IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.10.2020
COM(2020) 620 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Unjoni tal-Ugwaljanza:
Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni
{SWD(2020) 530 final}
Fejn hija l-umanità meta ta’ kuljum il-persuni Rom jiġu esklużi mis-soċjetà u oħrajn jinżammu lura sempliċiment minħabba l-kulur tal-ġilda jew it-twemmin reliġjuż tagħhom?
Il-President tal-Kummissjoni von der Leyen, l-Istat tal-Unjoni 2020
L-Ewropa għandha d-dover li tipproteġi lill-minoranzi tagħha mir-razziżmu u mid-diskriminazzjoni. Irridu nibdlu l-anti-Żingariżmu mal-ftuħ u l-aċċettazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda mat-tolleranza u r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, u bullying mal-edukazzjoni dwar l-Olokawst. Fuq kollox, irridu nippromwovu d-diversità bħala rigal sabiħ li jagħmel l-Ewropa b’saħħitha u reżiljenti. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri kollha biex jingħaqdu mal-wegħda biex itemmu r-razziżmu u d-diskriminazzjoni, li jaffettwaw b’mod sfaċċat il-minoranzi etniċi kbar tagħna tar-Rom. Inħeġġu lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom favur qafas strateġiku ġdid tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni biex niksbu l-ġustizzja soċjali u aktar ugwaljanza fil-veru sens tal-kelma.
Stqarrija mill-President von der Leyen, il-Viċi President Jourová u l-Kummissarju Dalli
qabel il-jum ta’ tifkira tal-Olokawst tar-Rom fl-2020
I.
Introduzzjoni
Il-bini ta’ Unjoni tal-ugwaljanza hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni. L-UE għandha strumenti legali fis-seħħ u politika komprensiva biex tibni Unjoni verament tal-ugwaljanza. Madankollu, kif enfasizzat fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Kontra r-Razziżmu 2020-2025, id-diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika għadha tippersisti. Dan huwa partikolarment minnu għar-Rom, li ta’ spiss jibqgħu marġinalizzati. Ħafna minn madwar 10-12-il miljun Rom
tal-kontinent għadhom jiffaċċjaw id-diskriminazzjoni, l-anti-Żingariżmu u l-esklużjoni soċjoekonomika fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Fl-2011, il-Kummissjoni adottat Qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom sal-2020
. Primarjament kellu l-għan li jindirizza l-esklużjoni soċjoekonomika tar-Rom fl-UE u fil-pajjiżi tat-tkabbir billi jippromwovi aċċess ugwali għall-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni. Talab lill-Istati Membri jfasslu strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom, biex jaħtru punti ta’ kuntatt nazzjonali għar-Rom u biex jistipulaw miri nazzjonali. Sentejn wara, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri, li pprovdiet gwida lill-Istati Membri dwar kif isaħħu l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali tagħhom
. Ir-reġjun tal-Punent tal-Balkani allinja volontarjament mal-qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom sal-2020.
Dawn iż-żewġ strumenti kienu importanti
biex l-inklużjoni tar-Rom titpoġġa fuq quddiem fl-aġendi tal-UE u dawk nazzjonali u biex jiġu mobilizzati l-istrumenti ta’ politika, legali u ta’ finanzjament tal-UE. Madankollu, il-progress kumplessiv fl-integrazzjoni tar-Rom kien limitat matul dawn l-aħħar 10 sena, anki jekk hemm differenzi sinifikanti bejn l-oqsma ta’ politika u l-pajjiżi
. L-edukazzjoni hija l-qasam li l-aktar għamel progress, b’mod partikolari billi tnaqqas it-tluq bikri mill-iskola u ttejbet il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni obbligatorja. Madankollu, żdiedu l-każijiet ta’ segregazzjoni tal-istudenti Rom fl-edukazzjoni. Ir-riskju tal-faqar u l-perċezzjoni personali tal-istat tas-saħħa tjiebu iżda l-kopertura medika għadha limitata. L-aċċess għall-impjiegi ma tjiebx u s-sehem taż-żgħażagħ Rom li mhumiex fl-impjieg, fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ saħansitra żdied. Speċjalment minħabba akkomodazzjoni inadegwata u segregata, is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni għadha diffiċli. Hemm evidenza ta’ xi tnaqqis fl-esperjenzi ta’ diskriminazzjoni fost ir-Roma u ta’ aċċettazzjoni akbar tar-Roma mill-popolazzjoni ġenerali. Madankollu, l-anti-Żingariżmu, ir-reati ta’ mibegħda, it-traffikar tar-Rom, b’mod partikolari n-nisa u t-tfal, għadhom kwistjoni ta’ tħassib serju
.
Il-konklużjoni tal-qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom tipprovdi opportunità biex tiżdied l-azzjoni biex jiġi indirizzat dan in-nuqqas persistenti. Dan huwa aktar u aktar importanti peress li l-pandemija tal-COVID-19 żvelat l-esponiment estrem tal-komunitajiet tar-Rom esklużi u emarġinati għal impatti negattivi fuq is-saħħa u soċjoekonomiċi.
Sabiex isir aktar progress b’ħeffa, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi qafas strateġiku ġdid tal-UE dwar ir-Rom, li jippromwovi l-ugwaljanza effettiva, l-inklużjoni soċjoekonomika u l-parteċipazzjoni sinifikanti tar-Rom. Filwaqt li l-Istati Membri jinsabu fuq quddiem nett biex jixprunaw bidla reali għar-Rom, ħaġa li teħtieġ impenn politiku msaħħaħ, l-UE tista’ tgħinhom ifasslu approċċ effettiv u tgħammarhom bl-għodod it-tajba. Dan il-qafas strateġiku huwa bbażat fuq is-sejbiet mill-evalwazzjoni tal-qafas preċedenti, konsultazzjonijiet estensivi
, valutazzjonijiet annwali tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali
u analiżi tar-raġunijiet għalfejn il-miżuri tal-passat ma tantx kieku effettivi
. Dan iwieġeb għat-talbiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tas-soċjetà ċivili għal inizjattiva tal-UE msaħħa għal wara l-2020
. Jirrikonoxxi li mhux ir-Rom kollha huma esklużi soċjalment, iżda kollha jistgħu jesperjenzaw diskriminazzjoni u nuqqas ta’ emanċipazzjoni. Il-qafas jieħu approċċ intersezzjonali, sensittiv għall-kombinazzjoni tal-etniċità ma’ aspetti oħra tal-identità u l-modi li bihom tali intersezzjonijiet jikkontribwixxu għal esperjenzi uniċi ta’ diskriminazzjoni.
Dan il-qafas strateġiku tal-UE dwar ir-Rom jikkontribwixxi wkoll għal diversi inizjattivi oħra. Il-qafas huwa kontribut dirett għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu, il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali u għall-kisba tal-Aġenda 2030 tan-NU u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.
Il-kisba tal-ekwità u l-inklużjoni titlob użu akbar u allokazzjoni aħjar tar-riżorsi, u l-involviment u s-sħubija tal-komunitajiet tar-Rom, il-livelli kollha tal-gvern, tas-setturi u tal-partijiet ikkonċernati kollha (gvernijiet nazzjonali, istituzzjonijiet tal-UE, organizzazzjonijiet internazzjonali, soċjetà ċivili kif ukoll l-industrija u l-akkademja). Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-livell Ewropew u dak nazzjonali hija partikolarment kruċjali. Fil-livell tal-UE, dan il-qafas strateġiku jistabbilixxi objettivi u miri komuni ambizzjużi. Fil-livell nazzjonali, il-gvernijiet jenħtieġ li jiżviluppaw oqfsa strateġiċi nazzjonali b’saħħithom tar-Rom biex jieħdu impenji fit-tul u jaħdmu id f’id mal-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. Kif propost fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2016, il-Kummissjoni qed tadotta proposta biex tirrieżamina u tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013.
II.
Objettivi tal-UE għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom
L-evalwazzjoni tal-qafas attwali u l-konklużjonijiet misluta minnu mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, u diversi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-Ewropa u nazzjonali
juru l-ħtieġa li jiġġedded u jiżdied l-impenn għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali. Huwa meħtieġ impenn imsaħħaħ biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni persistenti, inkluż l-anti-Żingariżmu, u biex titjieb l-inklużjoni tar-Rom fl-edukazzjoni, fl-impjiegi, fis-saħħa u fl-akkomodazzjoni
. Il-persuni Rom għandhom ikunu involuti mit-tfassil sal-implimentazzjoni tal-miżuri. Fl-istess ħin, l-azzjoni jenħtieġ li tirrikonoxxi d-diversità u l-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi fi ħdan il-popolazzjoni Rom.
Il-Kummissjoni għalhekk qed tistabbilixxi seba’ objettivi fil-livell tal-UE għall-perjodu sal-2030. Tlieta minn dawn l-objettivi huma orizzontali fl-oqsma tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni. L-erbgħa l-oħra huma objettivi settorjali fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-impjiegi, tal-akkomodazzjoni u tas-saħħa. Sabiex dawn l-objettivi jiġu implimentati b’mod effettiv, jeħtieġ li jkun jista’ jiġi mkejjel il-progress. Għal din ir-raġuni, u għall-ewwel darba, il-Kummissjoni qed tipproponi miri ewlenin kwantitattivi tal-UE biex timmonitorja l-kisba ta’ dawn l-objettivi. Għalkemm dawn il-miri jeħtieġu li jsir progress minimu sal-2030, l-għan fit-tul jibqa’ li tiġi żgurata ugwaljanza effettiva u li jitnaqqas id-distakk bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali. Dawn il-miri huma l-frott tal-esperjenza bl-istħarriġ fost il-komunitajiet tar-Rom u jirriżultaw minn konsultazzjoni fil-fond li tinvolvi l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Istati Membri kif ukoll ir-Rom u s-soċjetà ċivili favur ir-Rom. Iċ-ċarts ta’ hawn taħt jistabbilixxu s-seba’ objettivi, il-miri fil-livell tal-UE, il-progress li jrid isir u s-sitwazzjoni attwali.
Indikaturi oħra qed jiġu esplorati.
III.
Azzjoni nazzjonali mġedda u msaħħa għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni
L-ilħuq tal-objettivi ta’ dan il-qafas strateġiku jeħtieġ azzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. Dan l-approċċ komplementari huwa l-uniku mod kif tiġi mbuttata bidla fil-prattika. L-Istati Membri għandhom il-kompetenzi ewlenin fl-oqsma koperti minn dan il-qafas u huwa meħtieġ approċċ strutturat. Filwaqt li s-sitwazzjoni tar-Rom tvarja minn pajjiż għal ieħor, hemm bżonn li jiżdiedu l-impenn u l-akkontabilità fil-livell nazzjonali biex ikun hemm bidla reali fil-ħajja ta’ kuljum tar-Rom. Dan jinkludi l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fit-tħejjija tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom.
Immexxu ‘l quddiem l-azzjoni nazzjonali permezz ta’ oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom
L-Istati Membri huma mistiedna jiżviluppaw, jadottaw u jimplimentaw oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom inkluż:
okaratteristiċi komuni
oimpenji minimi li jenħtieġ li japplikaw għal kulħadd
oimpenji addizzjonali possibbli skont il-kuntest nazzjonali
oimpenji aktar ambizzjużi għall-Istati Membri b’popolazzjonijiet kbar ta’ Rom
Il-proposti għal dawn l-elementi huma stabbiliti hawn taħt. Fejn possibbli, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri nazzjonali speċifiċi. Il-Kummissjoni se tgħin lil dan il-proċess bil-gwida kollha meħtieġa. Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll
il-miżuri nazzjonali inkluż permezz tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza, billi tintegra l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom fl-inizjattivi ta’ politika tal-UE, timmobilizza fondi tal-UE għar-Rom u tiġġieled l-anti-Żingariżmu.
L-Istati Membri huma mistiedna jlestu l-iżvilupp ta’ dawn l-oqfsa nazzjonali sa Settembru 2021, u jaqsmuhom mal-Kummissjoni.
|
Flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni qed tadotta proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom, li tistabbilixxi lista ta’ miżuri speċifiċi li jridu jittieħdu mill-Istati Membri sabiex jinkisbu l-objettivi tal-UE. Għalhekk, dawn it-tnejn huma komplementari. Ir-Rakkomandazzjoni proposta tiggwida wkoll il-bini tal-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati u s-sħubijiet bejniethom, inklużi l-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom, il-korpi tal-ugwaljanza, is-soċjetà ċivili u l-atturi reġjonali u lokali. Barra minn hekk, tipprovdi gwida biex jiġi żgurat użu aħjar tal-fondi tal-UE u nazzjonali, kif ukoll monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni nazzjonali effettivi tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom.
III.1. Gwida għal azzjoni nazzjonali li ssegwi approċċ komuni iżda differenzjat
Sabiex tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw oqfsa strateġiċi nazzjonali sinifikanti u effettivi għar-Rom, il-Kummissjoni tipproponi sensiela ta’ karatteristiċi komuni, kif ukoll impenji minimi għall-oqfsa strateġiċi nazzjonali kollha tar-Rom. Barra minn hekk, peress li l-proporzjon tar-Rom, kif ukoll il-kuntesti nazzjonali tagħhom, ivarjaw b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor, il-Kummissjoni qed tipproponi impenji addizzjonali u aktar immirati. Dan jirrikonoxxi d-diversità tas-sitwazzjonijiet fl-Istati Membri u jippermetti approċċ komuni iżda differenzjat.
