Kronoloġija: b'liema mod l-UE appoġġjat lill-Ukrajna fl-2022
Ikkonsulta l-kronoloġija tagħna biex ikollok stampa ġenerali tal-mod kif l-UE u l-Parlament Ewropew appoġġaw lill-Ukrajna fl-2022 mill-bidu tal-invażjoni Russa fl-24 ta' Frar.
Il-President tal-Parlament Roberta Metsola tiltaqa' mal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy waqt iż-żjara tagħha f'Kiev fl-1 ta' April
Is-sekwenza taż-żmien hija f'ordni kronoloġiku bil-maqlub, dan ifisser li dak li ġara l-aktar reċentement se jidher fil-bidu u dak l-aktar qadim taħt nett.
B'liema mod l-UE u l-Parlament Ewropew appoġġaw lill-Ukrajna fl-2022 mill-bidu tal-invażjoni Russa fl-24 ta' Frar.
Sort the timeline following the topics
Sanzjonijiet
L-UE tadotta d-9 pakkett ta' sanzjonijiet
Il-Kunsill jadotta d-disa' pakkett ta' miżuri ġodda maħsuba biex iżidu l-pressjoni fuq ir-Russja u l-gvern tagħha. Il-miżuri huma maħsuba biex jolqtu iebes lill-ekonomija Russa u l-kapaċitajiet biex tkompli l-aggressjoni tagħha
Il-Parlament jirrikonoxxi l-karestija Sovjetika tal-Holodomor bħala ġenoċidju tal-Ukreni
Il-Parlament jirrikonoxxi l-karestija Sovjetika tal-Holodomor fis-snin tletin bħala ġenoċidju tal-Ukreni. Il-Membri jiddeploraw ukoll il-fatt li, 90 sena wara, ir-Russja qed terġa' tikkommetti delitti tal-waħx fl-Ukrajna.
Il-Parlament japprova l-adattamenti għas-self ta' EUR 18-il biljun lill-Ukrajna
Il-Membri tal-PE laħqu qbil dwar regolament modifikat li jippermetti li l-pakkett ta' appoġġ ta' EUR 18-il biljun jiġi trasferit lill-Ukrajna wara l-veto tal-Ungerija fuq il-proposta oriġinali.
Żejt Russu: l-UE taqbel dwar il-livell tal-limitu massimu tal-prezz
Il-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu li jistabbilixxu limitu massimu tal-prezz taż-żejt għaż-żejt mhux maħdum u ż-żjut tal-petroleum u ż-żjut miksuba minn minerali bituminużi li joriġinaw jew jiġu esportati mir-Russja, għal $60 għal kull barmil.
Metsola tappella għal aktar appoġġ militari lill-Ukrajna u rispons magħqud għall-kriżi tal-enerġija
Il-President tal-Parlament Roberta Metsola tappella għall-unità Ewropea fl-għoti ta' appoġġ militari lill-Ukrajna u fir-rispons għall-kriżi tal-enerġija fil-Kunsill Ewropew informali ta' Praga.
Il-MPE jappellaw għal żieda massiva fl-assistenza militari lill-Ukrajna
Il-MPE jħeġġu lill-pajjiżi u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha biex jikkundannaw b'mod inekwivoku r-referenda fittizji tar-Russja fit-territorji okkupati tal-Ukrajna u t-tentattiv tar-Russja li takkwista territorju bil-forza.
Il-Parlament jappoġġa għajnuna addizzjonali għar-reġjuni tal-UE biex itaffu l-impatt tal-gwerra
Il-MPE japprovaw pjanijiet biex il-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE jkunu jistgħu jirċievu appoġġ addizzjonali biex itaffu l-konsegwenzi tal-gwerra Russa fl-Ukrajna.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament joffri appoġġ fi żjara lill-Ukrajna
Klaus Welle, Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, żar Kiev fil-21 u t-22 ta' Settembru wara li ġie mistieden mill-kontroparti tiegħu tal-Verkhovna Rada, Viacheslav Shtuchnyi. Welle offra l-għajnuna tal-Parlament fl-iffaċilitar tal-adeżjoni tal-Ukrajna mal-UE: "Deħlin f'fażi ġdida tal-appoġġ tagħna lir-Rada. L-enfasi se tinbidel minn appoġġ loġistiku għal wieħed leġiżlattiv: Kif nistgħu ngħinu bl-aħjar mod lill-Parlament Ukren fl-adeżjoni tiegħu mal-UE?"
