Il-kummerċ elettroniku, il-bejgħ mill-bogħod u barra mil-lok tan-negozju
L-informazzjoni mogħtija f'din il-paġna tikkonċerna biss il-bejgħ lill-konsumatur
finali (B2C), mhux lil negozji oħrajn (B2B).
Il-kummerċ elettroniku u barra mil-lok tan-negozju joffri bosta vantaġġi, iżda jinvolvi
wkoll ċerti obbligi skont ir-regoli tal-UE.
L-ewwel regola hija li kwalunkwe prodott għall-bejgħ irid ikun jikkonforma mar-regoli,
ikun sikur, u għalhekk ma jikkawża l-ebda ħsara għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi.
Skont ir-regoli tal-UE dwar is-sikurezza, bħar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti (GPSR, General Product Safety Regulation), il-konsumaturi tal-UE jistgħu jiġu offruti biss prodotti li huma sikuri għalihom.
Skont il-GPSR, in-negozji li jbigħu online iridu jirrispettaw l-obbligi tas-sikurezza
tal-prodotti skont is-servizz li jipprovdu (operaturi ekonomiċi jew fornituri ta’
swieq online). Pereżempju, il-fornituri tas-swieq online jridu jfasslu l-interfaċċa
tagħhom u jiżguraw li l-kummerċjanti jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa dwar is-sikurezza
jew it-traċċabbiltà tal-prodotti, kif ukoll li jaraw li l-konsumaturi tagħhom ikunu
infurmati dwar is-sejħiet lura tal-prodotti. Barra minn hekk, il-fornituri tas-swieq
online għandhom jirreġistraw fis-Safety Gate tal-UE u jindikaw il-punt uniku ta’ kuntatt
tagħhom.
It-tranżazzjonijiet soġġetti għal dawn ir-regoli tal-UE huma l-kuntratti tal-bejgħ
u tas-servizzi lill-konsumaturi meta inti ma tiltaqax wiċċ imb wiċċ mal-klijent tiegħek; pereżempju, ftehimiet kuntrattwali bl-internet, bit-telefown (bl-interazzjoni umana
jew mingħajrha), bl-email, bil-fax, jew b'ittra standard, u kuntratti meta tikkonkludi
kuntratt mal-klijenti barra mil-lok tan-negozju tiegħek tas-soltu.
Ir-regoli dwar il-kummerċ elettroniku, mill-bogħod u barra mil-lok tan-negozju ma
jkoprux it-transazzjonijiet fl-oqsma li ġejjin:
is-servizzi soċjali u s-servizzi tas-saħħa
il-logħob tal-azzard
il-prodotti finanzjarji, tal-assigurazzjoni, u tal-investiment
il-proprjetà immobbli u akkomodazzjoni b’kera residenzjali
l-ivvjaġġar b'kollox inkluż, it-timeshare, u ċerti servizzi b’rabta mal-vaganzi li
huma soġġetti għal regoli speċifiċi
it-trasport tal-passiġġieri (apparti minn xi regoli speċifiċi)
il-kuntratti stabbiliti minn ċerti uffiċjali pubbliċi inkarigati, bħal nutara
l-ikel u x-xorb fornuti b'konsenja regolari lil klijent fid-dar jew fil-post tax-xogħol
l-obbligu tal-klijent li jħallas biex jirritorna l-oġġetti u stima tal-ispiża biex
jirritornahom jekk ma jkunx possibbli li jiġu rritornati b’mod normali bil-posta (pereżempju
oġġetti goffi) (jekk ma tinformax lill-klijent minn qabel tkun responsabbli għall-ispiża
biex l-oġġetti jiġu rritornati)
Il-prezzijiet, il-pagamenti, u l-ispejjeż
il-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi — li jinkludi kwalunkwe spiża addizzjonali
bħat-taxxi, l-ispejjeż tal-konsenja, u l-posta eċċ.