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tipproponi li l-oqfsa strateġiċi nazzjonali kollha tar-Rom ikollhom il-karatteristiċi komuni li ġejjin:
üIsaħħu l-fokus fuq l-ugwaljanza biex jiġi kkomplementat l-approċċ tal-inklużjoni: Jindirizzaw l-erba’ oqsma ta’ politika (l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni) permezz ta’ approċċ integrat li jibqa’ kruċjali għall-inklużjoni tar-Rom, iżda hemm ukoll bżonn ta’ fokus ċar fuq l-ugwaljanza. B’mod partikolari, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-anti-Żingariżmu jenħtieġ li tkun objettiv ewlieni u prijorità trasversali f’kull qasam ta’ politika u tikkomplementa l-approċċ tal-inklużjoni. Dan il-fokus konġunt jenħtieġ jiżgura li r-Rom ikollhom aċċess effettiv għall-ġustizzja ekonomika u soċjali u opportunitajiet indaqs.
üJippromwovu l-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni, il-kooperazzjoni u l-fiduċja. Il-parteċipazzjoni sinifikanti tar-Rom trid tkun żgurata fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika. Jenħtieġ li l-impenn politiku, ekonomiku u kulturali tar-Rom jiġi promoss b’sens ta’ appartenenza bħala membri sħaħ tas-soċjetà. L-emanċipazzjoni u l-bini tal-kapaċità tar-Rom, tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet pubbliċi jridu jiġu żgurati, billi jinbnew kooperazzjoni u fiduċja bejn il-partijiet ikkonċernati u bejn il-komunitajiet Rom u dawk li mhumiex Rom.
üTiġi riflessa d-diversità fost ir-Rom: Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-oqfsa strateġiċi tagħhom ikopru lir-Rom kollha fit-territorju tagħhom u jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ gruppi diversi permezz ta’ approċċ intersezzjonali. Jenħtieġ li dawn iżommu f’moħħhom kif aspetti differenti ta’ identità jistgħu jingħaqdu biex jaggravaw id-diskriminazzjoni. Jenħtieġ li jistabbilixxu miri kwalitattivi u/jew kwantitattivi biex jiżguraw li tkun riflessa d-diversità f’termini ta’ età, ġeneru, orjentazzjoni sesswali, mobbiltà u karatteristiċi personali oħra.
üL-ikkombinar tal-integrazzjoni u tal-immirar espliċitu, iżda mhux esklużiv għar-Rom: L-oqfsa strateġiċi nazzjonali kollha tar-Rom jenħtieġ li jikkombinaw il-mainstreaming u l-immirar espliċitu iżda mhux esklużiv, ħalli jiżguraw li s-servizzi mainstream ikunu inklużivi u jipprovdu appoġġ immirat addizzjonali biex jippromwovu aċċess effettiv ugwali għar-Rom għad-drittijiet u s-servizzi. Dawn jenħtieġ li jservu bħala strumenti ta’ ppjanar għall-użu tal-fondi nazzjonali u tal-UE għal azzjoni mmirata lejn ir-Rom u riforma għal mainstream inklużiv.
üJittejjeb l-iffissar tal-miri, il-ġbir tad-data, il-monitoraġġ u r-rappurtar: Il-ħidma lejn il-kisba tal-miri ewlenin fil-livell tal-UE u l-miri nazzjonali kwantitattivi u/jew kwalitattivi korrispondenti tista’ twassal għal progress reali lejn l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. Id-data għandha tinġabar regolarment biex tiddaħħal fir-rappurtar u l-monitoraġġ, ittejjeb it-trasparenza u l-akkontabilità, u tippromwovi t-trasferiment tal-politika u t-tagħlim.
It-tieni, l-operazzjonalizzazzjoni tal-karatteristiċi komuni, filwaqt li tibni fuq l-esperjenzi bil-qafas attwali u wara konsultazzjonijiet mifruxa mwettqa matul l-aħħar sentejn, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri kollha biex jinkludu fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tagħhom tar-Rom, bħala minimu, l-impenji li ġejjin:
Il-qafas strateġiku nazzjonali jenħtieġ li jistabbilixxi:
a)xenarji bażi u miri nazzjonali lejn l-objettivi tal-UE u miri bbażati fuq valutazzjoni komprensiva tal-ħtiġijiet;
b)miri u miżuri għal gruppi speċifiċi (tfal, nisa, żgħażagħ, anzjani Rom jew dawk b’diżabilità, ċittadini mobbli tal-UE, ċittadini mhux tal-UE, Rom apolidi) biex jirriflettu d-diversità fost ir-Rom, inklużi miżuri sensittivi għall-ġeneri u miżuri sensittivi għat-tfal/għall-etajiet;
c)miżuri biex jiġu indirizzati l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni (eż. permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali kontra r-razziżmu);
d)miżuri biex tiġi żgurata l-inklużjoni soċjoekonomika tar-Rom marġinalizzati, b’mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa u l-akkomodazzjoni;
e)taħlita ta’ miżuri mmirati u mainstream li jqisu l-isfidi lokali speċifiċi u jindirizzaw b’mod espliċitu l-ostakli li jċaħħdu lir-Rom minn aċċess ugwali għall-politiki mainstream;
f)baġit apposta għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ li jagħmel użu sħiħ mill-innovazzjoni soċjali u l-kapital privat;
g)mekkaniżmi għar-rappurtar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress lejn il-miri stabbiliti;
h)sistema ta’ konsultazzjoni u kooperazzjoni, rilevanti għall-politika, mar-Rom u mas-soċjetà ċivili favur ir-Rom, ma’ ministeri settorjali, ma’ korpi tal-ugwaljanza, ma’ istituzzjonijiet nazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem u ma’ partijiet ikkonċernati oħra; kif ukoll
i)il-bini tal-kapaċità biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fl-istadji kollha tat-tfassil tal-politika u jiġi żgurat l-involviment tagħha fil-proċessi tal-pjattaforma nazzjonali u tal-UE.
Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għar-Rom (NRCP) jenħtieġ:
a)jingħataw mandat, riżorsi suffiċjenti u persunal biex jiżgura koordinazzjoni u monitoraġġ kontinwi; kif ukoll
b)jippreżentaw rapport regolari dwar il-progress u jipparteċipaw f’attivitajiet ewlenin tan-network NRCP ġestit mill-Kummissjoni.
|
It-tielet, minbarra dawn il-karatteristiċi komuni u l-impenji minimi, sforzi nazzjonali addizzjonali , skont il-kuntesti nazzjonali speċifiċi, jistgħu jkunu importanti. L-isfidi fl-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom ivarjaw skont id-daqs tal-popolazzjoni Rom u s-sehem tagħhom mill-popolazzjoni kumplessiva, kif ukoll skont il-kuntest ekonomiku usa’ u l-wirt tal-esklużjoni u d-diskriminazzjoni. Ivarjaw ukoll skont fejn u kif jgħixu r-Rom (żoni rurali, urbani, mobbli, segregati) u aspetti speċifiċi bħall-mobbiltà transnazzjonali, il-migrazzjoni jew kwistjonijiet assoċjati mad-dokumentazzjoni ċivika. Dawn l-isfidi differenti jistgħu jiġu riflessi fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom, b’objettivi, livelli ta’ investiment u tipi ta’ soluzzjonijiet ta’ politika differenzjati. Skont il-kuntest nazzjonali (bħall-għażliet għall-ġbir tad-data, l-użu ta’ fondi tal-UE mmirati jew mainstream, id-daqs relattiv u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-popolazzjoni Rom tagħhom), il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jagħmlu impenji addizzjonali kif ġej:
Il-qafas strateġiku nazzjonali jenħtieġ li jistabbilixxi wkoll:
a)miri kwantitattivi u kwalitattivi nazzjonali għas-seba’ objettivi kollha tal-UE (skont id-disponibbiltà tad-data);
b)kif il-fondi u l-istrumenti finanzjarji tal-UE u dawk nazzjonali se jiġu investiti għar-Rom; kif ukoll
c)kif ir-riformi istituzzjonali jew amministrattivi se jikkontribwixxu għall-ugwaljanza u l-inklużjoni.
Il-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għar-Rom (NRCP) jenħtieġ li jwettqu wkoll evalwazzjoni u rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas strateġiku nazzjonali.
|
Ir-Raba’meta r-Rom jgħoddu għal proporzjon sinifikanti tal-popolazzjoni (jiġfieri ogħla sew minn 1 %), il-promozzjoni tal-ugwaljanza u tal-inklużjoni tagħhom mhijiex biss importanti f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet fundamentali iżda għandha sinifikat ekonomiku ċar. F’pajjiżi bi proporzjon akbar ta’ persuni Rom, dan il-grupp jirrappreżenta proporzjon dejjem akbar tal-popolazzjoni fl-età tal-iskola u tal-forza tax-xogħol futura. Il-progress fl-inklużjoni soċjoekonomika għar-Rom għandu l-potenzjal li jżid il-ħaddiema u l-ħiliet fi żminijiet ta’ żviluppi demografiċi ħżiena u jnaqqas in-nefqa soċjali. L-investiment f’edukazzjoni aħjar u t-titjib tal-ħiliet ta’ forza tax-xogħol li qabel kienet eskluża jistgħu jaffettwaw b’mod pożittiv it-tkabbir tal-produttività. L-iżgurar li l-persuni Rom jistgħu jużaw il-potenzjal tagħhom biex jikkontribwixxu lejn l-ekonomija u lejn is-soċjetà b’mod ġenerali se jwassal għal eżiti soċjali u ekonomiċi aħjar għal kulħadd.
Dan jiġġustifika l-ħtieġa għal impenji aktar intensivi u l-appoġġ tal-UE, b’mod partikolari l-użu tal-fondi tal-UE kemm għal azzjoni mmirata kif ukoll għal riformi mainstream inklużivi. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri b’popolazzjoni Rom sinifikanti huma mistiedna jagħmlu użu sħiħ mill-objettiv speċifiku propost tal-FSE+ dwar il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom. Huma mħeġġa wkoll jagħmlu aktar biex jiżguraw li l-finanzjament disponibbli jilħaq lir-Rom b’mod effettiv. Dan jirrikjedi wkoll il-ġbir ta’ data diżaggregata skont l-etniċità u s-sess biex jiġu appoġġati t-tfassil, il-monitoraġġ u r-rieżami tal-politika.
Għalhekk minbarra l-impenji minimi u dawk li jirriżultaw mill-kuntest nazzjonali, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri b’popolazzjonijiet Rom sinifikanti biex jinkludu fil-qafas strateġiku nazzjonali tagħhom tar-Rom impenji aktar ambizzjużi, li skonthom :
Il-qafas strateġiku nazzjonali jenħtieġ ukoll:
a)jippreżenta pjan jew sett ta’ miżuri għall-prevenzjoni tal-anti-Żingariżmu u tad-diskriminazzjoni u għall-ġlieda kontrihom, tas-segregazzjoni fl-edukazzjoni u fl-akkomodazzjoni, u tal-preġudizzji u tal-isterjotipi kontra r-Rom (inkluż online);
b)ipoġġi fil-mainstream l-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom fil-livelli reġjonali u lokali; kif ukoll
c)jistabbilixxi kif il-fondi u l-istrumenti finanzjarji tal-UE u dawk nazzjonali se jiġu investiti għal riforma ta’ politika mainstream inklużiva u azzjoni mmirata.
Ir-rwol tal-NRCP jenħtieġ li jissaħħaħ, sabiex ikun jista’:
a)jistrieħ fuq tim dedikat u mandat istituzzjonali li jiżgura piż politiku, koordinazzjoni transsettorjali u mainstreaming effettivi tal-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom fil-livelli reġjonali u lokali;
b)ikun involut (mill-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-fondi tal-UE) fil-koordinazzjoni ta’ diskussjonijiet transgovernattivi dwar id-distribuzzjoni tal-fondi tal-UE għar-Rom, u fil-monitoraġġ sistematiku tal-użu tagħhom (pereż. permezz ta’ kumitati ta ’monitoraġġ, skrinjar tal-impatt tal-inklużjoni tar-Rom);
c)jiżgura konsultazzjoni u djalogu nazzjonali li jemanċipaw lir-Rom (b’mod partikolari liż-żgħażagħ u n-nisa); kif ukoll
d)jiżgura li l-politiki pubbliċi u s-servizzi universali jilħqu lir-Rom b’mod effettiv, inklużi dawk li jgħixu f’żoni rurali remoti (pereż. miżuri ta’ emerġenza u ta’ terminu medju fi żminijiet ta’ kriżi, riforma leġiżlattiva, ippjanar ta’ politika dwar l-edukazzjoni, l-impjiegi, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni, oqsma oħra ta’ inklużjoni soċjoekonomika, servizzi soċjali, trasport, sistemi ta’ dħul minimu, leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni).
|
Finalment, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom, l-Istati Membri qed jingħataw parir jikkunsidraw il-prinċipji bażiċi komuni tal-inklużjoni tar-Rom
. L-Anness 1
jipprovdi gwida addizzjonali għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-politika fil-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u l-faqar multigenerazzjonali
, il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni u tal-emanċipazzjoni tar-Rom, ir-riflessjoni tad-diversità fost ir-Rom u l-ikkombinar ta' approċċi mmirati u mainstream. Huwa jistabbilixxi wkoll gwida biex jintlaħqu aħjar l-isfidi emerġenti, bħall-indirizzar tal-impatt sproporzjonat fuq ir-Rom ta’ kriżijiet bħall-pandemija tal-COVID-19, l-iżgurar tal-inklużjoni diġitali u t-twettiq tal-ġustizzja ambjentali Barra minn hekk, jipprovdi gwida dwar il-promozzjoni (tas-sensibilizzazzjoni dwar) tal-arti, l-istorja u l-kultura tar-Rom u l-innovazzjoni soċjali u l-esperimentazzjoni tal-politika.
Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tagħhom tar-Rom mhux biss permezz ta’ appoġġ finanzjarju u miżuri ta’ koordinazzjoni, bħat-tagħlim reċiproku jew il-bini tal-kapaċità, iżda wkoll permezz ta’ appoġġ metodoloġiku u għajnuna mill-programm ta' appoġġ għal riformi strutturali (SRSP) biex jiġu żviluppati sistemi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiksbu appoġġ mill-FRA, minn korpi tal-ugwaljanza u istituzzjonijiet nazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem u mill-istituti nazzjonali tal-istatistika biex jiżguraw/itejbu l-kapaċitajiet regolari tal-ġbir tad-data fil-livell nazzjonali. L-appoġġ tal-UE se jiġi modulat skont il-livell tal-impenji tal-Istati Membri.
III.2
Rappurtar u monitoraġġ tal-azzjoni nazzjonali u progress lejn il-miri
Sabiex tiżgura ġbir tad-data, rappurtar u monitoraġġ tal-progress kemm dwar il-miri tal-UE, kif ukoll dwar il-miri nazzjonali proposti hawn fuq, il-Kummissjoni qed tipproponi għall-ewwel darba l-użu ta’ portafoll ta’ indikaturi (ara l-Anness 2). Dan ikun ta’ valur reali għat-tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri. Dan il-portafoll ġie żviluppat minn grupp ta’ ħidma dwar l-indikaturi tar-Rom u mir-rappurtar ikkoordinat mill-FRA, li jinvolvi punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom, uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u lill-Kummissjoni. Dan se jippermetti wkoll ir-rapportar dwar il-miżuri stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill proposta.
Ir-rappurtar u l-monitoraġġ tal-azzjoni nazzjonali se jsiru kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. Fl-2022, il-Kummissjoni se tevalwa l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom, tivvaluta l-impenji li saru mill-Istati Membri u tipprovdi gwida għal kwalunkwe titjib meħtieġ.
Mill-2023 ’il quddiem l-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom kull sentejn, inklużi l-miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni u billi jużaw bis-sħiħ il-portafoll tal-indikaturi. Ir-rappurtar jenħtieġ li jiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-impenji stabbiliti fl-oqfsa nazzjonali, inkluż il-kisba tal-miri nazzjonali, fejn xieraq. Ir-rapporti tagħhom jenħtieġ li jiġu pubblikati, biex tiżdied it-trasparenza u jiġi promoss it-tagħlim tal-politika. L-oqfsa strateġiċi u r-rapporti finalizzati jenħtieġ li jiġu diskussi wkoll fil-parlamenti nazzjonali.
Il-Kummissjoni titlob lill-FRA biex twettaq l-istħarriġ regolari dwar ir-Rom f’ċikli ta’ erba’ snin li jibdew fl-2020 biex tipprovdi d-data tax-xenarju bażi, ta’ nofs it-terminu u ta' tmiem it-terminu meħtieġa biex titkejjel il-bidla. Il-FRA qed tintalab ukoll tgħin fil-ġbir tad-data u fl-isforzi ta’ rappurtar tal-Istati Membri inkluż permezz tal-grupp ta’ ħidma dwar l-indikaturi u r-rappurtar tar-Rom, u tikkontribwixxi għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-progress nazzjonali li tagħmel il-Kummissjoni.
Ir-rapporti nazzjonali se jservu, flimkien mal-input mis-soċjetà ċivili u mad-data tal-FRA, bħala l-bażi għar-rapporti ta’ monitoraġġ perjodiku tal-Kummissjoni, li jsiru kull sentejn. Il-Kummissjoni se twettaq ukoll evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u ex-post tal-qafas strateġiku tal-UE tar-Rom.
IV.
Azzjonijiet tal-UE
L-Istati Membri huma atturi ewlenin li jippermettu bidla fil-prattika għar-Rom. L-azzjoni u l-appoġġ tal-UE se jikkomplementaw l-isforzi nazzjonali biex jippromwovu l-progress lejn l-objettivi u l-miri tal-UE sal-2030.
IV.1.
Infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE
L-azzjoni għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom hija bbażata fuq qafas legali stabbilit tal-UE, inklużi l-prinċipji ġenerali tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza stabbiliti fit-Trattati, affermati mill-ġdid fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, kif ukoll fid-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali u fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija
. Kif enfasizzat fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020–2025, sistema komprensiva ta’ protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni teħtieġ l-ewwel u qabel kollox l-infurzar effettiv tal-qafas legali, biex jiġi żgurat li d-drittijiet u l-obbligi individwali jiġu rispettati fil-prattika. Dan ix-xogħol imur lil hinn mir-Rom, iżda se jkun ta’ benefiċċju dirett għall-komunitajiet tar-Roma.
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja u tinforza l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali, billi tinvestiga d-diskriminazzjoni sistematika u tniedi proċeduri ta’ ksur, jekk meħtieġ, biex tħeġġeġ bidliet fil-leġiżlazzjoni u fil-politika. Matul l-aħħar snin, saret enfasi partikolari fuq id-diskriminazzjoni kontra t-tfal Rom fl-edukazzjoni. Il-Kummissjoni se tipprovdi gwida u taħriġ, u toffri appoġġ finanzjarju għall-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza u għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tad-Direttiva, inkluż permezz tar-rappreżentazzjoni tal-interessi tal-vittmi. Kif imħabbar fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu, il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva fl-2021 u se ssegwi kwalunkwe leġiżlazzjoni possibbli sal-2022. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-ħidma tal-korpi tal-ugwaljanza, li fil-ħidma tagħhom jagħtu prijorità kbira lill-isforzi biex itejbu s-sitwazzjoni u l-esperjenza tar-Rom. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istandards għall-korpi tal-ugwaljanza. Ir-rwol u l-indipendenza tal-korpi tal-ugwaljanza u l-ħtieġa potenzjali għal leġiżlazzjoni ġdida biex jissaħħaħ ir-rwol ta’ dawn il-korpi se jkunu temi importanti fir-rapport tal-2021.
Il-Kummissjoni se tkompli wkoll il-ħidma tagħha fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, b’mod partikolari billi ssaħħaħ ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar ta’ reati ta’ mibegħda bl-appoġġ tal-FRA, ittejjeb l-istrateġiji tat-taħriġ tal-infurzar tal-liġi u ssaħħaħ l-appoġġ lill-vittmi tar-reati ta’ mibegħda. Skont il-FRA, ir-Rom jesperjenzaw rata għolja (30 % tar-rispondenti ta’ oriġini Rom) ta’ fastidju mmotivat mill-mibegħda. Il-Kummissjoni ttenni l-impenn tagħha li tiżgura traspożizzjoni u implimentazzjoni sħaħ u korretti tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija, u fejn meħtieġ tniedi proċeduri ta’ ksur
. Bħala prerekwiżit għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu, l-istandards minimi stabbiliti dwar il-kriminalizzazzjoni tad-diskors ta’ mibegħda, u ċ-ċaħda, l-iskużar jew it-trivjalizzazzjoni tal-Olokawst iridu jiġu trasposti b’mod sħiħ u kif xieraq fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Bħal persuni oħra bi sfond etniku jew razzjali minoritarju, ir-Rom huma affettwati minn diskors ta’ mibegħda online, u l-anti-Żingariżmu huwa wieħed mill-aktar raġunijiet komuni rapportati għal diskors ta’ mibegħda. Il-Kummissjoni se tkompli tikkoopera mal-kumpaniji tal-IT biex tiġġieled id-diskors ta’ mibegħda illegali online, u se testendi l-isforzi għal pjattaformi oħra tal-midja soċjali. Id-Deċiżjoni Qafas hija kkomplementata mid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, li fost aspetti oħra għandha l-għan li tiżgura l-ġustizzja, il-protezzjoni u l-appoġġ għall-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda u ta’ diskors ta’ mibegħda. L-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020–2025) tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda, inklużi r-Rom
.
IV.2.
Il-mainstreaming tal-ugwaljanza tar-Rom fl-inizjattivi tal-politika tal-UE u l-mobilizzazzjoni tal-fondi tal-UE għar-Rom
Il-mainstreaming tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni tar-Rom fl-inizjattivi relevanti kollha tal-Kummissjoni se jkun kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f’dan il-qafas strateġiku. Meta jiġu żviluppati l-politiki, mill-inklużjoni soċjoekonomika sal-Intelliġenza Artifiċjali, mill-Patt Ekoloġiku sal-inklużjoni diġitali u mill-indirizzar tad-diskors ta’ mibegħda sal-politiki dwar il-migrazzjoni, l-integrazzjoni fihom tad-dimensjoni tal-ugwaljanza tinkludi wkoll l-iżgurar li l-politiki tal-UE u dawk nazzjonali jservu l-interessi tal-persuni Rom kollha. Bħala parti mill-attivitajiet tagħha lejn il-promozzjoni tal-ugwaljanza għal kulħadd u l-ugwaljanza fis-sensi kollha tagħha, it-Task Force tal-Kummissjoni dwar l-Ugwaljanza se tirsisti biex tiżgura li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ oriġini razzjali jew etnika u l-intersezzjonijiet tagħha ma’ raġunijiet oħra ta’ diskriminazzjoni tkun integrata fil-politiki, fil-leġiżlazzjoni u fil-programmi ta’ finanzjament kollha tal-UE. Fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020–2025, il-perspettiva tar-Roma dejjem se tiġi kkunsidrata. Il-gwida u t-taħriġ dwar il-mainstreaming se jappoġġaw lil dawk kollha involuti fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza f’kull stadju tal-interventi tal-UE, u se tiġi promossa konsultazzjoni aktar attiva mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw ir-Roma tul iċ-ċiklu kollu tal-politika tal-Kummissjoni.
It-taskforce tar-Rom interna tal-Kummissjoni se tkompli timpenja servizzi differenti tal-Kummissjoni f’diversi livelli f’oqsma ta’ prijorità ewlenin, bħall-użu effettiv tal-fondi tal-UE biex tippromwovi l-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom.
Bħala parti minn Next Generation EU, il-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tappoġġa l-investimenti u r-riformi essenzjali għall-irkupru dejjiemi u se trawwem ir-reżiljenza ekonomika u soċjali u koeżjoni soċjali. Sabiex jirċievu appoġġ, l-Istati Membri se jkollhom ifasslu pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li jindirizzaw l-impatti ekonomiċi u soċjali tal-kriżi, it-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u l-prijoritajiet rilevanti identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont is-Semestru Ewropew. Dan l-appoġġ se jagħti possibbiltajiet lill-Istati Membri biex irawmu l-inklużjoni tal-gruppi marġinalizzati, inkluż ir-Rom u persuni oħra bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Il-proposti tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Fl-2019, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-inklużjoni tar-Rom f’diversi rapporti speċifiċi għall-pajjiżi tas-Semestru Ewropew; dan jenħtieġ li jkun rifless u indirizzat fil-programmi tal-2021–2027.
Il-proposti tal-Kummissjoni għad-Dispożizzjonijiet Komuni, ir-regolamenti dwar l-FSE+, il-FEŻR, u l-FAEŻR:
üjipprovdu appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-oqfsa u tal-miżuri strateġiċi nazzjonali għar-Rom, inklużi l-kapaċità umana, l-infrastruttura u l-attivitajiet tal-bini tal-kapaċità;
üjipprovdu li l-programmi kollha jippromwovu opportunitajiet indaqs għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom;
üjitolbu li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti tematiċi (qafas ta’ politika strateġika nazzjonali għar-Rom, qafas ta’ politika strateġika nazzjonali għall-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar) u orizzontali (Karta tad-Drittijiet Fundamentali) matul il-perjodu 2021–2027 kollu;
üjeħtieġu li mill-inqas 25 % tar-riżorsi tal-FSE+ irawmu l-inklużjoni soċjali, u jiżguraw li ammont minimu jkun immirat lejn dawk l-aktar fil-bżonn; kif ukoll
üjenfasizzaw il-“prinċipju ta’ sħubija”, jiġifieri l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-korpi li jirrappreżentaw l-inklużjoni soċjali, in-nondiskriminazzjoni u d-drittijiet fundamentali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta’ programmi u fil-ftehimiet ta’ sħubija u fil-kumitati ta’ monitoraġġ.
L-Istati Membri għandhom rwol ewlieni fit-tfassil tal-politiki pubbliċi u fil-massimizzazzjoni tal-użu tal-programmi ta’ finanzjament biex jappoġġaw lir-Rom, peress li l-biċċa l-kbira tal-baġit tal-UE huwa implimentat mill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża. Il-Kummissjoni għalhekk tistieden lill-Istati Membri biex jimmiraw il-fondi taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021–2027 u tan-NextGeneration EU biex jindirizzaw l-isfidi u l-ħtiġijiet tar-Rom, ħalli jimplimentaw l-impenji meħuda fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tagħhom tar-Rom. Il-Kummissjoni se timmira li tiżgura li l-isfidi speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fis-Semestru Ewropew jiġu indirizzati kif xieraq fil-ftehimiet ta’ sħubija li jmiss, u li l-miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza u l-inklużjoni jiġu implimentati permezz ta’ programmi operazzjonali. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib li, f’dawn l-Istati Membri, hemm fis-seħħ strateġija doppja li minn naħa tagħmel is-servizzi inklużivi u min-naħa l-oħra tipprovdi programmi mmirati lejn il-komunitajiet Rom emarġinati u dan ikun rifless fid-dokumenti ta’ programmazzjoni tal-2021–2027. Il-kundizzjonijiet abilitanti applikabbli għal fondi speċifiċi tal-UE fl-2021–2027 proposti mill-Kummissjoni għandhom l-għan li jiżguraw ir-rispett għad-drittijiet fundamentali kif ukoll l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom.