Il-Parlament jikkundanna bil-qawwa l-atroċitajiet li ġew irrappurtati li twettqu mill-Forzi Armati Russi. Il-Membri tal-PE jenfasizzaw ukoll id-deportazzjoni furzata ta' ċivili Ukreni, inklużi t-tfal, lejn ir-Russja, kif ukoll il-prattiki abborranti tar-Russja fl-hekk imsejħa kampijiet ta' filtrazzjoni.
Il-Parlament japprova self ta' €5 biljun lill-Ukrajna
Il-Membri tal-PE japprovaw self makrofinanzjarja ta' €5 biljun f'għajnuna għall-Ukrajna biex tkopri l-ħtiġijiet ta' finanzjament akuti tagħha kkawżati mill-invażjoni tar-Russja.
Dibattitu dwar l-Istat tal-UE: L-Ukrajna, l-enerġija, it-tibdil fil-klima, l-ekonomija
Fid-dibattitu annwali dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-PE jistaqsu lill-President Ursula von der Leyen dwar il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea f'din l-aħħar sena u l-pjanijiet futuri tagħha. Inkluż dwar sfidi bħall-gwerra fl-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija.
Iċ-ċittadini Ukreni jistgħu jużaw il-liċenzja nazzjonali tas-sewqan fl-UE
Il-Membri tal-PE jappoġġaw proposta li tippermetti lir-rifuġjati Ukreni jżommu l-liċenzji nazzjonali tas-sewqan u teżentahom mill-obbligu li jbiddluhom ma' liċenzji tal-UE.
L-operaturi tas-sajd u tal-akkwakultura li ntlaqtu mill-gwerra se jirċievu kumpens
Il-Membri tal-PE jaqblu li jagħtu għajnuna finanzjarja lis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE li jħabbtu wiċċhom mal-konsegwenzi ekonomiċi tal-invażjoni Russa.
Self ta' €1 biljun biex tingħata għajnuna lill-Ukrajna
Il-Membri tal-PE japprovaw self makrofinanzjarju ta' €1 biljun biex tingħata għajnuna lill-Ukrajna ħalli tkopri l-bżonnijiet ta' finanzjament tagħha li żdiedu b'mod qawwi minħabba l-gwerra.
Membru ewlieni tal-PE jilqa' d-deċiżjoni li l-Ukrajna u l-Moldova jingħataw status ta' kandidat tal-UE
Il-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament, David McAllister, ħareġ stqarrija li fiha jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjonijiet għall-adeżjoni mal-UE tal-Ukrajna, tal-Moldova u tal-Georgia.
Metsola: l-istatus ta' kandidat tal-UE se jsaħħaħ lill-Ukrajna u lill-UE
Il-President tal-Parlament Roberta Metsola stiednet lill-mexxejja tal-UE jagħtu l-istatus ta' kandidat tal-UE lill-Ukrajna u lill-Moldova fid-diskors tagħha fil-bidu ta' summit tal-UE apposta għalhekk.
Il-Parlament jitlob l-istatus ta' kandidat għall-Ukrajna u għall-Moldova
Il-Membri tal-PE jadottaw riżoluzzjoni li fiha jistiednu lill-mexxejja tal-UE li kellhom summit dakinhar jagħtu l-istatus ta' kandidat tal-UE lill-Ukrajna u lill-Moldova "mingħajr dewmien". Huma għandhom jagħmlu l-istess mal-Georgia "ladarba l-gvern tagħha jkun wettaq" il-prijoritajiet indikati mill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru Kroat jitlob l-istatus ta' kandidat għall-Ukrajna
Fid-diskors tiegħu lill-Membri tal-PE fl-ambitu tas-sensiela "Din hija l-Ewropa", il-Prim Ministru Kroat, Andrej Plenković, esprima xewqtu li l-Kunsill Ewropew jagħti l-istatus ta' kandidat lill-Ukrajna, kif ukoll lill-Moldova u lill-Georgia, wara li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.