il-mezzi aċċettabbli ta’ pagament
l-arranġamenti għall-pagament
l-ispejjeż lill-klijent — meta jikkuntattjak biex jikkonkludi l-kuntratt — jekk ikunu
ogħla mir-rata bażika (pereżempju l-prezzijiet ta' telefonati b’tariffi speċjali fil-każ
ta’ kuntratti li jiġu konklużi bit-telefown)
il-kundizzjonijiet għal kull depożitu li jrid jitħallas
il-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe garanzija finanzjarja mogħtija
Jekk tixtieq titlob ħlas mingħand il-klijent biex juża xi mezz speċifiku ta’ pagament,
bħal karta ta’ kreditu, il-ħlas qatt ma jista' jkun ogħla minn kemm fil-fatt jiswik
biex tipproċessa l-pagament. F’xi pajjiżi dawn it-tariffi jistgħu fil-fatt ikunu pprojbiti
għalkollox.
Il-kodiċi tal-kondotta u l-kundizzjonijiet kuntrattwali
kif taċċessa kwalunkwe kodiċi tal-kondotta li japplika
it-tul taż-żmien tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemmu
Id-dritt tal-irtirar mill-kuntratt
il-kundizzjonijiet, il-limiti taż-żmien, u l-proċeduri
il-formola speċifika tal-irtirar
l-obbligu tal-klijent li jħallas għal kwalunkwe servizz (jew utilità pubblika) li
jkun ġie fornut diġà matul il-perjodu tal-irtirar, pereżempju jekk ikun talab biex
is-servizzi jingħataw immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt u mbagħad jiddeċiedi
li jirtira mill-kuntratt
l-obbligu tal-klijent li jħallas biex jirritorna l-oġġetti u stima tal-ispiża biex
jirritornahom jekk ma jkunx possibbli li jiġu rritornati b’mod normali bil-posta (pereżempju
oġġetti goffi)
l-imġiba li ttellef id-dritt tal-irtirar (pereżempju, il-ftuħ ta’ DVD jew CD issiġillati)
l-imġiba fejn id-dritt tal-irtirar ma japplikax (pereżempju, regoli għall-oġġetti
li jiskadu). F’każijiet ta’ din ix-xorta m’għandekx għalfejn tinforma lill-klijent
dwar ir-regoli ta’ hawn fuq dwar id-dritt tal-irtirar.
Tista' ssib eżempji ta’ kliem li juruk kif tagħti l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-irtirar fl-anness
1 tad-Direttiva.
Il-garanziji u s-soluzzjoni tat-tilwim
l-arranġamenti biex jiġu indirizzati l-ilmenti
l-iskemi disponibbli barra mill-qorti biex jissolva t-tilwim
il-kundizzjonijiet għal kwalunkwe servizz ta' wara l-bejgħ jew garanziji kummerċjali
Kif għandek tipprovdi din l-informazzjoni?
Trid tipprovdi l-informazzjoni kollha msemmija hawn fuq b’mod ċar u li faċli biex
jinftiehem.
Eżatt qabel ma l-klijent jagħmel l-ordni tiegħu (jikklikkja fuq buttuna biex iħallas/jixtri)
u viċin il-buttuna trid ukoll tindika b’mod ċar u prominenti:
il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew servizzi
il-prezz totali, inklużi l-ispejjeż addizzjonali
it-tul taż-żmien u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemm il-kuntratt
iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt (jekk ikun hemm wieħed)
Il-klijenti għandhom jingħataw ukoll l-opportunità li jirrikonoxxu li l-fatt li jagħmlu l-ordni jobbligahom li jħallsu. Pereżempju: il-buttuna “Ikkonferma
l-ordni” trid tkun tindika b’mod ċar il-funzjoni tagħha, ngħidu aħna billi tkun tinkludi
l-kliem “Ordna u ħallas”.