Sabiex ittejjeb l-effiċjenza u l-effettività fir-rigward tal-interventi relatati mar-Rom, il-Kummissjoni se tappoġġa t-tagħlim transnazzjonali marbut kemm mal-politika kif ukoll mal-finanzjament, bħan-netwerk EURoma tal-awtoritajiet ta’ ġetjoni u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali tar-Rom.
Il-programm InvestEU taħt it-tieqa għall-investiment soċjali u l-ħiliet tiegħu jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-inklużjoni soċjoekonomika tal-gruppi emarġinati, inklużi r-Rom. Dan jista’ jseħħ permezz ta’ approċċi ta’ finanzjament innovattivi bħal bonds b’impatt soċjali u proġetti orjentati lejn ir-riżultati inkluż permezz ta’ taħlit ma’ għotjiet mill-UE u/jew strumenti finanzjarji minn programmi settorjali jew taħlita ta’ flussi differenti ta’ finanzjament mill-UE. Il-Kummissjoni se timplimenta inizjattivi pilota ffukati bl-għan li tittestja u turi approċċi ta’ ħidma għal aspetti konkreti ta’ inklużjoni (l-akkomodazzjoni, l-impjieg, is-sigurtà soċjali) permezz tal-użu ta’ approċċi ta’ finanzjament innovattivi, li jistgħu jintużaw/jiġu estiżi jew jiġu rreplikati permezz ta’ programmi akbar fuq livell nazzjonali jew tal-UE. L-Istati Membri se jkunu jistgħu jfittxu appoġġ tekniku biex jintegraw l-ugwaljanza tar-Rom fil-proċessi tat-tfassil tal-politika u fir-riforma permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.
IV.3.
Azzjoni u appoġġ tal-UE għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni, tal-inklużjoni u tad-diversità tar-Rom
Fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020–2025, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tmexxi bl-eżempju bħala istituzzjoni billi tieħu passi biex ittejjeb b’mod sinifikanti r-rappreżentanza tal-persunal tal-Kummissjoni permezz ta’ miżuri mmirati lejn ir-reklutaġġ u l-għażla. Meta twettaq dawn il-miżuri, il-Kummissjoni se tiżgura li dawn japplikaw għar-Rom. Il-Kummissjoni tistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE biex jieħdu passi biex irawmu d-diversità u l-inklużjoni fil-postijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom.
Il-Kummissjoni se torganizza laqgħat regolari mar-rapresentanti tal-Istati Membri u tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-livell tal-UE, b’mandat ta’ tagħlim reċiproku aktar b’saħħtu. Il-Kummissjoni se tiżgura wkoll skambji regolari bejn il-partijiet ikkonċernati. Il-Kummissjoni se tkompli torganizza laqgħat dwar il-politika ta’ koeżjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (“djalogu strutturat”) fl-2021–2027. Hija se torganizza laqgħat ta’ djalogu privati ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tar-Rom dwar żviluppi fil-politika ta’ koeżjoni.
Kif propost mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni se tniedi ċiklu ġdid ta’ bini tal-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili Rom biex tippermetti monitoraġġ u rappurtar ċivili indipendenti kkoordinati, billi tibni fuq it-tagħlimiet mill-proġett
Monitor Ċivili tar-Rom
(2017–2020). Rapporti ta’ monitoraġġ ċivili indipendenti kkoordinati huma ppjanati f’ċikli ta’ sentejn li jibdew fl-2022.
Il-Kummissjoni se tfittex li timmassimizza l-influwenza tal-pjattaforma Ewropea tar-Rom, li tlaqqa’ flimkien il-gvernijiet nazzjonali, l-UE, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tar-Rom u timmira li tistimula l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza. Se torganizza rieżamijiet tematiċi, tal-pajjiż u reġjonali tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali bbażati fuq is-sejbiet tal-proġett ta’ Monitoraġġ tas-Soċjetà Ċivili tar-Rom u fuq ir-rapporti ta’ monitoraġġ nazzjonali.
Permezz tal-finanzjament tagħha lill-pjattaformi nazzjonali tar-Rom, il-Kummissjoni se tippromwovi riforma ta’ dawn il-pjattaformi, b’mod partikolari billi tagħmilhom aktar rappreżentattivi tal-popolazzjoni nazzjonali tar-Rom. Dawn il-pjattaformi jenħtieġ li jiġu estiżi għal partijiet ikkonċernati ġodda (pereż. organizzazzjonijiet tad-drittijiet tat-tfal, is-settur privat) biex jippermettu tagħlim ġdid, jisfruttaw il-potenzjal tal-innovazzjoni soċjali, ibiddlu l-mentalitajiet u jġibu bidla soċjali dejjiema. Biex jiġi mħeġġeġ l-impenn attiv tar-Rom, partikolarment min-nisa u ż-żgħażagħ, jenħtieġ li jiġi elett rappreżentant tal-pjattaforma biex jiġi żgurat networking transnazzjonali bejn il-pjattaformi tar-Rom nazzjonali u Ewropej, filwaqt li ż-żgħażagħ Rom jenħtieġ li jiġu offruti apprendistati apposta jew pożizzjonijiet subordinati fl-istrutturi nazzjonali marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjattaformi nazzjonali tar-Rom. Sinerġiji ma’ inizjattivi oħra tal-UE, nazzjonali jew internazzjonali, b’mod partikolari l-proġett ta’ monitoraġġ tas-soċjetà ċivili tar-Rom, jenħtieġ li jintużaw biex irawmu t-tagħlim reċiproku u t-trasferiment tal-politika.
IV.4.
Azzjoni u appoġġ tal-UE għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu
Biex tippromwovi l-ugwaljanza tar-Rom billi tindirizza l-anti-Żingariżmu, il-Kummissjoni se tappoġġa attivitajiet li jippromwovu narrattivi pożittivi u mudelli tar-Rom, tiġġieled l-isterjotipi negattivi, tissensibilizza dwar l-istorja u l-kultura tar-Rom, u tippromwovi l-verità u r-rikonċiljazzjoni taħt programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri.
Il-Kummissjoni se tmexxi kampanja konġunta mal-UNESCO biex tindirizza d-diżinformazzjoni, id-diskors ta’ mibegħda u t-teoriji ta’ komplott, inklużi dawk li jimplikaw lir-Rom. Hija se tkompli tappoġġa lis-settur privat permezz tal-Pjattaforma tal-UE tal-Karti dwar id-Diversità u tesplora modi kif tinvolvi lill-midja biex tibni narrattivi pożittivi u tippromwovi d-diversità u l-ugwaljanza fl-isferi kollha. Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza eżistenti
, il-Kummissjoni se tiżviluppa serje ta’ seminars dwar l-isterjotipi razzjali u etniċi, inkluż kontra r-Rom, li jlaqqgħu flimkien ġurnalisti, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u rappreżentanti ta’ persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju.
L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni se jirreklamaw il-benefiċċji tal-ugwaljanza u tad-diversità. Il-Kummissjoni se torganizza serje ta’ avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni li jiffukaw fuq l-Istati Membri b’komunitajiet Rom kbar, biex tiġġieled kontra l-isterjotipi, tippromwovi d-diversità kulturali, temanċipa u tenfasizza lit-tfal, liż-żgħażagħ u lin-nisa Rom bħala mudelli ta' rwoli f’komunitajiet diversi, u tgħaqqad lill-komunitajiet flimkien.
Is-sensibilizzazzjoni dwar il-konsegwenzi ta’ diskriminazzjoni multipla kontra n-nisa Rom se tkun allinjata mal-kampanja ta’ komunikazzjoni mal-UE kollha dwar il-ġlieda kontra l-isterjotipi tal-ġeneri, li tapplika approċċ intersezzjonali għall-isferi kollha tal-ħajja, bħala parti mill-istrateġija dwar l-ugwaljanza tal-ġeneri.
Il-Kummissjoni se:
-
Tinforza l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE li tipproteġi lir-Rom kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu u timla l-lakuni fejn meħtieġ;
-
Tintegra l-ugwaljanza tar-Rom fl-inizjattivi tal-politika tal-UE u timmobilizza fondi tal-UE għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom;
-
Tieħu passi biex ittejjeb id-diversità tal-persunal tal-Kummissjoni;
-
Tniedi ċiklu ġdid ta’ bini ta’ kapaċità tas-soċjetà ċivili tar-Rom u ssaħħaħ il-pjattaformi Ewropej u nazzjonali tar-Rom;
-
Tippromwovi narrattivi pożittivi u mudelli tar-rwol Rom, tiġġieled l-isterjotipi negattivi, tissensibilizza dwar l-istorja u l-kultura tar-Rom, u tippromwovi l-verità u r-rikonċiljazzjoni.
V.
Il-promozzjoni tal-ugwaljanza, tal-inklużjoni u tal-parteċipazzjoni tar-Rom lil hinn mill-UE
L-UE u l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom fl-azzjoni esterna tagħhom, pereż. fil-politiki tagħhom dwar it-tkabbir, il-viċinat, l-iżvilupp u umanitarji.
Ir-reġjun tal-Punent tal-Balkani jirrappreżenta prijorità ġeostrateġika għall-UE. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar 2020 tappella għall-allinjament mal-politiki tal-UE, inkluż b’appoġġ għal dawk l-aktar żvantaġġati. Ir-reġjun tal-Punent tal-Balkani diġà allinja volontarjament mal-qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-integrazzjoni tar-Rom sal-2020. U għamlu xi avvanzi notevoli. Fis-Summit UE-il-Punent tal-Balkani f'Zagreb f'Mejju 2020, il-mexxejja tal-UE affermaw mill-ġdid l-appoġġ tagħhom għall-perspettiva Ewropea tal-Punent tal-Balkani u d-determinazzjoni tagħhom li jżidu l-appoġġ għat-trasformazzjoni politika, ekonomika u soċjali tiegħu. Huma laqgħu l-impenn qawwi tas-sħab tal-Punent tal-Balkani għas-supremazija tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-minoranzi.
Il-preżenza tar-Rom fil-Punent tal-Balkani hija importanti u simili għall-Istati Membri tal-UE b’popolazzjoni sinifikanti tar-Rom. Hemm każ konvinċenti biex jiġu indirizzati bl-istess mod l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom fl-UE u fil-Punent tal-Balkani, inkluż l-applikazzjoni tal-istess objettivi għall-perjodu sal-2030. F’Lulju 2019, il-prim ministri tal-Punent tal-Balkani adottaw id-Dikjarazzjoni dwar l-integrazzjoni tar-Rom fil-proċess tat-tkabbir tal-UE, u impenjaw ruħhom li jtejbu b'mod konkret is-sitwazzjoni tar-Rom fir-rigward tal-edukazzjoni, tal-impjiegi, tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni, tar-reġistrazzjoni ċivili u tan-nondiskriminazzjoni sal-adeżjoni tagħhom. L-UE se tkompli tappoġġa l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni u x-xogħol fuq il-ġbir tad-data, l-ibbaġitjar sensittiv għar-Rom u l-immappjar tal-akkomodazzjoni tar-Rom. L-allinjament progressiv mal-objettivi u mal-metodoloġija tal-UE se jkun parti mill-perspettiva Ewropea għall-pajjiżi kollha li qed ifittxu li jissieħbu fl-UE.
Is-sħab tal-Punent tal-Balkani, b’mod simili għall-proċess tas-semestru tal-Istati Membri tal-UE, jippreżentaw Programmi ta’ Riforma Ekonomika (PRE) annwali, li jinkludu riformi biex jagħtu spinta lill-kompetittività u jtejbu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir inklużiv u l-ħolqien tal-impjiegi. Il-PRE jirrapportaw dwar l-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-opportunitajiet indaqs, inkluż tar-Rom. L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni 2021–2027 — ladarba jiġi adottat — se jkompli jappoġġa r-riformi u l-allinjament mar-rekwiżiti tal-UE fil-livelli reġjonali u nazzjonali. Il-pjan ekonomiku u ta’ investiment għall-Punent tal-Balkani jidentifika oqsma prijoritarji ta’ investiment biex tingħata spinta lill-konverġenza, lit-tkabbir u lill-kompetittività fir-reġjun, b’mod partikolari b’appoġġ għal gruppi emarġinati u minoranzi, b’mod partikolari l-komunitajiet Rom. Fondi addizzjonali rilevanti tal-UE, relatati mal-irkupru mill-COVID-19 jew miżuri oħra ta’ appoġġ għar-relazzjonijiet esterni, bħall-istrument tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni tal-Viċinat (NDICI), se jiġu mmobilizzati wkoll biex jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom.
L-UE se tkompli tippromwovi n-nondiskriminazzjoni u ugwaljanza madwar id-dinja kollha fuq il-bażi tal-qafas strateġiku tal-UE u tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2020-2024) u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru u se tkopri l-kwistjonijiet tar-Rom fl-implimentazzjoni tal-UE tal-2019 tal-linji gwida dwar in-Nondiskriminazzjoni fl-Azzjoni Esterna. L-azzjoni tal-UE se tikkomplementa l-inizjattivi nazzjonali u se tappoġġa lis-soċjetà ċivili. L-ugwaljanza u l-inklużjoni tar-Rom se jkunu punt regolari fl-aġenda dwar id-drittijiet tal-bniedem u fid-djalogi politiċi oħra ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE li għandhom popolazzjoni sinifikanti ta’ Rom. L-UE se żżomm l-impenn attiv tagħha dwar l-ugwaljanza tar-Rom f’fora multilaterali u reġjonali, b’mod partikolari fil-Kunsill tal-Ewropa, fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u fin-Nazzjonijiet Uniti.
