L-enerġija nukleari
Skedi Informattivi dwar l-UE
28-01-2026
L-enerġija nukleari hija alternattiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju għall-fjuwils fossili u tirrappreżenta kważi 25% tal-elettriku prodott fl-UE. Madankollu, wara d-diżastru ta’ Chernobyl fl-1986 u l-katastrofi f’Fukushima fl-2011, l-enerġija nukleari saret suġġett kontroversjali ħafna. Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu jekk jinkludux l-enerġija nukleari fit-taħlita enerġetika tagħhom, il-leġiżlazzjoni tal-UE għandha l-għan li ttejjeb l-istandards ta’ sikurezza tal-impjanti tal-enerġija nukleari u tiżgura li l-iskart nukleari jiġi ttrattat u jintrema b’mod sikur.
Skedi Informattivi dwar l-UE