Aktar appoġġ lill-pajjiżi tal-UE li jilqgħu lir-rifuġjati Ukreni
Il-Parlament japprova azzjonijiet li jsaħħu l-programmi ta' migrazzjoni tal-UE biex tingħata għajnuna lill-Istati Membri jlaħħqu mal-miżuri urġenti ta' ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-fruntieri.
Il-Membri tal-PE laqgħu pożittivament l-għaqda u aktar sanzjonijiet deċiżi mill-Kunsill Ewropew
Il-Membri tal-PE laqgħu pożittivament l-għaqda u aktar sanzjonijiet deċiżi mill-Kunsill Ewropew matul is-summit tat-30 ta' Mejju, iżda talbu li jingħataw aktar armi lill-Ukrajna u aktar attenzjoni għal dawk f'diffikultà fl-UE.
Fid-diskors tiegħu tat-8 ta' Ġunju lill-Membri tal-PE, Ruslan Stefanchuk, President tal-Verkhovna Rada (il-Parlament Ukren) stieden lill-UE tapprova l-applikazzjoni ta' pajjiżu għall-adeżjoni.
Metsola: Jeħtiġilna nibdew nippjanaw l-impenn fit-tul biex nagħtu għajnuna lill-Ukrajna
Il-President tal-Parlament Roberta Metsola stiednet lill-mexxejja tal-UE jintrabtu b'impenn fit-tul fil-konfront tal-Ukrajna, anki billi tiġi żgurata l-indipendenza enerġetika tal-UE.
Il-Membri tal-PE jitolbu tribunal speċjali jikkastiga lill-mexxejja politiċi u lill-kmandanti militari Russi
Il-Parlament jitlob lill-UE tappoġġa l-istabbiliment ta' tribunal internazzjonali speċjali biex jikkastiga r-reati ta' aggressjoni mwettqa kontra l-Ukrajna, li għalih il-Qorti Kriminali Internazzjonali m'għandha l-ebda ġuriżdizzjoni, u żżomm responsabbli l-mexxejja politiċi u l-kmandanti militari Russi u dawk tal-alleati tagħha.
Il-Parlament jagħti l-appoġġ tiegħu għal aktar setgħat għall-aġenzija tal-UE għall-investigazzjonijiet dwar id-delitti tal-gwerra
Il-Membri tal-PE japprovaw regoli ġodda li se jippermettu lill-Eurojust taħżen u tanalizza l-evidenza relatata ma' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra.
Ftehim tal-UE għar-riforniment ta' riżervi ta' gass qabel ix-xitwa
In-negozjaturi tal-Parlament u tal-Kunsill jilħqu ftehim dwar regolament ġdid li jiffissa l-livell minimu obbligatorju ta' gass fil-faċilitajiet tal-ħżin għal 80% sal-1 ta' Novembru 2022.
Il-Membri tal-PE: is-sanzjonijiet kollha tal-UE kontra r-Russja għandhom japplikaw għall-Belarussja
Il-Parlament jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għas-sitt pakkett ta' sanzjonijiet kontra r-Russja u l-Belarussja u jistieden lill-pajjiżi tal-UE fil-Kunsill jiżguraw l-implimentazzjoni komprensiva u rapida tiegħu. Il-Membri tal-PE jgħidu li s-sanzjonijiet futuri kollha tal-UE maħruġa kontra r-Russja għandhom ikunu applikati rigorożament lill-Belarussja wkoll minħabba l-appoġġ tagħha għall-gwerra ta' aggressjoni fl-Ukrajna.
Il-Membri tal-PE japprovaw is-sospensjoni tad-dazji tal-UE fuq l-esportazzjonijiet Ukreni kollha
Il-Parlament jaqbel ma' sospensjoni ta' sena tad-dazji fuq l-importazzjoni tal-UE fuq l-esportazzjonijiet Ukreni kollha, biex jappoġġa lill-ekonomija tal-pajjiż. Il-miżuri adottati jimmiraw li jneħħu l-ostakli għall-kummerċ.
L-UE jeħtiġilha ssaħħaħ l-appoġġ għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE u l-għajnuna għall-Ukrajna
Il-Membri tal-PE jappellaw għal finanzjament biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna, billi jiġu kkonfiskati l-assi tal-oligarki Russi, jintużaw ir-riżorsi proprji l-ġodda tal-UE u jintużaw b'mod sħiħ il-fondi disponibbli fil-baġit eżistenti tal-UE.