VI.
Konklużjoni
Ir-Rom ikkontribwew għar-rikkezza kulturali, id-diversità, l-ekonomija u l-istorja komuni tal-Ewropa għal sekli sħaħ. L-UE għandha d-dmir li tipproteġi l-minoranza Rom tagħha mid-diskriminazzjoni, mill-anti-Żingariżmu u mill-esklużjoni soċjali. Il-kisba tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom teħtieġ li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, il-gvernijiet nazzjonali u l-aġenziji tal-UE, il-korpi tal-ugwaljanza u istituzzjonijiet oħrajn tad-drittijiet tal-bniedem jingħaqdu flimkien u jieħdu azzjoni fi sħubija mas-soċjetà ċivili u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u bl-involviment sħiħ tar-Rom infushom. Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew biex jappoġġa dan il-qafas strateġiku u titlob lill-Kunsill biex jaħdem lejn l-adozzjoni rapida tal-proposta għal Rakkomandazzjoni għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni tar-Rom u b’hekk jiżgura li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu id f’id. Billi naħdmu flimkien, nistgħu nagħmlu progress reali sal-2030 biex noħolqu Ewropa li fiha l-individwi u l-komunitajiet Rom, fid-diversità kollha tagħhom, ikollhom opportunitajiet indaqs fl-isferi kollha tal-ħajja, jibbenefikaw mill-inklużjoni soċjoekonomika u jipparteċipaw b’mod ugwali fis-soċjetà.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.10.2020
COM(2020) 620 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
Unjoni tal-Ugwaljanza:
Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni
{SWD(2020) 530 final}
Il-portafoll tal-indikaturi
L-objettiv ġenerali ta’ dan il-portafoll ta’ indikaturi huwa li jiġi mmonitorjat il-progress fir-rigward tal-objettivi u l-miri tal-qafas strateġiku tal-UE tar-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv ġenerali, l-Istati Membri jeħtieġ li jimplimentaw għadd ta’ miżuri f’oqsma prijoritarji, li kull wieħed minnhom għandu l-objettiv orizzontali jew settorjali speċifiku tiegħu.
Il-portafoll tal-indikaturi li għandu jintuża biex jitkejjel il-progress lejn dawn l-objettivi ġie żviluppat fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-indikaturi tal-parteċipazzjoni tar-Rom u r-rappurtar ikkoordinat mill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (FRA). Il-membri tal-Grupp ta’ Ħidma huma l-punti ta’ kuntatt nazzjonali għar-Rom minn 20 Stat Membru u rappreżentanti mill-Uffiċċji tal-Istatistika u l-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-portafoll kien allinjat mal-indikaturi u l-miri kif żviluppati f’inizjattivi rilevanti tal-UE għall-perjodu sal-2030 u fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Ir-rapport sħiħ jinsab f’
https://fra.europa.eu/en/news/2020/roma-working-party-consultations-roma-inclusion-monitoring-framework
.
Il-portafoll tal-indikaturi huwa bbażat fuq il-mudell tal-indikatur struttura-proċess-riżultat (S-P-O) irrakkomandat mill-Uffiċċju tan-NU tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) meta jivvaluta l-konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem. Dan il-mudell jippermetti valutazzjoni ta’:
a)l-oqfsa legali u ta’ politika fis-seħħ (indikaturi strutturali);
b)interventi speċifiċi għall-implimentazzjoni (indikaturi tal-proċess);
c)kisbiet, kif esperjenzati mid-detenturi tad-drittijiet (indikaturi tal-eżitu).
Indikaturi strutturali: L-oqfsa u l-istrateġiji legali tal-UE u nazzjonali li huma stabbiliti biex jikkonformaw mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (għar-Rom, qafas strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni).
Indikaturi tal-proċess: L-interventi u l-azzjonijiet speċifiċi (pereżempju programmi, proġetti, miżuri) stabbiliti biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom billi jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet legali u politiċi msemmija.
Indikaturi tal-effetti jew tar-riżultati: Is-sitwazzjoni fil-prattika u kwalunkwe bidla fit-tgawdija tad-drittijiet fundamentali ta’ individwi b’karatteristiċi speċifiċi, bħall-oriġini etnika fil-każ tar-Rom. Dawn huma fil-biċċa l-kbira indikaturi standard, mimlija b’data li tista’ tiġi diżaggregata abbażi ta’ kategoriji differenti ta’ oriġini etnika, sess u età. Fl-Istati Membri fejn din id-data ma tkunx disponibbli minflokha tista’ tintuża data soċjoekonomika. L-indikaturi għandhom ikunu konformi mal-indikaturi tal-Ewropa 2020 jew kwalunkwe indikatur ta’ wara l-2020 tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali, kif ukoll l-oqsma tal-politika settorjali li jwasslu għall-objettivi tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-impjieg.
Objettivi, indikaturi ewlenin, miri u miżuri
Il-qafas ta’ monitoraġġ kien imfassal b’mod espliċitu biex jiġi segwit il-progress lejn l-objettivi tal-politika. L-objettivi huma riflessi fl-indikaturi tal-eżitu (ewlenin u sekondarji) u l-miri jistgħu jkunu l-istatus mixtieq li l-Istati Membri jixtiequ jiksbu sal-2030 f’kull qasam tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom. Il-qafas huwa bbażat fuq il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar ir-Rom għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni u l-Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom.
Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-eżitu huma bbażati fuq stħarriġ iżda jenħtieġ li kkumplimentati b’data amministrattiva, pereżempju dwar l-infrastruttura, is-segregazzjoni residenzjali, eċċ.
Indikaturi Ewlenin: Dawn huma indikaturi tal-eżitu li huma bbażati fuq stħarriġ u huma obbligatorji għall-Istati Membri kollha li għalihom din id-data hija disponibbli jew tista’ tinġabar fil-futur. Il-pajjiżi li ma jiġbrux ta’ data kwantitattiva (diżaggregata skont l-etniċità jew proxy) għandhom jikkunsidraw il-ġbir ta’ data kwalitattiva u l-formulazzjoni ta’ miri lejn indikaturi tal-proċess (ara hawn taħt).
Indikaturi sekondarji tar-riżultati: Dawn huma indikaturi kuntestwali u jikkumplimentaw l-indikaturi ewlenin tal-objettiv. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu jekk jimlewhomx jew le.
Hemm differenza bejn l-obbligu li jimlew l-indikaturi u li jiġbru d-data għall-indikaturi. Pereżempju, is-suġġetti tas-segregazzjoni fl-edukazzjoni, fl-aċċess għall-ilma tal-vit, jew fiċ-ċertifikati tat-twelid huma aktar rilevanti f’xi pajjiżi milli f’oħrajn. Barra minn hekk, xi indikaturi sekondarji jistgħu jsiru indikaturi ewlenin jekk ikunu partikolarment rilevanti f’pajjiż speċifiku, pereżempju l-kopertura tal-assigurazzjoni medika.
Indikaturi tal-proċess: Taħlita ta’ fatti legali u ekonomiċi, tipi ta’ miżuri, kapaċità tal-atturi implimentattivi, livell ta’ impenn mal-komunitajiet Rom u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ). Huwa fakultattiv għall-Istati Membri jagħżlux l-indikaturi u l-oqsma tal-interventi ta’ politika fi ħdan l-oqfsa strateġiċi tagħhom.
Tabella1: Ħarsa ġenerali lejn l-objettivi ewlenin tal-UE u l-indikaturi għall-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom
|
Objettivi orizzontali
|
|
Indikaturi ewlieni tal-UE
|
Rilevanza tal-SDGs
|
1
|
Il-ġlieda u l-prevenzjoni tal-anti-Żingariżmu u tad-diskriminazzjoni
|
1
|
Il-proporzjon ta’ persuni li ħassewhom iddiskriminati minħabba li kienu Rom fi kwalunkwe qasam kopert fl-istħarriġ f’dawn l-aħħar 12-il xahar
|
SDG 10.3.1
SDG 16.b.1
|
|
|
2
|
Il-proporzjon tal-popolazzjoni ġenerali li ma tħossa skomda bir-Rom bħala ġirien tagħha
|
|
2
|
It-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali
|
3
|
Ir-rata tar-riskju tal-faqar (inqas minn 60 % tad-dħul ekwivalizzat medjan wara trasferimenti soċjali)
|
SDG 1.2.1
|
|
|
3.1
|
Tfal ta’ taħt it-18 f'riskju ta’ faqar
|
SDG 1.2.2
|
|
|
4
|
Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika f’deprivazzjoni materjali severa (ma jistgħux jaffordjaw 4 minn 9 oġġetti, pereżempju ikel, stedina lill-ħbieb, eċċ.)*
|
SDG 1
|
|
|
4.1
|
Tfal ta’ taħt it-18 li jgħixu f’deprivazzjoni materjali severa*
|
SDG 1
|
3
|
Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni, il-bini tal-kooperazzjoni u l-fiduċja
|
4
|
Il-proporzjon ta’ persuni li ħassewhom iddiskriminati (fi kwalunkwe qasam) f’dawn l-aħħar 12 sena u rrappurtaw l-aħħar inċident ta’ diskriminazzjoni minħabba li kienu Rom
|
|
|
|
5
|
Indikatur ta’ ċittadinanza u parteċipazzjoni attiva LI GĦANDU JIĠI ŻVILUPPAT
|
|
|
Objettivi ta’ politika settorjali
|
|
Indikaturi ewlieni tal-UE
|
Rilevanza tal-SDGs
|
4
|
Jiżdied l-aċċess effettiv ugwali għal edukazzjoni ġenerali inklużiva ta’ kwalità
|
6
|
Il-proporzjon ta’ tfal ta’ bejn it-tliet snin u l-eta tal-bidu tal-edukazzjoni primarja obbligatorja li jattendu ċentru tal-edukazzjoni bikrija u tal-indukrar tat-tfal
|
SDG 4.2.2
|
|
|
7
|
Il-proporzjon ta’ persuni bejn l-20 u l-24 sena li lestew mill-inqas l-edukazzjoni sekondarja għolja
|
SDG 4.3
|
|
|
8
|
Il-proporzjon ta’ tfal ta’ bejn 6 u 15-il sena li jattendu l-iskejjel fejn “l-istudenti kollha jew il-biċċa l-kbira tagħhom huma Rom” kif irrappurtat minn dawk li wieġbu (pajjiżi magħżula biss)
|
|
5
|
Iż-żieda tal-aċċess effettiv ugwali għal impjiegi mħallsa ta’ kwalità u sostenibbli
|
9
|
Il-proporzjon ta’ persuni li awtoddikjaraw l-istatus ta’ attività ewlenija tagħhom bħala ‘xogħol bi ħlas’ (inkluż xogħol full-time, part-time, impjiegi ad hoc, impjieg indipendenti u xogħol okkażjonali jew xogħol f’dawn l-aħħar erba’ ġimgħat), 20-64 sena
|
SDG 8.5
|
|
|
10
|
Il-proporzjon ta’ żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena*** li l-attività ewlenija attwali tagħhom hija “la f'impjieg, la edukazzjoni u lanqas taħriġ” (NEET)
|
SDG 8.6.1
|
|
|
11
|
Diskrepanza fl-impjiegi skont il-ġeneru: id-differenza fir-rata ta’ xogħol imħallas bejn in-nisa u l-irġiel, ta’ bejn l-20 u l-64 sena
|
SDG 8.5
|
6
|
Tittejjeb is-saħħa tar-Rom u jiżdied l-aċċess effettiv għal servizzi tal-kura tas-saħħa u servizzi soċjali ta’ kwalità
|
12
|
Differenza fl-istennija tal-għomor mat-twelid (popolazzjoni ġenerali vs. Rom)
|
|
|
|
13
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom aċċess ristrett għas-servizzi tas-saħħa, GĦANDU JIĠI ŻVILUPPAT
|
|
7
|
Jiżdied l-aċċess effettiv ugwali għall-akkomodazzjoni adegwata desegregata u għas-servizzi essenzjali
|
14
|
Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’deprivazzjoni tal-akkomodazzjoni (jgħixu f’appartament mudlam ħafna, b’saqaf iqattar/ħitan jew art umdi, bla banju/doċċa, bla toilet fuq ġewwa)
|
SDG 11.1
|
|
|
15
|
Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika li ma għandhiex in-numru minimu ta’ kmamar skont id-definizzjoni tal-Eurostat ta’ ffullar
|
|
|
|
16
|
Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unitajiet domestiċi mingħajr ilma tal-vit fid-dar (pajjiżi magħżula biss)
|
SDG 6.1.1
|
Id-data tal-FRA għall-indikaturi tal-popolazzjoni tista’ tiġi diżaggregata skont is-sess, l-età, id-DEGURBA
*Se tiġi sostitwita b’deprivazzjoni soċjali u materjali (Eurostat [ilc_mdsd07]) u bl-indikatur rispettiv għat-tfal jekk jintuża fir-rappurtar tal-SDG għall-popolazzjoni ġenerali fil-futur
** Id-data attwali bbażata fuq stħarriġ tal-FRA tkopri biss il-grupp ta’ età ta’ bejn is-16 u d-29 sena
Indikaturi approssimati
F’pajjiżi fejn il-ġbir ta’ data etnika huwa impossibbli, tista’ tintuża data approssimattiva, pereżempju bbażata fuq data soċjo-ekonomika. Il-ġbir tad-data jista’ jsir fi stabbilimenti u f’unitajiet reġjonali identifikati bħala segregati jew b’sehem għoli ta’ persuni vulnerabbli. Is-suppożizzjoni sottostanti għandha tkun li l-popolazzjoni f’dawn il-lokalitajiet tinkludi perċentwal għoli ta’ Rom jew li huma perċepiti b’mod qawwi bħala Rom u għalhekk huma vulnerabbli għall-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni. Ta’ min jinnota li tali data approssimattiva tista’ tillimita l-ġbir tad-data biss għal data dwar l-aktar gruppi marġinalizzati u tista’ tħalli barra lil dawk li ma humiex ekonomikament imċaħħda iżda li għadhom qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-anti-Żingariżmu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum jew meta jiżvelaw l-identità tagħhom. F’każijiet bħal dawn, huwa importanti li d-data approssimattiva tiġi kkomplementata b’data kwalitattiva u amministrattiva mir-riċerka u b’konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u mal-awtoritajiet lokali. Jekk ikun hemm nuqqas ta’ data kwantitattiva, il-pajjiżi xorta waħda huma mħeġġa jiġbru data kwalitattiva fil-livell tal-indikaturi tal-proċess.