Il-kaxex immarkati minn qabel
Ma tistax tuża kaxxi mmarkati minn qabel meta titlob pagamenti żejda għal servizzi
li jkunu addizzjonali, pereżempju l-assigurazzjoni fuq l-ivvjaġġar meta tiġi bbukkjata
titjira. Il-klijenti jridu jingħataw dejjem il-possibbiltà li jaqblu espliċitament dwar kwalunkwe pagament addizzjonali.
Il-bejgħ ta’ kontenut diġitali
Jekk tbigħ kontenut diġitali bħal mużika, vidjows, jew software online, trid ukoll
tinforma lill-klijenti dwar:
l-interoperabbiltà tal-kontenut ma’ hardware u software rilevanti;
il-funzjonalità tal-kontenut — bħal xi restrizzjonijiet ġeografiċi tal-użu u jekk titħalliex tagħmel kopji għall-użu personali.
Ladarba l-klijent jibda jaċċessa l-kontenut — billi jniżżlu, bl-istreaming, jew b’xi mod ieħor — ma jkunx jista' jirtira mill-kuntratt li jkun għamel miegħek.
Madankollu, l-ewwel trid tagħti lill-konsumatur l-opportunità li jaqbel b’mod espliċitu dwar dan u li jirrikonoxxi li jitlef id-dritt tiegħu li jirtira malli jibda jniżżel
il-kontenut, eċċ.
Trid ukoll tinkludi konferma ta' dan il-ftehim u tal-kunsens fil-konferma tal-kuntratt li tibgħatlu.
Il-komunikazzjoni bit-telefown wara l-bejgħ
Jekk tipprovdi linja diretta tat-telefown għall-mistoqsijiet/l-ilmenti tal-klijenti
dwar kuntratti li jkunu kkonkludew, trid tiżgura li t-telefonati jitħallsu bit-tariffa
bażika.
Ma tistax tuża linji tat-telefown b'tariffa speċjali għal dan il-għan.
L-informazzjoni li tingħata minn qabel lill-klijenti
Qabel ma tikkonkludi l-kuntratt mal-klijent tiegħek, trid tipprovdilu l-informazzjoni
li ġejja b’format ċar u li jinftiehem.
Id-dettalji tiegħek
l-identità tiegħek
l-indirizz fiżiku u tal-email tiegħek
in-numru tat-telefown (jekk ikun disponibbli)
L-oġġetti u s-servizzi
il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew tas-servizzi
Il-konsenja u r-ritorni
jekk japplikawx restrizzjonijiet fuq il-konsenja
l-arranġamenti tal-konsenja
l-obbligu tal-klijent li jħallas biex jirritorna l-oġġetti u stima tal-ispiża biex
jirritornahom jekk ma jkunx possibbli li jiġu rritornati b’mod normali bil-posta (pereżempju
oġġetti goffi)
Il-prezzijiet, il-pagamenti, u l-ispejjeż
il-prezz tal-oġġetti jew tas-servizzi — li jinkludi kwalunkwe spiża addizzjonali
bħat-taxxi, l-ispejjeż tal-konsenja, u l-posta eċċ.
il-mezzi aċċettabbli ta’ pagament
l-arranġamenti għall-pagament
l-ispejjeż lill-klijent — meta jikkuntattjak biex jikkonkludi l-kuntratt — jekk ikunu
ogħla mir-rata bażika (pereżempju l-prezzijiet ta' telefonati b’tariffi speċjali fil-każ
ta’ kuntratti li jiġu konklużi bit-telefown)
il-kundizzjonijiet għal kull depożitu li jrid jitħallas
il-kundizzjonijiet ta’ kwalunkwe garanzija finanzjarja mogħtija
Jekk tixtieq titlob ħlas mingħand il-klijent biex juża xi mezz speċifiku ta' pagament,
bħal karta ta’ kreditu, il-ħlas qatt ma jista' jkun ogħla minn kemm fil-fatt jiswik
biex tipproċessa l-pagament. F’xi pajjiżi dawn it-tariffi jistgħu fil-fatt ikunu pprojbiti
għalkollox.