Stħarriġ tal-Ewrobarometru Flash fl-Istati Membri kollha tal-UE juri appoġġ wiesa' fost iċ-ċittadini tal-UE favur ir-rispons tal-UE għall-invażjoni Russa tal-Ukrajna.
Il-Membri tal-PE jitolbu lir-Russja trodd lura l-ajruplani
Il-Membri tal-PE jitolbu lir-Russja trodd lura l-ajruplani mikrija li kienu ġew irreġistrati mill-ġdid fir-reġistru tal-inġenji tal-ajru Russu, fi ksur ċar tar-regoli internazzjonali dwar l-avjazzjoni ċivili, u jitolbu lill-UE tħarrax is-sanzjonijiet kontra Moska.
Gwerra fl-Ukrajna: protezzjoni għan-nisa mill-vjolenza u mill-isfruttament sesswali – riżoluzzjoni
Biex jiġu protetti n-nisa li qed jaħarbu mill-gwerra, il-Membri tal-PE jitolbu lill-UE u lill-pajjiżi ospitanti u ta' tranżitu kollha jiżguraw l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, kif ukoll għall-kuri ostetriċi.
Embargo fuq iż-żejt – is-sitt pakkett ta' sanzjonijiet qiegħed fuq il-mejda
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, tħabbar proposta għas-sitt pakkett ta' sanzjonijiet kontra r-Russja li jkun jinkludi projbizzjoni totali fuq l-importazzjonijiet taż-żejt Russu kollu, marittimu u tal-pipelines, grezz u raffinat.
Il-Prim Ministru Taljan Draghi jappella għall-integrazzjoni aktar rapida tal-UE biex tindirizza l-kriżijiet
F'diskors lill-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi jappella għall-integrazzjoni aktar rapida tal-UE: "Lill-Ukrajna rriduha fl-UE" u "jeħtiġilna nipproċedu wkoll kemm jista' jkun malajr".
Il-ħames pakkett ta' sanzjonijiet: embargo fuq il-faħam u restrizzjonjiet fuq it-trasport
L-UE tadotta l-ħames pakkett ta' sanzjonijiet kontra r-Russja, fid-dawl tal-gwerra ta' aggressjoni kontinwa tar-Russja kontra l-Ukrajna u tar-rapporti dwar atroċitajiet kommessi mill-forzi armati Russi f'għadd ta' bliet Ukreni.
L-UE tiffaċilita passi mill-operaturi tat-telekomunikazzjoni biex tgħin lir-rifuġjati jibqgħu konnessi
L-operaturi tat-telekomunikazzjoni bbażati fl-UE u fl-Ukrajna jifffirmaw dikjarazzjoni konġunta dwar l-isforzi koordinati tagħhom biex jiżguraw roaming u telefonati internazzjonali bi prezzijiet aċċessibbli jew mingħajr ħlas bejn l-UE u l-Ukrajna. Il-Kummissjoni u l-Parlament jiffaċilitaw din id-dikjarazzjoni konġunta.
Il-Membri tal-PE jitolbu embargo sħiħ fuq l-importazzjonijiet Russi ta' fjuwil
Il-Membri tal-PE jitolbu aktar sanzjonijiet, fosthom "embargo sħiħ immedjat fuq l-importazzjonijiet mir-Russja ta' żejt, faħam, fjuwil nukleari u gass".
Il-Membri tal-PE bi €3.4 biljun lill-pajjiżi tal-UE biex jindirizzaw il-kriżi tar-rifuġjati Ukreni
Il-Membri tal-PE jadottaw aktar miżuri ta' appoġġ urġenti u qablu li jiżblokkaw immedjatament madwar €3.4 biljun mill-fondi REACT-EU u jħaffu l-aċċess tal-gvernijiet tal-UE għall-fondi biex iħallsu l-infrastrutturi, l-alloġġi, it-tagħmir, l-impjiegi, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-kura tas-saħħa u l-indukrar tat-tfal għar-rifuġjati.
Jeħtieġ li l-UE tipproteġi lit-tfal kollha li qed jaħarbu mill-gwerra
Il-Membri tal-PE jitolbu li t-tfal li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna jingħataw passaġġ sikur u tingħata għajnuna lil dawk spustati internament jew li ma jkunux jistgħu jitilqu miż-żoni assedjati.
