Akkreditazzjoni 

L-aċċess għall-binjiet tagħna huwa ristrett għall-persuni akkreditati mis-servizzi tagħna peress li huwa importanti ħafna għalina li niżguraw is-sigurtà tal-viżitaturi tagħna u tal-kollaboraturi tagħna.

Meta tiġi akkreditat, tkun tista’ tidħol f’żoni speċifiċi fil-binjiet jew fil-faċilitajiet tagħna.

Midja

Il-ġurnalisti, il-fotografi u t-timijiet awdjoviżivi li ma għandhomx akkreditazzjoni tal-midja istituzzjonali konġunta tal-UE jeħtieġ li japplikaw għall-akkreditazzjoni tal-midja tal-Parlament Ewropew (u għal permess ta’ reġistrazzjoni meta applikabbli) sabiex jaħdmu fil-binjiet tagħna.

Tista’ ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq -il-paġna tal-Akkreditazzjoni tal-Midja - li ġejja.

Ir-Rappreżentanti tal-Gruppi ta’ Interess

L-individwi li jirrappreżentaw organizzazzjoni jew entità elenkata fir-Reġistru tat-Trasparenza jistgħu jitolbu aċċess għall-binjiet tal-Parlament Ewropew.

Tista’ ssib l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq - il-Portal ta’ Akkreditazzjoni għar-Rappreżentanti tal-Grupp ta’ Interess - li ġej.

Iċ-ċittadini

Bħala ċittadin, tista’ wkoll taċċessa l-binjiet tagħna jekk tkun parti minn żjara jew avveniment organizzat minn wieħed mis-servizzi tagħna.

Tista’ tikseb il-pass tiegħek biex taċċessa l-bini f’wieħed miċ-ċentri ta’ akkreditazzjoni tagħna:

  • Brussell:
    Il-binja Spinelli, rue Wiertz 60 / Wiertzstraat 60, 1050 Brussell, il-Belġju (aċċess permezz tal-esplanade Agora Simone VEIL)
  • il-Lussemburgu:
    Il-binja Adenauer, rue Alcide De Gasperi 2, 1615 il-Lussemburgu, il-Lussemburgu (daħla: Torri)
  • Strasburgu:
    Il-binja Churchill, Avenue du Président Robert Schuman, 67070 Strasburgu, Franza (aċċess M00106 jew ALGECO)
  • F’wieħed mill-uffiċċji lokali tagħna:
    l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċji ta’ kollegament tagħna f’kull pajjiż tal-UE jistgħu jinstabu fuq is-sit web tagħna tal-uffiċċji ta’ kollegament tal-Parlament Ewropew.