L-avviż ta’ garanzija legali u t-tikketta GARAN tal-UE
Jekk int bejjiegħ ta’ oġġetti tal-konsum fl-UE, trid tinforma lill-konsumaturi dwar drittijiethom permezz ta’ avviż armonizzat obbligatorju li jispjega d-drittijiet li għandhom dwar il-garanzija legali.
Jekk int produttur u tagħżel li toffri garanzija kummerċjali volontarja ta’ durabbiltà li tmur lil hinn minn dik legali, trid tuża t-tikketta GARAN armonizzata tal-UE.
L-avviż armonizzat u t-tikketta GARAN tal-UE huma mfasslin biex jintużaw flimkien. Jindikaw lil xulxin biex juru d-differenzi bejn iż-żewġ tipi ta’ garanziji peress li kull waħda minnhom tista’ tiġi applikata indipendentement mill-oħra.
Twissija
L-avviż armonizzat se jsir obbligatorju mis-27 ta’ Settembru 2026 ’l quddiem. Jekk toffri garanzija addizzjonali ta’ durabbiltà, anki l-użu obbligatorju tat-tikketta GARAN japplika minn din id-data.
L-avviż armonizzat
L-avviż armonizzat jippreżenta lill-konsumaturi l-elementi ewlenin tal-garanzija legali ta’ konformità, b’mod partikulari l-fatt li kull konsumatur fl-UE jibbenefika minn mill-inqas sentejn ta’ garanzija legali ta’ protezzjoni għal kwalunkwe oġġett ta’ konsum mibjugħ fl-UE.
L-avviż armonizzat huwa disponibbli f’format standard li inti, bħala bejjiegħ, trid tqiegħdu fejn jidher b’mod prominenti. Dan tista’ tagħmlu, fost l-oħrajn:
- b’kartellun imqiegħed b’mod li jiġbed l-għajn ma’ ħajt tal-ħanut tiegħek,
- fil-post fejn il-klijenti jmorru biex iħallsu,
- bi tfakkira ġenerali fil-website tiegħek jekk għandek sit tal-kummerċ elettroniku.
L-avviż armonizzat huwa disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u jinforma lill-konsumaturi dwar:
- it-tul varjabbli tal-perjodu ta’ garanzija legali skont liema jkun il-pajjiż tal-UE,
- sitwazzjonijiet komuni fejn jistgħu jagħmlu użu minn drittijiethom dwar il-garanzija legali,
- is-soluzzjonijiet li inti, bħala l-bejjiegħ, għandek tipprovdilhom,
- passi prattiċi li l-konsumaturi għandhom jieħdu biex ifittxu rimedju,
- link għal aktar informazzjoni dwar il-garanziji.
It-tqegħid tal-avviż armonizzat fejn jidher
L-avviż armonizzat għandu l-karatteristiċi li ġejjin li ma jistgħux jiġu modifikati:
- kodiċi QR li jista’ jiġi skennjat u li jieħu lill-konsumaturi lejn aktar informazzjoni dwar il-garanziji bil-lingwa tagħhom,
- meta jiġi stampat, ma jistax ikun iżgħar minn daqs A4,
- meta jitqiegħed f’ħanut, jista’ jkun bil-kulur jew iswed u abjad,
- meta jitqiegħed online, irid ikun bil-kulur.
Għal aktar eżempji u passi li trid tieħu biex tħejji l-avviż armonizzat u tqiegħdu fejn jidher, irreferi għal-linji gwida prattiċi u niżżel il-fajls vettorjali b’riżoluzzjoni għolja en tal-avviż armonizzat bil-lingwi kollha tal-UE.
It-tikketta GARAN armonizzata tal-UE
It-tikketta GARAN armonizzata tal-UE tirrappreżenta garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà mogħtija fi snin. Din il-garanzija kummerċjali volontarja tiġi offruta minnek bħala produttur u trid tkun:
- mingħajr ebda spiża addizzjonali għall-konsumatur,
- tkopri l-prodott kollu,
- b’durata ta’ aktar minn sentejn.
Jekk il-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà offruta minnek tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet, l-użu tat-tikketta GARAN huwa obbligatorju. Din it-tikketta GARAN tfisser impenn li l-oġġett se jżommil-funzjonijiet u l-prestazzjoni neċessarji tiegħu fil-kuntest tal-użu normali għan-numru ta’ snin indikati. Inkella, bħala produttur tkun trid isewwi jew tibdel l-oġġett bla ma titlob ebda ħlas.