Il-kodiċi tal-kondotta u l-kundizzjonijiet kuntrattwali
kif taċċessa kwalunkwe kodiċi tal-kondotta li japplika
it-tul taż-żmien tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemmu
Id-dritt tal-irtirar mill-kuntratt
il-limiti taż-żmien u l-proċeduri
il-formola speċifika tal-irtirar
l-obbligu tal-klijent li jħallas għal kwalunkwe servizz (jew utilità pubblika) li
jkun ġie fornut diġà matul il-perjodu tal-irtirar, pereżempju jekk ikun talab biex
is-servizzi jingħataw immedjatament wara l-konklużjoni tal-kuntratt u mbagħad jiddeċiedi
li jirtira mill-kuntratt
kwalunkwe eċċezzjonijiet mid-dritt tal-irtirar (pereżempju oġġetti li jmorru) jew
atti li jċedu d-dritt (pereżempju t-tneħħija tas-siġill ta' DVD jew ta' CD issiġillati)
Tista' ssib eżempji ta’ kliem li juruk kif tagħti l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-irtirar fl-anness
1 tad-Direttiva.
Il-garanziji u s-soluzzjoni tat-tilwim
l-arranġamenti biex jiġu indirizzati l-ilmenti
l-iskemi disponibbli barra mill-qorti biex jissolva t-tilwim
il-kundizzjonijiet għal kwalunkwe servizz ta' wara l-bejgħ jew garanziji kummerċjali
Kif għandek tipprovdi din l-informazzjoni?
Trid tipprovdi l-informazzjoni kollha msemmija hawn fuq b’mod ċar u li faċli biex
jinftiehem.
Qabel ma l-klijent jagħmel l-ordni tiegħu għandek b'mod ċar u prominenti tindika:
il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew servizzi
il-prezz totali, inklużi l-ispejjeż addizzjonali
it-tul taż-żmien u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemm il-kuntratt
iż-żmien minimu tal-obbligi tal-konsumatur skont il-kuntratt (jekk ikun hemm wieħed)
Trid ukoll tagħti lill-klijenti l-opportunità li jirrikonoxxu li jekk jagħmlu l-ordni jkunu obbligati jħallsu.
Il-bejgħ bit-telefown
Malli tibda t-telefonata tiegħek, trid dejjem tiddikjara l-identità tiegħek u tgħarraf
lin-nies li qed tbigħ xi ħaġa. Trid ukoll tagħti l-informazzjoni dwar l-ispejjeż li
l-klijent ikollu jħallas (jekk ikunu ogħla mir-rata bażika) meta jikkuntattjak biex
tikkonkludu l-kuntratt, pereżempju l-prezzijiet ta' telefonati b’tariffi speċjali
f’każ ta’ kuntratti li jiġu konklużi bit-telefown.
Meta tikkonkludi kuntratti bit-telefown fi wħud mill-Istati Membri tal-UE, trid tikkonferma
biss l-offerta lill-klijent li jkun marbut bil-kuntratt meta jkun iffirma l-offerta.
Il-bejgħ b'messaġġ bil-mowbajl (jew simili)
Jekk il-mezz tal-bejgħ jagħmilha teknikament diffiċli għalik li tagħti din l-informazzjoni
kollha — pereżempju kuntratti konklużi permezz ta' messaġġ miktub bil-mowbajl — tista'
tagħti ammont limitat ta' informazzjoni, bħal pereżempju:
l-identità tiegħek
il-karatteristiċi ewlenin tal-oġġetti jew tas-servizzi
il-prezz totali
id-dritt tal-irtirar
it-tul taż-żmien u l-kundizzjonijiet biex wieħed itemm il-kuntratt
il-link għal sors ieħor (pereżempju website) għal-lista sħiħa tal-informazzjoni
Il-komunikazzjoni bit-telefown wara l-bejgħ
Jekk tipprovdi linja diretta tat-telefown għall-mistoqsijiet/l-ilmenti tal-klijenti
dwar kuntratti li jkunu kkonkludew, trid tiżgura li t-telefonati jitħallsu bit-tariffa
bażika.