Id-data għall-indikaturi kwalitattivi tal-proċess tista’ tiġi minn varjetà ta’ sorsi. Mill-2016, l-Istati Membri rrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-indikaturi tal-proċess rilevanti għall-oqsma ta’ politika sostantivi inklużi fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 bl-użu ta’ formula armonizzata għar-rappurtar online. Madankollu, anki meta tkun komparabbli bejn il-pajjiżi, din id-data tirrappreżenta biss parti żgħira mill-informazzjoni rilevanti għall-proċess li hija meħtieġa għal monitoraġġ serju fil-livell tal-proċess. It-tieni parti tal-ġbir tad-data rilevanti għall-proċess, jiġifieri data li tirrifletti l-ispeċifiċitajiet tal-isfidi tal-inklużjoni tar-Rom u l-miżuri li jindirizzawhom fi Stati Membri individwali hija daqstant ieħor importanti għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ nazzjonali serja u għalhekk kruċjali biex il-qafas strateġiku nazzjonali tar-Rom li jkun ta’ suċċess. Barra minn hekk, huwa rrakkomandat li s-soċjetà ċivili tar-Rom tkun parti mill-proċess tal-monitoraġġ u tal-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali tal-ġbir u l-monitoraġġ tad-data. Il-linji gwida dwar it-titjib tal-ġbir u tal-użu tad-data dwar l-ugwaljanza ġew ipprovduti mis-sottogrupp dwar id-data dwar l-ugwaljanza tal-Grupp ta’ Livell Għoli tal-UE dwar in-Nondiskriminazzjoni, l-Ugwaljanza u d-Diversità.
Fl-2016, l-Istati Membri bdew jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-indikaturi tal-proċess, f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2013 dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom. Din il-ħidma għandha titkompla fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma tal-FRA dwar l-indikaturi u r-rappurtar.
Objettivi orizzontali
Objettiv 1: Il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni u l-privenzjoni tagħhom
Indikaturi Ewlenin:
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
1)Il-proporzjon ta’ persuni li ħassewhom iddiskriminati minħabba li kienu Rom fi kwalunkwe qasam kopert fl-istħarriġ f’dawn l-aħħar 12-il xahar
|
Potenzjalment FRS
SDG 10.3.1 u 16.b.1
|
2)Il-proporzjon tal-popolazzjoni ġenerali li ma tħossa skomda bir-Rom bħala ġirien tagħha
|
FRS
|
Objettiv 1-a: Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-fastidju, ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda kontra r-Rom
Indikaturi tal-eżitu
Sekondarji (fakultattiv)
|
Indikatur
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li esperjenzaw fastidju mmotivat mill-mibegħda f’mill-inqas 5 azzjonijiet minħabba li huma Rom fit-12-il xahar ta’ qabel l-istħarriġ
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
SDG 10.3.1
SDG 16.b.1
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena (minn dawk kollha li wieġbu) li kienu attakkati fiżikament minħabba li kienu Rom f’dawn l-aħħar 12-il xahar
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
SDG 16.1.3
|
|
Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 1-a: Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-fastidju, ir-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda kontra r-Rom
|
Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali
|
·oqsfa strateġiċi nazzjonali dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom jew settijiet ta’ dokumenti ta’ politika relatati jinkludu b’mod espliċitu miżuri għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu;
·pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom tal-Istat Membru tal-UE kkonċernat jipprevedi miżuri speċifiċi biex jindirizza l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni;
·il-korpi għall-ugwaljanza jimmonitorjaw regolarment l-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom għall-konformità mad-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali u mad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom ta’ razziżmu u ksenofobija u rekord tal-każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra r-Rom;
·rapporti u stħarriġ kontra d-diskriminazzjoni jiġu prodotti u rilaxxati regolarment;
·l-anti-Żingariżmu huwa rrikonoxxut fl-oqfsa legali, il-politiki, id-dokumenti ta’ politika u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-politika tal-Istati Membri;
·l-anti-Żingariżmu huwa pprovdut bħala kategorija fir-reġistrazzjoni tad-data dwar ir-reati ta’ mibegħda;
·il-miżuri speċifiċi biex jindirizzaw l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni għandhom finanzjament allokat;
·muniċipalitajiet b’popolazzjoni Rom sinifikanti għandhom kunsillier/i ddedikat/i għar-Rom fost il-persunal tagħhom.
|
Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari
|
·teżisti sistema aċċessibbli għall-pubbliku għall-monitoraġġ tal-każijiet tal-qorti u tal-ilmenti lill-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza dwar każijiet ta’ anti-Żingariżmu;
·teżisti u tiffunzjona sistema aċċessibbli għall-pubbliku għall-monitoraġġ tal-każijiet u tal-inċidenti ta’ diskriminazzjoni, diskors ta’ mibegħda u reati ta’ mibegħda kontra r-Rom u r-rappurtar tagħhom lill-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza jew lill-uffiċċji tal-Ombudsman, lill-prosekuturi jew lill-pulizija;
·teżisti sistema ta’ taħriġ tal-uffiċjali tal-pulizija dwar in-nondiskriminazzjoni u r-rikonoxximent tar-reati mmotivati minn preġudizzji b’moduli speċifiċi dwar id-diskriminazzjoni kontra r-Rom;
·l-Istati Membri jallokaw ħin ta' xandir lir-Rom fuq il-midja pubbliċi;
·l-Istati Membri jimplimentaw kampanji li jżidu s-sensibilizzazzjoni;
·għodod għar-rappurtar tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda huma fis-seħħ u faċilment aċċessibbli;
·qed jiġu organizzati inizjattivi/taħriġ bil-parteċipazzjoni tal-kumpaniji tal-IT (Google, Facebook, Twitter, eċċ.) sabiex jiġi identifikat aħjar il-kontenut kontra ż-żingari fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali;
·inizjattivi/taħriġ dwar il-qbid u l-indirizzar ta’ każijiet ta’ anti-Żingariżmu u diskors ta’ mibegħda qed jiġu organizzati għall-operaturi tal-midja.
|
Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
|
·L-OSĊ tar-Rom huma involuti b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi biex jindirizzaw l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni;
·Is-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li taħtu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi biex jindirizzaw l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni;
·Is-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati.
|
Objettiv 1-b: Il-promozzjoni tal-għarfien tal-istorja, il-kultura, ir-rikonoxximent u r-rikonċiljazzjoni tar-Rom
Indikaturi tal-eżitu: Sekondarji (fakultattivi): Għad ma hemmx indikaturi żviluppati f’dan il-qasam, pero xi oqsma tematiċi possibbli għall-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi jinkludu:
·għarfien fost il-popolazzjoni ġenerali li r-Rom huma minoranza nazzjonali rikonoxxuta;
·għarfien fost il-popolazzjoni ġenerali dwar l-istorja, il-letteratura, l-arti, il-kultura, il-mużika u l-politika tar-Rom;
·parteċipazzjoni tal-popolazzjoni ġenerali fil-festival kulturali tar-Rom u avvenimenti pubbliċi oħra;
·għarfien fost il-popolazzjoni ġenerali li l-lingwa tar-Rom hija lingwa rikonoxxuta mhux territorjali skont il-Karta tal-Kunsill tal-Ewropa għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji;
·għarfien fost il-popolazzjoni ġenerali dwar l-Olokawst tar-Rom.
|
|
Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 1-b: Il-promozzjoni tal-għarfien tal-istorja, il-kultura, ir-rikonoxximent u r-rikonċiljazzjoni tar-Rom
|
Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali
|
·oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew id-dokumenti ta’ politika relatati jinkludu b’mod espliċitu miżuri b’indikaturi u miri li jippromwovu l-għarfien tal-istorja u tal-kultura tar-Rom;
·l-Olokawst tar-Rom huwa rrikonoxxut u l-ġranet ta’ tifkira tiegħu huma parti mill-kalendarju uffiċjali tal-btajjel statali;
·hemm monumenti jew imfakar tal-Olokawst tar-Rom;
·il-kontribut tal-personalitajiet tar-Rom għall-istorja tal-Istat Membru huwa rrikonoxxut u parti mill-kalendarju uffiċjali tal-btajjel statali;
·l-istorja, il-kultura u l-arti tar-Rom huma parti mill-kurrikuli formali fl-iskejjel, fl-universitajiet u fil-korsijiet akkademiċi;
·jeżistu inizjattivi kulturali tar-Rom fil-kalendarji rilevanti tal-avvenimenti kulturali prinċipali nazzjonali;
·jeżistu Kummissjonijiet tal-Esperti dwar l-Anti-żingariżmu (kummissjonijiet għall-verità, ir-rikonoxximent u r-rikonċiljazzjoni) u joperaw biex joħolqu fehim aktar profond tal-ostakli u tal-mekkaniżmi tal-esklużjoni fl-Istat Membru;
·jeżistu l-istrutturi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Karta Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji;
·iseħħu skambji regolari dwar suġġetti relatati mal-arti, il-kultura u l-istorja tar-Rom fil-korpi konsultattivi tal-gvern nominati, bil-objettiv li jkollhom impatt fuq il-politika;
·baġit annwali tal-Istat huwa disponibbli u allokat biex jappoġġja l-organizzazzjonijiet kulturali tar-Rom li jippromwovu l-kultura tar-Rom;
·baġit annwali tal-Istat huwa disponibbli u allokat għall-midja lokali tar-Rom (stampa, onlajn, TV, radju);
·baġit tal-belt u tal-lokal huwa disponibbli u allokat għall-midja lokali tar-Rom u l-promozzjoni tal-arti u l-kultura tar-Rom;
·ministeri u aġenziji tal-istat li għandhom il-portafoll taż-żgħażagħ għandhom dipartimenti bil-kompitu espliċitu li jinkludu liż-żgħażagħ Rom u li jibnu l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ Rom.
|
Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari
|
·l-iskejjel jgħallmu dwar l-istorja u l-kultura tar-Rom;
·it-tagħlim tal-lingwa tar-Rom jiġi offrut bla ħlas fl-iskejjel;
·l-għalliema u l-persunal tal-iskejjel huma mħarrġa dwar l-edukazzjoni inklużiva u d-diversità;
·l-għalliema u l-persunal tal-iskola huma mħarrġa dwar il-kultura u l-istorja tar-Rom, inkluża l-istorja tal-Olokawst tar-Rom;
·l-opportunitajiet ta’ taħriġ relatati mal-arti, il-kultura u l-istorja tar-Rom jiġu pprovduti lill-uffiċjali pubbliċi, lill-għalliema, lill-uffiċjali tal-pulizija, eċċ.;
·ħin tax-xandir riżervat fuq il-midja pubblika għall-arti u għall-kultura tar-Rom huwa disponibbli u allokat;
·ħin tax-xandir riżervat fuq il-midja pubblika għall-aħbarijiet fil-lingwa tar-Rom huwa disponibbli u allokat;
·opportunitajiet ta' ħin fuq il-palk fil-festivals huma riżervati għall-inklużjoni tal-kultura tar-Rom, bl-appoġġ tal-fondi pubbliċi;
·il-proporzjon ta’ narrattivi pożittivi kontra negattivi dwar ir-Rom jiżdied fil-midja u fl-istampa ġenerali.
|
Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
|
·L-OSĊ huma kkonsultati dwar il-ħtieġa li jiġi allokat baġit tal-Istati Membri b’sostenn għall-arti u l-kultura tar-Rom;
·korpi konsultattivi tal-gvern li jipprovdu feedback dwar l-allokazzjoni tal-baġit tal-Istat b’sostenn tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jistgħu jressqu l-proposti tagħhom dwar proġetti relatati mal-arti u mal-kultura tar-Rom;
·jiġu żviluppati miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-arti, tal-kultura u tal-avvenimenti kommemorattivi tar-Rom fi sħubija mal-OSĊ tar-Rom u ma’ dawk li salvaw l-Olokawst tar-Rom u/jew id-dixxendenti tagħhom;
·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-arti u tal-kultura tar-Rom u tal-allokazzjoni tal-finanzjament għalihom;
·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati taħt dan l-objettiv operattiv.
|
Objettiv 2: It-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali
Indikaturi Ewlenin:
|
Il-Popolazzjoni ġenerali:
|
3)Rata ta’ riskju ta’ faqar (inqas minn 60 % tad-dħul ekwivalizzat medjan wara trasferimenti soċjali)
|
Eurostat [ilc_li02]
SDG 1.2.1
|
3.1) Tfal ta’ taħt it-18 f’riskju ta’ faqar
|
Eurostat [ilc_li02]
SDG 1.2.2
|
4)Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika f’deprivazzjoni materjali severa (ma jistgħux jaffordjaw 4 minn 9 oġġetti, pereżempju ikel, stedina lill-ħbieb, eċċ.)
