POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-17 ta' Diċembru 2025 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2025/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu, u t-tħejjija għat-tneħħija gradwali tal-importazzjonijiet taż-żejt, it-titjib fil-monitoraġġ tad-dipendenzi potenzjali tal-enerġija u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fit-tieni qari tad-9 ta' Lulju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta' teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta' data personali u data oħra għall-iskop tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-7 ta’ Lulju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 fir-rigward ta’ tip speċifiku ta’ intervent biex jiġi pprovdut appoġġ temporanju eċċezzjonali skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-possibbiltà li jiġu adattati l-allokazzjonijiet tal-pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2027 u r-Regolament (UE) 2021/2116 fir-rigward ta’ regoli aktar flessibbli dwar il-pagamenti bil-quddiem b’reazzjoni għaż-żieda fil-prezzijiet tal-fertilizzanti minħabba l-kriżi tal-Lvant Nofsani
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Lulju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2026/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti lill-Awstrija s-setgħa li temenda l-ftehim bilaterali tagħha dwar it-trasport bit-triq mal-Iżvizzera bil-għan li tawtorizza l-operazzjonijiet ta' kabotaġġ waqt l-għoti ta’ servizzi tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u bix-xarabank fir-reġjuni tal-fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-7 ta’ Lulju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tat-18 ta’ Ġunju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2024/1157 fir-rigward tal-projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ skart muniċipali mħallat destinat għall-irkupru
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tat-18 ta’ Ġunju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti taċ-ċirkolarità għad-disinn tal-vetturi u dwar il-ġestjoni ta’ vetturi li ma għadhomx jintużaw, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2019/1020 u (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttivi 2000/53/KE u 2005/64/KE
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-17 ta’ Ġunju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema komuni għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment fl-Unjoni, u li jħassar id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/191/KE
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-16 ta’ Ġunju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2024/1689, (UE) 2018/1139 u (UE) 2023/1230 fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (Omnibus Diġitali dwar l-IA)
POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW adottata fl-ewwel qari tas-16 ta’ Ġunju 2026 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2026/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-ftuħ ta' kwoti tariffarji għall-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka
Il-maġġoranza tal-liġijiet Ewropej tiġi adottata permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Din tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-UE sehem indaqs fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar firxa estensiva ta' kwistjonijiet.
Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari abbażi tal-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni. Jekk il-pożizzjoni ma tiġix approvata mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew jista' jadotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari billi jadotta l-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill.
Bħala regola ġenerali, il-pożizzjonijiet tal-PE jieħdu l-forma ta' testi kkonsolidati, billi l-emendi politiċi u l-adattamenti tekniċi jiġu inkorporati fil-proposta tal-Kummissjoni (fl-ewwel qari) jew fil-pożizzjoni tal-Kunsill (fit-tieni qari).
Il-pożizzjonijiet fl-ewwel u t-tieni qari jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u jservu bħala bażi għal stadji ulterjuri fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Għal aktar informazzjoni ara: ir-Regoli ta' Proċedura (ir-Regola 203) u l-proċedura leġiżlattiva ordinarja .