Trid telenka t-termini eżatti li japplikaw għall-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà
offruta, flimkien mal-garanzija legali. Din tissejjaħ ukoll id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali, u tinkludi:
- dikjarazzjoni ċara li l-konsumatur għandu dritt legali għal soluzzjonijiet b’xejn min-naħa tal-bejjiegħ jekk l-oġġetti jkunu difettużi, u li dan id-dritt mhuwiex affettwat mill-garanzija kummerċjali
- l-isem u l-indirizz tal-produttur,
- il-passi li l-konsumatur għandu jieħu biex juża l-garanzija kummerċjali,
- l-oġġetti koperti mill-garanzija kummerċjali,
- il-kundizzjonijiet tal-garanzija kummerċjali.
Id-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali trid tingħata lill-konsumatur f’forma durabbli li jista’ jżommha jew jirreferi għaliha, bħal avviż fuq karta jew b’email, mhux aktar tard minn meta l-oġġetti jiġu kkonsenjati.
Bħala produttur, inti responsabbli wkoll biex tagħmel l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-garanzija kummerċjali tad-durabbiltà disponibbli għall-bejjiegħ. Tista’ tqiegħed it-tikketta GARAN direttament fuq l-oġġett jew fuq l-imballaġġ tiegħu.
Twissija
Bħala produttur jew bejjiegħ, tista’ toffri tipi oħrajn ta’ garanziji kummerċjali, bil-kundizzjoni li dan ma jwassalx biex il-konsumaturi jħawduhom mal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà permezz tat-tikketta GARAN tal-UE. Pereżempju, jekk garanzija tad-durabbiltà tkopri biss parti minn prodott, ma tistax tuża t-tikketta GARAN tal-UE. Trid tgħid b’mod ċar lill-konsumaturi li l-garanzija tapplika biss għal dik il-parti, mhux għall-prodott kollu kemm hu.It-tqegħid tal-avviż armonizzat fejn jidher
It-tikketta GARAN armonizzata tal-UE għandha l-karatteristiċi li ġejjin li ma jistgħux
jiġu modifikati:
- għandha disinn fiss, li jinkludi:
- it-titlu “GARAN”,
- simbolu ta’ marka tal-very good li jindika d-durabbiltà,
- ikona ta’ kalendarju għas-snin,
- tfakkira viżiva tal-eżistenza tal-garanzija legali ta’ konformità,
- kodiċi QR li jieħdok għal informazzjoni dwar it-tikketta GARAN bil-lingwi kollha tal-UE,
- meta jiġi stampat, ma jistax ikun iżgħar minn 95 x 100 mm u jista’ jkun bil-kulur jew iswed u abjad,
- meta jintuża online, irid ikun bil-kulur, u jista’ juża format li juri l-informazzjoni f’saffi, li għandu jkun jista’ jitkabbar wara għafsa waħda tal-maws jew meta l-maws jingħadda minn fuq il-parti rilevanti.
Jekk int produttur, jeħtieġ li timmodifika l-elementi li ġejjin biex ikunu jaqblu mat-termini tal-garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà li qed toffri:
- it-tul tal-garanzija tad-durabbiltà (fi snin),
- il-marka jew it-trademark tiegħek,
- l-ID tal-mudell sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jaraw faċilment liema prodotti huma koperti mill-garanzija tad-durabbiltà.
Jekk int bejjiegħ, trid tqiegħed it-tikketta GARAN fejn tidher b’mod ċar sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jaraw faċilment liema prodotti għandhom garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà min-naħa tal-produttur.
Għal aktar eżempji u passi prattiċi għat-tħejjija tat-tikketta armonizzata GARAN
tal-UE u għat-tqegħid tagħha fejn tidher, irreferi għal-linji gwida prattiċi u niżżel il-fajls vettorjali b’riżoluzzjoni għolja en tat-tikketta armonizzata multilingwi.
Skopri aktar dwar il-garanziji legali u kummerċjali f’pajjiżek:
Agħżel il-pajjiż
- Ċipruel
- Franzaen
- Iċ-Ċekjaen
- Id-Danimarkaen
- Il-Belġjuenfrnl
- Il-Bulgarijaen
- Il-Finlandjaen
- Il-Ġermanjaen
- Il-Greċjaen
- Il-Kroazjaen
- Il-Latvjaen
- il-Liechtensteinen
- Il-Litwanjaen
- Il-Lussemburguen
- Il-Polonjaen
- Il-Portugallen
- In-Netherlandsnl
- In-Norveġjaen
- Ir-Rumanijaen
- Is-Slovakkjaen
- Is-Slovenjaen
- L-Awstrijadeen
- L-Estonjaen
- L-Irlandaen
- L-Italjaen
- L-Iżlandaen
- L-Iżvezjaen
- L-Ungerijaen
- Maltaen
- Spanjaen