Il-Membri tal-PE jitolbu aktar appoġġ għall-Ukrajna u aktar sanzjonijiet kontra r-Russja
Il-Membri tal-PE jingħaqdu biex juru solidarjetà u jagħtu aktar għajnuna lill-Ukrajna. Jitolbu aktar sanzjonijiet kontra r-Russja, aktar appoġġ għall-Ukrajna u t-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika tal-UE.
Minuta silenzju f'ġieħ il-vittmi tal-gwerra fl-Ukrajna
Il-President Roberta Metsola tistieden lill-Membri tal-PE josservaw minuta silenzju f'ġieħ il-vittmi ta' Bucha, Irpin u l-vittmi tal-gwerra, tat-terrur u tal-vjolenza. Taġġorna lill-Parlament dwar iż-żjara tagħha fl-Ukrajna u tappella għal aktar appoġġ loġistiku, umanitarju u militari.
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola żżur Kiev biex tesprimi l-appoġġ u l-messaġġ ta' tama tal-UE lill-poplu Ukren, kif ukoll biex tikkundanna l-attakk Russu inġustifikat. Tiltaqa' mal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy u ma' oħrajn.
Gwerra fl-Ukrajna: il-Membri tal-PE jiżblokkaw fondi ta' emerġenza għar-rifuġjati
Il-Parlament japprova l-pjanijiet biex il-fondi tal-UE reġjonali u għall-ażil jiġu, minflok, indirizzati lejn il-pajjiżi tal-UE li qed jagħtu kenn lin-nies li qed jaħarbu mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna.
Il-Parlament Ewropew ivara s-sit web f'kooperazzjoni mal-Parlament Ukren
Il-Parlament Ewropew, f'kooperazzjoni mal-Parlament Ukren, ivara s-sit web "The EU stands with Ukraine" li juri kif l-UE tappoġġa lill-Ukrajna. Is-sit web, li ħolqu l-Parlament, jinkludi (bl-Ingliż u bl-Ukren) l-aħħar aħbarijiet, filmati u podcasts, il-leġiżlazzjoni u r-riżoluzzjonijiet rilevanti.
Miżuri ġodda mmirati lejn il-Belarussja u r-Russja
B'rispons għall-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni militari Russa mhux ġustifikata u mhux provokata kontra l-Ukrajna, il-Kunsill adotta aktar miżuri li jimmiraw lejn is-settur finanzjarju Belarussu.
It-tielet pakkett ta' sanzjonijiet: projbizzjoni għall-inġenji tal-ajru Russi u għat-tranżazzjonijiet mal-Bank Ċentrali Russu
L-UE tapprova t-tielet pakkett ta' miżuri bħala tweġiba għall-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata mwettqa mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Il-pajjiżi tal-UE jiddeċiedu li jiċħdu l-permess lill-inġenji tal-ajru Russi li jinżlu fit-territorju tagħhom, jitilqu minnu jew itiru minn fuqu u jipprojbixxu t-tranżazzjonijiet mal-Bank Ċentrali Russu.
It-tieni pakkett ta' sanzjonijiet kontra r-Russja u l-President Putin
L-UE tiddeċiedi li tissanzjona lil Vladimir Putin, President tar-Russja, u lil Sergey Lavrov, Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Russja. Il-Kunsill qabel ukoll dwar pakkett ulterjuri ta' miżuri individwali u ekonomiċi li jkopri l-Belarussja, biex iwieġeb għall-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata mwettqa mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna.
Il-mexxejja tal-Parlament Ewropew jesprimu solidarjetà u appoġġ sħaħ lill-Ukrajna
Wara l-invażjoni Russa tal-Ukrajna, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-mexxejja tal-gruppi politiċi jikkundannaw bl-aktar mod qawwi possibbli l-attakk u jesprimu solidarjetà u appoġġ sħaħ lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha.
L-UE tadotta pakkett ta' sanzjonijiet b'reazzjoni għar-rikonoxximent mir-Russja taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tar-reġjuni ta' Donetsk u Luhansk fl-Ukrajna u l-mobilizzazzjoni tat-truppi fir-reġjun.