan

75,9275


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/15


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/08)

Deċiżjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 8331

fil-15 ta’ Diċembru 2017.

Dikromat tas-sodju

Nru tal-KE 234-190-3, Nru tal-CAS 10588-01-9 (anidru)

Numru tal-CAS 7789-12-0 (diidrat)

Gruppo Colle s.r.l.

Via G. Di Vittorio 3/5,

59025 Usella, Cantagallo, Prato,

l-Italja

REACH/17/27/0

L-użu tad-dikromat tas-sodju bħala mordant meta jinżebagħ is-suf b’kuluri skuri

fil-15 ta’ Diċembru 2021.

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li jiġi mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva addattata li fil-preżent jista’ juża d-detentur.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt


22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/16


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/09)

Deċiżjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 8333

Il-15 ta’ Diċembru 2017

1,2 -dikloroetan Numru tal-KE. 203-458-1 Numru tal-CAS. 107-06-2

GE Healthcare Bio-Sciences AB, Björkgatan 30, BA 1-1, 75184 Uppsala, l-Iżvezja

REACH/17/33/0

L-użu industrijali ta’ 1,2 -dikloroetan bħala solvent emulsifikanti fil-manifattura ta’ partikoli porużi għall-media f’forma ta’ żibeġ għall-kromatografija u għall-kolturi taċ-ċelloli

It-22 ta’ Novembru 2029

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva addattata f’termini tal-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħha.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt


22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/17


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/10)

Id-Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Id-data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni

In-numru tal-awtorizzazzjoni

L-użu awtorizzat

Id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2017) 8346

fil-15 ta’ Diċembru 2017.

Dikromat tal-ammonju

Nru tal-KE 232-143-1, Nru tal-CAS 7789-09-5

Veco B.V., Karel van Gelreweg 22, 6961 LB Eerbeek, in-Netherlands

17/28/0

L-użu tad-dikromat tal-ammonju bħala komponent fotosensittiv f’sistema ta’ verniċi fotolitografiċi tal-polivinilalkoħol għall-produzzjoni ta’ mandrini li jintużaw fil-proċessi tal-elettroformar tan-nikil

l-21 ta’ Settembru 2024

Skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem li ġej mill-użu tas-sustanza u ma hemm ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata li jista’ juża l-applikant.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/18


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17, il-paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/11)

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Périgueux-Bassillac — Pariġi (Orly)

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2021

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

id-9 ta’ Marzu 2018 (12.00, ħin ta’ Pariġi)

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kull tagħrif u/jew dokumenti rilevanti marbutin mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Communauté d’Agglomération du Grand Périgueux

1 Boulevard LAKANAL

24 000 Périgueux

FRANZA

Numru tat-telefown: +33 553358600

Indirizz elettroniku: [email protected]


22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/19


Avviż tal-Kummissjoni skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Obbligi ta’ servizz pubbliku rigward servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/12)

Stat Membru

L-Italja

Rotot ikkonċernati

Pantelleria-Trapani u viċiversa;

Pantelleria – Palermo u viċiversa;

Pantelleria – Catania u viċiversa;

Lampedusa – Palermo u viċiversa;

Lampedusa – Catania u viċiversa;

Id-data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbliġi ta’ servizz pubbliku

L-1 ta’ Lulju 2018

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Għal iktar informazzjoni:

Ministero delle infrastrutture e dei trasporti

Dipartimento per i trasporti, la navigazione gli affari generali ed il personale

Direzione Generale per gli aeroporti ed il trasporto aereo

Via Giuseppe Caraci, 36

00157 Roma

ITALIA

Telefown: +39 0641583690

ENAC

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze, Viale Castro Pretorio, n. 118

00185 Roma

ITALIA

Telefown: +39 0644596515

Internet:

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it

Email: [email protected]


22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/20


Avviż tal-Kummissjoni skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/13)

Stat Membru

L-Italja

Ir-rotta kkonċernata

Pantelleria-Trapani u viċiversa;

Pantelleria – Palermo u viċiversa;

Pantelleria – Catania u viċiversa;

Lampedusa – Palermo u viċiversa;

Lampedusa – Catania u viċiversa

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2021.

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

Xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż.

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Għal iktar informazzjoni:

ENAC,

Direzione Sviluppo Trasporto Aereo e Licenze, Viale Castro Pretorio, n. 118

00185 Roma

ITALIA

Telefown: +39 0644596515

Email: [email protected]

Internet

:

http://www.mit.gov.it

http://www.enac.gov.it


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8759 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 441/14)

1.

Fil-11 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

CEFC Group (Europe) Company a.s. (minn issa ’l quddiem “CEFC Europe”, ir-Repubblika Ċeka), li tappartjeni għall-grupp CEFC China Energy Company Limited (minn issa ’l quddiem “CEFC”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina),

Rockaway Capital SE (minn issa ’l quddiem “Rockaway Capital”, ir-Repubblika Ċeka);

European Bridge Travel a.s. (minn issa ’l quddiem “EBT”, ir-Repubblika Ċeka).

L-impriżi CEFC Europe u Rockaway Capital jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ EBT.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   l-impriża CEFC Europe: din l-impriża hija parti mill-grupp CEFC, li huwa kumpanija privata b’enfasi fuq lis-servizzi tal-enerġija u s-servizzi finanzjarji. Fl-UE, il-grupp CEFC jopera fis-swieq tal-mettallurġija, prodotti tal-makkinarji, l-industrija tal-birra, lukandi, il-kiri tal-proprjetà (uffiċċji u ħwienet u l-ġestjoni ta’ klabb sportiv (tal-futbol), u qed tespandi għas-servizzi finanzjarji u bankarji.

—   l-impriża Rockaway Capital: din l-impriża tinvesti f’kumpaniji eżistenti, u fi start-ups fil-qasam tas-servizzi tal-Internet, inkluż il-kummerċ elettroniku.

—   l-impriża EBT: EBT hija kumpanija azzjonarja li indirettament tikkontrolla kumpaniji oħra li joperaw fis-settur tal-forniment ta’ servizzi turistiċi, b’mod partikolari l-bejgħ tal-vaganzi organizzati minn terzi persuni, il-bejgħ online ta’ biljetti tal-ajru u fl-intermedjazzjoni l-assikurazzjoni tal-ivvjaġġar (iżda li tingħata biss bħala servizz anċillari fil-qasam tal-bejgħ tal-vjaġġi kollox kompriż u li mhumiex offruti b’mod separat).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8759 — CEFC/Rockaway Capital/European Bridge Travel.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:

[email protected]

Faks:

+32 22964301

Indirizz tal-posta:

Commission européenne/Europese Commissie

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top