Ma tistax tuża linji tat-telefown b'tariffa speċjali għal dan il-għan.
Il-konferma tal-kuntratt
Trid tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa bil-miktub meta tikkonferma l-kuntratt. Il-konferma
għandha tkun b’format durabbli (ittra, email, eċċ.), iżda tista' tibgħat ukoll il-konferma
f'kont personali fil-website tiegħek li l-klijent ikollu aċċess esklużiv għalih.
Trid tikkonferma l-kuntratt kemm jista' jkun malajr, mhux aktar tard minn meta jiġu
kkonsenjati l-oġġetti jew qabel ma jibda s-servizz.

L-irtirar minn kuntratt
Il-klijent tiegħek meta jista’ jirtira mill-kuntratt?
Jekk tajtu l-informazzjoni neċessarja kollha dwar id-dritt tal-irtirar, il-klijent
tiegħek għandu 14-il jum biex jirtira mill-kuntratt — mingħajr ebda penali u mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti raġuni:
Għall-oġġetti — dan ifisser 14-il jum wara l-konsenja
Għas-servizzi — dan ifisser 14-il jum wara li jkun ġie konkluż il-kuntratt
Il-kuntratti mħalltin
Għall-kuntratti mħalltin, bħal dawk li joffru oġġetti bħala l-fokus ewlieni tal-kuntratt
— b’servizzi addizzjonali — jiġi applikat id-dritt tal-irtirar b’rabta mal-oġġetti,
jiġifieri sa 14-il jum wara l-konsenja. Fejn is-servizzi jkunu l-fokus ewlieni — b’oġġetti
addizzjonali — jiġi applikat id-dritt tal-irtirar b’rabta mas-servizzi, jiġifieri
sa 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt.
Fi kwalunkwe każ, il-perjodu jkun estiż għall-jum tax-xogħol li jkun imiss jekk dan
jintemm fil-weekend jew fi btala pubblika.
Jekk tkun inqast milli tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, il-klijent ikollu
sena oħra żmien biex jirtira mill-kuntratt. Jekk f’xi punt matul dan il-perjodu ta' sena tipprovdi
l-informazzjoni, il-perjodu tal-irtirar ta’ 14-il jum jibda minn dak il-mument.
X’inhuma l-obbligi tiegħek wara li l-konsumatur jirtira mill-kuntratt?
Trid trodd lura l-flus li tkun irċevejt mingħand il-klijent tiegħek (jew tikkanċella l-pagament tiegħu)
fi żmien 14-il jum minn meta tiġi nnotifikat li jkun se jirtira.
Tista’ żżomm dan ir-rimborż sakemm tirċievi l-oġġetti lura mingħand il-klijent, jew
tal-anqas sa meta tirċievi evidenza li fil-fatt ikun bagħathom.
Min iħallas xiex?
Il-klijent iħallas l-ispiża biex jirritorna l-oġġetti (dment li ma tkunx inqast milli tinformah b’dan minn qabel — f’dan il-każ
tkun ir-responsabbiltà tiegħek li tħallas dawn l-ispejjeż).
In-negozju tiegħek irid jirrimborża l-ispejjeż oriġinali tal-konsenja, iżda mhux kwalunkwe spiża addizzjonali jekk il-klijent ikun għażel tip ta’ konsenja
aktar għalja (pereżempju express) minflok konsenja standard.
L-obbligi tal-klijent
Qabel ma jirtira, il-klijent jista’ jeżamina l-oġġetti biss daqslikieku kien qiegħed jarahom f’ħanut, b’mod li jippermettilu jikkonferma
li oġġett ikun dak li ordna u ried.
Jekk il-klijent ikun fil-fatt uża l-oġġetti qabel ma jibgħathom lura, tista’ titlob kumpens għall-valur imnaqqas kaġun tal-fatt
li jkunu ntużaw.