4.1) Tfal ta’ taħt it-18 li jgħixu f’deprivazzjoni materjali severa
|
Eurostat [ilc_mddd11]
SDG 1
Eurostat [ilc_mddd11]
SDG 1
|
|
Indikaturi tal-eżitu
Sekondarji (fakultattiv)
|
Indikatur
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
Proporzjon ta’ nies li jgħixu f’unità domestika li ma jistgħux jaffordjaw ikla bil-laħam, bit-tiġieġ, bil-ħut (jew ekwivalenti veġetarjan) kull jumejn
|
Eurostat [ilc_mdes03]
|
Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika fejn mill-inqas persuna waħda marret torqod bil-ġuħ fix-xahar li għadda minħabba li ma kienx hemm biżżejjed flus għall-ikel
|
mhux applikabbli/FRS
|
Il-proporzjon ta’ tfal li għandhom bejn 0 u 17-il sena li jgħixu f’unità domestika fejn mill-inqas persuna waħda marret torqod bil-ġuħ fix-xahar li għadda minħabba li ma kienx hemm biżżejjed flus għall-ikel
|
mhux applikabbli/FRS
|
Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika li jirnexxilhom ilaħħqu mal-ħajja f’(ħafna) diffikultà
|
Eurostat [ilc_mdes09]
|
Il-proporzjon ta’ persuni li ma għandhomx kont bankarju
|
mhux applikabbli/FRS
|
Indikaturi tal-proċess għall-objettiv orizzontali 2: It-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali
|
Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali
·l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew id-dokumenti ta’ politika relatati jinkludu b’mod espliċitu miżuri b’indikaturi u miri għat-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali fost ir-Rom, b’fokus espliċitu fuq il-faqar tat-tfal;
·linji gwida dwar il-protezzjoni soċjali u l-implimentazzjoni tal-assistenza jinkludu dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni biex jiġi żgurat aċċess ugwali għar-Rom;
·mekkaniżmu li jiggarantixxi l-aċċess għal kont bankarju huwa fis-seħħ;
·qed jiġu pprovduti garanziji bankarji għall-mikrokreditu għall-unitajiet domestiċi bi dħul baxx.
Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari
·hemm fis-seħħ programm ta’ ikel u nutrizzjoni għat-tfal tal-iskola;
·taħriġ immirat għall-indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-anti-Żingariżmu huwa organizzat għall-persunal tas-servizzi soċjali;
·jiġu implimentati miżuri nazzjonali speċifiċi biex jitqies il-faqar interġenerazzjonali u l-ħtieġa li jiġu appoġġjati t-tfal Rom u l-familji tagħhom fir-rigward tal-edukazzjoni, tal-akkomodazzjoni, tas-saħħa u tat-tnaqqis tal-faqar;
·qed jiġi pprovdut taħriġ dwar il-litteriżmu finanzjarju u appoġġ għall-inklużjoni finanzjarja.
Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp ta’ reazzjonijiet ta’ politika fil-qasam tal-inklużjoni soċjali/it-tnaqqis tal-faqar;
·il-miżuri speċifiċi fil-qasam tat-tnaqqis tal-faqar u tal-inklużjoni soċjali (b’mod partikolari dawk li jimmiraw lejn ir-Rom f’riskju għoli ta’ marġinalizzazzjoni) huma żviluppati bi sħubija mal-OSĊ tar-Rom;
·isiru interventi fil-qasam tat-tnaqqis tal-faqar u tal-inklużjoni soċjali (b’mod partikolari dawk immirati lejn ir-Rom li jinsabu f’riskju għoli ta’ marġinalizzazzjoni) bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-komunità Rom;
·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi għat-tnaqqis tal-faqar u tal-esklużjoni soċjali (b’mod partikolari dawk immirati lejn ir-Rom li jinsabu f’riskju għoli ta’ marġinalizzazzjoni);
·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati biex jitnaqqsu l-faqar u l-esklużjoni soċjali (b’mod partikolari dawk immirati lejn ir-Rom li jinsabu f’riskju għoli ta’ marġinalizzazzjoni);
·istituzzjonijiet u amministrazzjoni tal-Gvern (ċentrali u lokali) jinkludu kontribut mis-soċjetà ċivili, min-negozji u mill-industrija tar-Rom, mill-akkademja u mir-riċerka fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-inklużjoni soċjali/it-tnaqqis tal-faqar.
|
Objettiv 3: Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni u tal-bini tal-kooperazzjoni u tal-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi
Indikatur ewlieni:
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
5)Il-proporzjon ta’ persuni li ħassewhom iddiskriminati (fi kwalunkwe qasam) f’dawn l-aħħar 12-il xahar u rrappurtaw l-aħħar inċident ta’ diskriminazzjoni minħabba li huma Rom
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
|
6)Indikatur taċ-ċittadinanza u tal-parteċipazzjoni attiva LI GĦANDU JIĠI ŻVILUPPAT
|
Potenzjalment FRS
|
|
Indikaturi tal-eżitu
Sekondarji (fakultattiv)
|
Indikatur
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ma rrappurtawx l-aktar inċident riċenti ta’ fastidju minħabba li huma Rom (mill-persuni kollha li esperjenzaw fastidju)
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ma rrappurtawx l-aktar inċident reċenti ta’ attakk fiżiku minħabba li huma Rom
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
SDG 16.3.1
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li kienu minn tal-inqas jafu b'korp wieħed għall-ugwaljanza, istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem jew uffiċċju tal-Ombudsperson
|
Potenzjalment FRS
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li għandhom tendenza li jafdaw lill-pulizija
|
Eurostat [Ilc_pw03]
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li għandhom tendenza li jafdaw is-sistema ġudizzjarja
|
Eurostat [Ilc_pw03]
|
Indikaturi oħra relatati mal-parteċipazzjoni li għandhom jiġu żviluppati:
Il-proporzjon ta’ persuni li huma impjegati fis-servizzi pubbliċi (kategorija O tan-NACE)
Il-proporzjon ta’ persuni impjegati bħala professjonisti jew maniġers (ISCO 8+9)
Il-proporzjon ta’ persuni li vvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali (l-aktar reċenti)
|
Eurostat [lfsa_eisn2]
|
Indikaturi tal-proċess għall-objettiv orizzontali 3: Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni u tal-bini tal-kooperazzjoni u tal-fiduċja
|
Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali
|
·l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew id-dokumenti ta’ politika relatati jinkludu b’mod espliċitu miżuri b’indikaturi u miri li jippromwovu l-parteċipazzjoni permezz tal-emanċipazzjoni u tal-bini tal-kooperazzjoni u tal-fiduċja
·NGOs fil-livell lokali u komunitarju involuti fil-monitoraġġ ċivili koordinat madwar l-UE kollha tal-implimentazzjoni tal-istrateġija;
·rappreżentanti tal-OSĊ tar-Rom huma regolarment mistiedna jipparteċipaw bħala membri sħaħ fil-kumitati ta’ monitoraġġ nazzjonali tal-fondi tal-UE;
·Fil-muniċipalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni, il-funzjoni tal-medjaturi Rom hija kariga uffiċjali mal-amministrazzjonijiet lokali;
·muniċipalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni għandhom kariga waħda jew aktar ta’ kunsillier Rom iddedikat fost il-persunal tagħhom;
·partiti politiċi prinċipali jwiegħdu li jpoġġu kandidati Rom fil-listi elettorali f’postijiet eleġġibbli għal elezzjonijiet għall-parlamenti u korpi rappreżentattivi reġjonali/muniċipali;
·bliet u muniċipalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni jinkludu korpi konsultattivi tar-Rom jew koordinaturi tal-politika tar-Rom fl-istruttura istituzzjonali tagħhom, biex jimplimentaw il-politika tal-inklużjoni tar-Rom.
·teżisti u topera b’mod effettiv aġenzija speċjalizzata b’mandat sabiex ittejjeb il-fiduċja u l-emanċipazzjoni lir-Rom;
·l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-uffiċċju tal-Ombudsman u l-korp tal-ugwaljanza jikkonsultaw regolarment mas-soċjetà ċivili dwar is-sitwazzjoni tar-Rom u/jew jinvolvu lis-soċjetà ċivili tar-Rom f’konsultazzjoni regolari;
·il-mekkaniżmu ta’ appoġġ legali biex jiġu indirizzati każijiet ta’ anti-Żingariżmu għandu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jopera b’mod effettiv;
·hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jiżguraw u jinkoraġġixxu l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tar-Rom/pro-Rom fil-monitoraġġ ikkoordinat tal-implimentazzjoni tal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom u fil-monitoraġġ u fir-rappurtar tad-diskors ta’ mibegħda online;
·jiġi allokat baġit għall-appoġġ tas-soċjetà ċivili fi proġetti li għandhom l-objettiv li jemanċipaw lir-Rom u jibnu l-kooperazzjoni u l-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi;
·jiġi allokat baġit għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni bil-objettiv li jitkissru l-isterjotipi tar-Rom.
|
Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari
|
·perċentwali ta’ każijiet irrappurtati li jirriżultaw f’każijiet legali;
·taħriġ dwar l-anti-Żingariżmu u l-antidiskriminazzjoni għal dawk li jġorru xi responsabbiltà.
|
Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
|
·mekkaniżmi li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tar-Rom fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-politika fil-livell nazzjonali huma ddefiniti b’mod espliċitu fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom;
·hemm mekkaniżmu li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tar-Rom fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ ta’ kwalunkwe politika li tħalli impatt fuq is-sitwazzjoni tagħhom fil-livell lokali;
·hemm parteċipazzjoni tar-Rom fil-kunsilli tal-midja;
·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati taħt dan l-objettiv orizzontali;
·parteċipazzjoni tar-Rom fil-pożizzjonijiet ta’ ġestjoni jew ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fi ħdan l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw attivitajiet fil-qasam tal-inklużjoni tar-Rom;
·ir-Rom jingħataw impjieg fil-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali (NRCP) u f’istituzzjonijiet oħra relatati mal-inklużjoni tar-Rom;
·inħolqu pjanijiet lokali (f’konformità mal-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom) u qed jiġu implimentati mill-awtoritajiet lokali b’kollaborazzjoni mal-OSĊ tar-Rom, b’mod partikolari dawk li jaħdmu fil-livell lokali.
|
Objettivi ta’ politika settorjali
Objettiv 4: Jiżdied l-aċċess effettiv ugwali għal edukazzjoni ġenerali inklużiva ta’ kwalità
Indikatur ewlieni:
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
7)Il-proporzjon ta’ tfal ta’ bejn it-tliet snin u l-eta tal-bidu tal-edukazzjoni primarja obbligatorja li jattendu ċentru tal-edukazzjoni bikrija u tal-indukrar tat-tfal
|
Eurostat [sdg_04_30]
SDG 4.2.2
|
8)Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom bejn 20 u 24 sena li lestew mill-inqas l-edukazzjoni sekondarja għolja
|
Eurostat [edat_lfs_9903]
SDG 4.3
|
9)Il-proporzjon ta’ tfal li għandhom bejn sitt snin u 15-il sena li jattendu l-iskejjel fejn “l-istudenti kollha jew ħafna minnhom huma Rom” kif irrappurtat mir-rispondenti (pajjiżi magħżula biss)
|
Mhux applikabbli
|
|
|
Indikaturi tal-eżitu
Sekondarji (fakultattiv)
|
Indikatur
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
Il-proporzjon ta’ tfal tal-età tal-iskola obbligatorja (ħames snin sa 18-il sena) li jattendu l-edukazzjoni, li huma membri ta’ unità domestika (skont il-pajjiż)
|
mhux applikabbli
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom f’dawn l-aħħar 12-il xahar, meta ġew f’kuntatt mal-awtoritajiet tal-iskola (bħala ġenitur/gwardjan jew student)
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
|
Dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ, li għandhom bejn 18 u 24 sena
|
Eurostat [edat_lfse_14]
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom bejn 30 u 34 sena li lestew l-edukazzjoni terzjarja
|
Eurostat [t2020_41]
|
Prevalenza ta’ bullying/fastidju tat-tfal immotivat mill-mibegħda (minħabba li huma Rom) waqt l-iskola f’dawn l-aħħar 12-il xahar, mir-rispondenti kollha li huma ġenituri/gwardjani ta’ tfal tal-età tal-iskola
|
mhux applikabbli/ FRS
|
Għad trid tiġi żviluppata aktar:
·Il-proporzjon ta’ tfal fl-età tal-iskola li jgħixu f’unità domestika mingħajr kompjuter
·Il-proporzjon ta’ tfal ta’ età tal-iskola li jgħixu f’unità domestika mingħajr aċċess għall-internet
·Il-proporzjon ta’ żgħażagħ Rom ta’ bejn 16 u 24 sena li jgħixu f’unità domestika mingħajr kompjuter
·Il-proporzjon ta’ żgħażagħ Rom li għandhom bejn 16 u 24 li jgħixu f’unità domestika mingħajr aċċess għall-internet
|
|
|
Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 4: Iż-żieda tal-parteċipazzjoni effettiva tar-Rom fl-edukazzjoni mainstream inklużiva ta’ kwalità
|
Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali
|
·L-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jipprevedu l-monitoraġġ tal-inklużività tal-politiki tal-edukazzjoni mainstream;
·jeżisti programm ta’ desegregazzjoni nazzjonali/reġjonali;
·qed jiġi implimentat pjan nazzjonali għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tad-dijanjosi ħażina li twassal biex studenti Rom jingħataw edukazzjoni għat-tfal bi bżonnijiet speċjali;
·jesiżtu programmi ta’ azzjoni affermattiva biex għalliema Rom jiġu impjegati fl-edukazzjoni mainstream;
·il-funzjonijiet tal-medjaturi tar-Rom fl-iskejjel u tal-assistenti tat-tagħlim ikunu integrati fis-sistema edukattiva;
·is-salvagwardji u l-kriterji espliċiti biex il-politiki tal-edukazzjoni mainstream ikunu inklużivi huma riflessi fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom;
·teżisti sistema li tiggarantixxi liż-żgħażagħ Rom post fl-edukazzjoni sekondarja għolja jew vokazzjonali, u li tappoġġja l-attendenza tagħhom, b’enfasi fuq il-bniet;
·teżisti sistema li tappoġġja lir-Rom li jixtiequ jkomplu bl-edukazzjoni ogħla permezz ta’ boroż ta’ studju, mentoring u konsulenza, b’enfasi fuq il-bniet.
