L-Ukrajna: Sena wara

L-UE u l-Parlament Ewropew ilhom jappoġġjaw l-Ukrajna minn mindu r-Russja nediet l-invażjoni fuq skala sħiħa mhux ġustifikata u illegali tal-pajjiż fl-24 ta’ Frar 2022.

L-UE u l-Parlament appoġġaw lill-pajjiż billi kkundannaw l-aggressjoni Russa, sanzjonaw lil dawk responsabbli u pprovdew għajnuna finanzjarja u materjali lill-Ukrajna.

Ara l-kalendarju tagħna ta’ kif l-UE u l-Parlament Ewropew qed jappoġġjaw lill-Ukrajna fl-2023 u kif appoġġjaw lill-pajjiż fl-2022.