L-irtirar minn servizzi
Jekk, għax hekk ikun talbek il-klijent, tkun bdejt tagħti s-servizz ordnat — pereżempju
l-installazzjoni ta’ sistema tal-allarm — qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt tal-irtirar
u l-klijent imbagħad jiddeċiedi li jirtira, irid iħallsek għas-servizzi li tkun ipprovdejtlu
sa dak il-punt.
Meta ma jistax jirtira l-klijent tiegħek?
L-eċċezzjonijiet ewlenin għar-regoli dwar l-irtirar huma jekk il-kuntratt kien għal:
servizz li inti diġà tajt kompletament (bi ftehim mal-klijent tiegħek) qabel ma l-klijent
jiddeċiedi li jirtira
merkanzija li tiskadi (eż. ċerti oġġetti tal-ikel)
oġġetti ssiġillati li, għal raġunijiet ta’ iġjene, ma jistgħux jintbagħtu lura wara
li jkunu nfetħu
oġġetti mfasslin apposta u żviluppati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent jew
personalizzati b’mod ċar
midja ssiġillata (reġistrazzjonijiet bl-awdjo, reġistrazzjonijiet bil-vidjow, jew
software) li l-klijent ikun neħħielhom is-siġill
gazzetti jew rivisti (iżda l-irtirar minn abbonamenti hu possibbli)
akkomodazzjoni għall-btajjel, kiri ta' karozzi, servizzi ta’ catering u ta’ divertiment
(jekk tkun impenjajt ruħek li tagħti dawn is-servizzi f’data speċifika jew f'perjodu
speċifiku)
L-irtirar minn kuntratt
Il-klijent tiegħek meta jista’ jirtira mill-kuntratt?
Jekk tajtu l-informazzjoni neċessarja kollha dwar id-dritt tal-irtirar, il-klijent
tiegħek għandu 14-il jum biex jirtira mill-kuntratt — mingħajr ebda penali u mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti raġuni:
Għall-oġġetti — dan ifisser 14-il jum wara l-konsenja
Għas-servizzi — dan ifisser 14-il jum wara li jkun ġie konkluż il-kuntratt
Il-kuntratti mħalltin
Għall-kuntratti mħalltin, bħal dawk li joffru oġġetti bħala l-fokus ewlieni tal-kuntratt
— b’servizzi addizzjonali — jiġi applikat id-dritt tal-irtirar b’rabta mal-oġġetti,
pereżempju sa 14-il jum wara l-konsenja. Fejn is-servizzi jkunu l-fokus ewlieni —
b’oġġetti addizzjonali — jiġi applikat id-dritt tal-irtirar b’rabta mas-servizzi,
jiġifieri sa 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt.
Fi kwalunkwe każ, il-perjodu jkun estiż għall-jum tax-xogħol li jkun imiss jekk dan
jintemm fil-weekend jew fi btala pubblika.
Jekk tkun inqast milli tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, il-klijent ikollu
sena oħra żmien biex jirtira mill-kuntratt. Jekk f’xi punt matul dan il-perjodu ta' sena tipprovdi
l-informazzjoni, il-perjodu tal-irtirar ta’ 14-il jum jibda minn dak il-mument.
X’inhuma l-obbligi tiegħek wara li l-konsumatur jirtira mill-kuntratt?
Trid trodd lura l-flus li tkun irċevejt mingħand il-klijent tiegħek (jew tikkanċella l-pagament tiegħu)
fi żmien 14-il jum minn meta tiġi nnotifikat li jkun se jirtira.
Tista’ żżomm dan ir-rimborż sakemm tirċievi l-oġġetti lura mingħand il-klijent, jew
tal-anqas sa meta tirċievi evidenza li fil-fatt ikun bagħathom.
Min iħallas xiex?
Il-klijent iħallas l-ispiża biex jirritorna l-oġġetti (dment li ma tkunx inqast milli tinformah b’dan minn qabel — f’dan il-każ
tkun ir-responsabbiltà tiegħek li tħallas dawn l-ispejjeż).
