Il-politika lingwistika

Skedi Informattivi dwar l-UE 28-01-2026

L-Unjoni Ewropea (UE) tqis l-apprendiment tal-lingwi bħala prijorità importanti bħala parti mill-isforzi tagħha biex tippromwovi l-mobbiltà u l-fehim interkulturali. Tqis il-multilingwiżmu bħala element importanti tal-kompetittività tal-Ewropa u tiffinanzja bosta programmi u proġetti f’dan il-qasam. Għalhekk, wieħed mill-objettivi tal-politika lingwistika tal-UE huwa li kull ċittadin ikollu ħakma tajba ta’ żewġ lingwi flimkien mal-lingwa materna tiegħu.