Skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea

Skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea

Merħba fis-sit web tal-iskedi informattivi. L-iskedi informattivi tfasslu biex, b’mod sempliċi, konċiż u preċiż, jagħtu lil dawk li mhumiex speċjalisti fil-qasam ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea, u lejn ir-rwol tal-Parlament Ewropew fl-iżvilupp ta’ dawk il-politiki. Huma disponibbli b’24 lingwa.

L-iskedi informattivi jinqasmu f’ħames taqsimiet: 1) Kif taħdem l-Unjoni Ewropea; 2) L-ekonomija, it-trasformazzjoni u l-industrija; 3) Il-koeżjoni, l-agrikoltura u l-politiki soċjali; 4) Iċ-ċittadini: id-drittijiet fundamentali, is-sigurtà u l-ġustizzja; 5) Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE.

L-iskedi informattivi nħolqu fl-1979, meta saru l-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament Ewropew. Dawn jinkitbu minn esperti fil-Parlament Ewropew li jipprovdu analiżi indipendenti u konsulenza dwar il-politika lill-kumitati u lid-delegazzjonijiet parlamentari. L-iskedi informattivi jiġu aġġornati regolarment matul is-sena biex jinkludu l-aħħar deċiżjonijiet u żviluppi ta’ politika.

Kif taħdem l-Unjoni Ewropea

L-iżvilupp storiku tal-UE; it-Trattati tal-UE; is-sistema ġuridika, il-proċeduri deċiżjonali, l-istituzzjonijiet u l-korpi, kif ukoll il-finanzjament tal-UE.

L-ekonomija, it-trasformazzjoni u l-industrija

Il-governanza ekonomika; is-suq intern u l-ħarsien tal-konsumatur; it-tassazzjoni; il-politika industrijali u tar-riċerka; l-enerġija u l-ambjent; is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel.

Il-koeżjoni, l-agrikoltura u l-politiki soċjali

L-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni; l-agrikoltura u s-sajd; it-trasport u t-turiżmu; l-impjiegi u l-affarijiet soċjali; il-politika tal-akkomodazzjoni.

Iċ-ċittadini:id-drittijiet fundamentali, is-sigurtà u l-ġustizzja

Id-drittijiet u libertajiet fundamentali; il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; il-ġustizzja u l-affarijiet interni; l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; il-kultura u l-edukazzjoni; il-petizzjonijiet; l-affarijiet legali u kwistjonijiet kostituzzjonali.

Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE

Il-politika barranija, il-politika tal-iżvilupp u r-relazzjonijiet kummerċjali; il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; it-tkabbir, il-politika tal-viċinat u r-relazzjonijiet globali tal-UE.

Werrej

Ikkonsulta l-iskedi informattivi skont il-kapitlu u t-taqsima u niżżilhom jew aqrahom online. Kull skeda informattiva tista' tiġi ssejvjata individwalment.