In-negozju tiegħek irid jirrimborża l-ispejjeż oriġinali tal-konsenja, iżda mhux kwalunkwe spiża addizzjonali jekk il-klijent ikun għażel tip ta’ konsenja
aktar għalja (pereżempju express) minflok konsenja standard.
L-obbligi tal-klijent
Qabel ma jirtira, il-klijent jista’ jeżamina l-oġġetti biss daqslikieku kien qiegħed jarahom f’ħanut, b’mod li jippermettilu jikkonferma
li oġġett ikun dak li ordna u ried.
Jekk il-klijent ikun fil-fatt uża l-oġġetti qabel ma jibgħathom lura, tista’ titlob kumpens għall-valur imnaqqas kaġun tal-fatt
li jkunu ntużaw.
L-irtirar minn servizzi
Jekk, għax hekk ikun talbek il-klijent, tkun bdejt tagħti s-servizz ordnat — pereżempju
l-installazzjoni ta’ sistema tal-allarm — qabel ma jiskadi l-perjodu tad-dritt tal-irtirar
u l-klijent imbagħad jiddeċiedi li jirtira, irid iħallsek għas-servizzi li tkun ipprovdejtlu
sa dak il-punt.
Meta ma jistax jirtira l-klijent tiegħek?
L-eċċezzjonijiet ewlenin għar-regoli dwar l-irtirar huma jekk il-kuntratt kien għal:
servizz li inti diġà tajt kompletament (bi ftehim mal-klijent tiegħek) qabel ma l-klijent
jiddeċiedi li jirtira
merkanzija li tiskadi (eż. ċerti oġġetti tal-ikel)
oġġetti siġillati li, għal raġunijiet ta’ iġjene, ma jistgħux jintbagħtu lura wara
li jkunu nfetħu
oġġetti mfasslin apposta u żviluppati skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijent jew
personalizzati b’mod ċar
midja ssiġillata (reġistrazzjonijiet bl-awdjo, reġistrazzjonijiet bil-vidjow, jew
software) li l-klijent ikun neħħielhom is-siġill
gazzetti jew rivisti (iżda l-irtirar minn abbonamenti hu possibbli)
akkomodazzjoni għall-btajjel, kiri ta' karozzi, servizzi ta’ catering u ta’ divertiment
(jekk tkun impenjajt ruħek li tagħti dawn is-servizzi f’data speċifika jew f'perjodu
speċifiku)
Il-konsenja tal-oġġetti
Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor fil-kuntratt, trid tikkonsenja l-oġġetti mingħajr
dewmien żejjed, sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li jiġi konkluż il-kuntratt.
Jekk ma tistax tikkonsenjahom fi żmien 30 jum jew fiż-żmien miftiehem, il-klijent jista’ jitlob li tikkonsenjahom
f’perjodu ta’ żmien addizzjonali.
Jekk inti tonqos milli tikkonsenjahom matul dan il-perjodu addizzjonali, il-klijent
jista’ jtemm il-kuntratt u jitlob li jingħata flusu lura.
Eċċezzjoni
F’każijiet fejn id-data tal-konsenja speċifikata hi essenzjali (pereżempju libsa
tat-tieġ), il-klijent jista’ jtemm il-kuntratt immedjatament u jkun intitolat għal
rimborż sħiħ jekk l-oġġett ma jiġix ikkonsenjat fid-data li oriġinarjament ikun sar
qbil dwarha.
Ir-responsabbiltà għar-riskju ta’ xi danni lill-oġġetti waqt il-konsenja hija tiegħek,
sakemm ma kienx il-klijent li organizza l-konsenja u qabbad lit-trasportatur. Inti
dejjem responsabbli għal dak li jiġri mill-oġġetti meta dawn ikunu qed jinġarru minn trasportatur imqabbad minnek.

Skopri aktar dwar il-bejgħ mill-bogħod u barra mill-post tan-negozju f’pajjiżek
Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata
Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.