|
Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari
|
·jeżistu miżuri biex jiġi żgurat l-aċċess effettiv tar-Rom għall-edukazzjoni mainstream inklużiva ta’ kwalità bl-objettiv fit-tul li jintlaħaq l-istess livell effettiv ta’ aċċess bħal dak tal-popolazzjoni ġenerali;
·Jeżistu u huma operattivi salvagwardji li jiżguraw l-aċċess ugwali u effettiv tat-tfal Rom għall-edukazzjoni u għall-indukrar bikrin tat-tfal;
·jingħata taħriġ immirat lejn il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u tal-anti-Żingariżmu fl-edukazzjoni lill-għalliema u lil persunal ieħor tal-edukazzjoni;
·l-għalliema jiġu mħarrġa biex jiżguraw/jużaw approċċ edukattiv inklużiv;
·jingħata appoġġ pedagoġiku individwali minn persunal kwalifikat fl-edukazzjoni mainstream lill-istudenti Rom;
·jeżistu kurrikuli u materjali ta’ tagħlim li jindirizzaw il-kultura, l-istorja u l-lingwa tar-Rom;
·hemm fis-seħħ miżuri li jippromwovu l-aċċess tat-tfal Rom għall-attivitajiet extrakurrikulari, kulturali u ta’ divertiment f’qafas multikulturali;
·Ir-Rom jibbenefikaw minn programmi ta’ appoġġ (bħal boroż ta’ studju u mentoring, inkluż dwar il-litteriżmu diġitali);
·hemm baġit allokat għall-ġlieda kontra r-razziżmu kontra r-Rom fl-iskejjel;
·jiġu pprovduti boroż ta’ studju biex jappoġġjaw lir-Rom irreġistrati fl-università;
·l-istudji dwar ir-Romaloġija jew ir-Rom huma parti minn programmi fil-livell universitarju;
·it-tagħlim tal-lingwa tar-Rom jiġi offrut bla ħlas fl-iskejjel;
·hemm fis-seħħ miżuri mmirati li jappoġġjaw it-taħriġ informali u li jiċċertifikaw il-ħiliet miksuba fil-prattika.
|
Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
|
·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp ta’ reazzjonijiet politiċi fil-qasam tal-edukazzjoni;
·l-ispettorati tal-iskejjel jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati taħt dan l-objettiv;
·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi għall-promozzjoni tal-aċċess ugwali għall-edukazzjoni (b’mod partikolari l-ġlieda kontra s-segregazzjoni u l-promozzjoni tal-edukazzjoni inklużiva fl-istadji kollha)
|
Objettiv 5: Jiżdied l-aċċess effettiv għal impjieg ta’ kwalità u sostenibbli;
Indikatur ewlieni:
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
10)Il-proporzjon ta’ persuni ta’ età bejn l-20 u l-64 sena li awtoddikjaraw l-istatus tal-attività ewlenija tagħhom bħala ‘xogħol imħallas’ (inkluż xogħol full-time, part-time, impjiegi ad hoc, impjieg indipendenti u xogħol okkażjonali jew xogħol f’dawn l-aħħar erba’ ġimgħat)
|
L-Eurostat [lfsa_ergan]
SDG 8.5
|
11)Il-proporzjon taż-żgħażagħ li għandhom bejn 15 u 29 sena* li l-attività ewlenija attwali tagħhom hija “la f'impjieg, la edukazzjoni u lanqas taħriġ” (NEET)
|
Eurostat [edat_lfse_20]
SDG 8.6.1
|
12)Diskrepanza fl-impjiegi skont il-ġeneru: Id-differenza fir-rata ta’ xogħol imħallas bejn in-nisa u l-irġiel li għandhom bejn 20 u 64 sena
|
L-Eurostat [lfsa_ergan]
SDG 8.5
|
Indikaturi tal-eżitu
Sekondarji (fakultattiv)
|
Indikatur
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom f’dawn l-aħħar 12-il xahar waqt ix-xogħol
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom meta kienu qed ifittxu impjieg f’dawn l-aħħar 12-il xahar
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
|
Għandhom jiġu żviluppati indikaturi oħra dwar il-kwalità tax-xogħol: kuntratti permanenti, xogħol kwalifikat, proporzjon ta’ persuni li jaħdmu fis-servizzi pubbliċi, faqar fost dawk li jaħdmu u edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali
|
|
|
Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 5: Iż-żieda tal-parteċipazzjoni effettiva tar-Rom f’impjiegi mħallsa ta’ kwalità u sostenibbli
|
Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali
|
·jeżisti mekkaniżmu għall-appoġġ tal-impjiegi ta’ kwalità tar-Rom u jibbenefika mir-riżorsi finanzjarji meħtieġa;
·organizzazzjonijiet tar-Rom jipparteċipaw bħala osservaturi fit-trejdjunjins u fil-kummissjonijiet tripartitiċi;
·hemm fis-seħħ programmi ta’ mentoring u ta’ żvilupp tal-karriera li jappoġġjaw l-impjieg ta’ professjonisti Rom fl-amministrazzjoni pubblika
·hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jappoġġjaw l-impjieg tar-Rom bħala persunal full-time fl-uffiċċji tax-xogħol u f’fergħat oħra tal-amministrazzjoni li jiffaċilitaw l-aċċess għall-impjiegi;
·jeżistu pożizzjonijiet ta’ “medjatur għall-impjiegi u ż-żgħażagħ” tar-Rom fl-istruttura amministrattiva tal-muniċipalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni;
·jeżistu skemi li jappoġġjaw negozji żgħar ġodda u inizjattivi intraprenditorjali tar-Rom.
|
Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari
|
·hemm fis-seħħ miżuri mmirati biex jappoġġjaw l-intraprenditorija tar-Rom u l-impjieg indipendenti, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ;
·hemm fis-seħħ miżuri mmirati biex jappoġġjaw il-formalizzazzjoni tal-impjieg informali eżistenti;
·hemm fis-seħħ miżuri mmirati biex jappoġġjaw l-impjieg tar-Rom fl-amministrazzjoni pubblika;
·skemi ta’ xogħol mal-gvern, immirati lejn lokalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom, bi strateġiji espliċiti ta’ tmiem u b’enfasi fuq il-bini tal-ħiliet u l-kwalifiki;
·qed jiġu implimentati, u jingħataw riżorsi, programmi li jgħinu biex tinkiseb l-ewwel esperjenza ta’ xogħol, kollokament f'impjieg u apprendistati u l-iżvilupp tal-karriera, mmirati lejn iż-żgħażagħ Rom;
·qed jiġu implimentati programmi li jappoġġjaw lil min iħaddem b’mod inklużiv u jinkoraġġixxu opportunitajiet indaqs fuq il-post tax-xogħol;
·qed jiġu organizzati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ għas-servizzi tal-impjiegi, għat-trejdjunjins u għal min iħaddem, immirati lejn l-indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-anti-Żingariżmu fis-suq tax-xogħol
·jeżistu skemi ta’ mikroself għan-negozji ż-żgħar li jimmiraw b’mod espliċitu lejn il-komunitajiet Rom u li dawn l-iskemi huma operattivi bis-sħiħ.
|
Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
|
·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp ta’ reazzjonijiet ta’ politika fil-qasam tal-impjiegi;
·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati tal-monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi biex tiżdied il-parteċipazzjoni effettiva tar-Rom fl-impjiegi mħallsa ta’ kwalità u sostenibbli;
·L-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati;
·fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-impjiegi, l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-gvern (ċentrali u lokali) jinkludu kontribut mis-soċjetà ċivili tar-Rom u b’mod partikolari mill-intraprendituri u mill-professjonisti Rom li rnexxew
|
*Id-data attwali bbażata fuq stħarriġ tal-FRA tkopri biss il-grupp fl-età ta’ bejn 16 u 29 sena
Objettiv 6: It-titjib tas-saħħa tar-Rom u ż-żieda tal-aċċess effettiv tar-Rom għal servizzi tal-kura tas-saħħa
Indikatur ewlieni:
|
Il-popolazzjoni ġenerali
|
13)Differenza fl-istennija tal-għomor mat-twelid (popolazzjoni ġenerali vs. Rom)
|
Bażi ta’ Data dwar il-Mortalità tal-Bniedem/Eurostat [demo_mlexpec]
|
14)Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom aċċess ristrett għas-servizzi tas-saħħa, GĦANDU JIĠI ŻVILUPPAT
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
|
Indikaturi tal-eżitu
Sekondarji (fakultattiv)
|
Indikatur
|
Il-popolazzjoni ġenerali
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li jivvalutaw saħħithom b’mod ġenerali bħala “tajba ħafna” jew “tajba”
|
Eurostat [hlth_silc_01]
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena b’kopertura ta’ assigurazzjoni medika
|
OECD [ECHI 76]
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom f’dawn l-aħħar 12-il xahar meta aċċessaw is-servizzi tas-saħħa
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
|
Għandha tiġi żviluppata aktar:
Il-proporzjon ta’ nisa Rom li welldu l-ewwel tarbija tagħhom qabel l-età ta’ 20 sena.
Ħtieġa medika mhux issodisfata
|
Eurostat
[demo_fordager]
SDG 3.7
Eurostat [SDG_03_60]
|
|
Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 6: It-titjib tas-saħħa tar-Rom u ż-żieda tal-aċċess effettiv tar-Rom għal servizzi tal-kura tas-saħħa
|
Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali
|
·is-sistema tal-medjazzjoni tas-saħħa hija istituzzjonalizzata u integrata fl-istrutturi rilevanti tal-amministrazzjoni tas-saħħa;
·hemm sistema ta’ inkoraġġiment u appoġġ għall-perspettivi tal-iżvilupp tal-karriera tal-medjaturi tas-saħħa li jixtiequ jsiru professjonisti tas-saħħa;
·hemm fis-seħħ sistema għall-forniment ta’ servizzi tas-saħħa preventivi għar-Rom fil-getti u fl-istabbilimenti segregati/remoti;.
·l-ispettorati reġjonali tas-saħħa għandhom ir-riżorsi (finanzjarji u umani) biex jiżguraw li l-programmi tat-tilqim u l-immunizzazzjoni fil-livell nazzjonali għat-tfal u għall-anzjani kif ukoll is-servizzi preventivi bħal testijiet tad-demm u skrinjar tal-kanċer jilħqu lill-komunitajiet Rom ukoll
|
Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari
|
·hemm fis-seħħ programmi ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa mfassla apposta għall-isfidi speċifiċi għas-saħħa li jiffaċċjaw ir-Rom (inklużi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u n-nutrizzjoni);
·jeżistu programmi tas-saħħa preventivi li jilħqu lill-gruppi ta’ riskju, inklużi r-Rom;
·jiġu organizzati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni li jippromwovu l-fehim tal-ħtieġa għat-tilqim;
·it-tilqim tat-tfal u tal-anzjani (influwenza) huwa affordabbli u qed isir;
·l-iskrinjar preventiv tas-saħħa tat-tfal isir b’mod regolari mingħajr ħlas, b’miżuri ta’ segwitu għall-gruppi ta’ riskju;
·jeżistu programmi ta’ kura ta' qabel it-twelid li jimmiraw lejn nisa żvantaġġati u servizzi ta’ qabel it-twelid jiġu pprovduti fuq bażi regolari;
·jesiżtu skemi ta’ monitoraġġ tas-saħħa tal-ommijiet u tat-tfal sal-età ta’ tliet snin b’enfasi speċifika fuq il-gruppi żvantaġġati;
·jingħata regolarment taħriġ immirat lejn il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-anti-Żingariżmu lill-persunal tas-saħħa;
·hemm fis-seħħ kampanji ta’ sensibilizzazjzoni u kampanji relatati mas-saħħa mmirati lejn il-komunitajiet Rom.
|
Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
|
·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp tar-reazzjonijiet politiċi fil-qasam tas-saħħa;
·qed jiġu żviluppati miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi fil-qasam tas-saħħa bi sħubija mal-OSĊ tar-Rom;
·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi għat-titjib tal-aċċess tar-Rom għas-servizzi tal-kura tas-saħħa;
·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati fil-qasam tas-saħħa;
·l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-gvern (ċentrali u lokali) jinkludu kontribut mis-soċjetà ċivili tar-Rom, b’mod partikolari min-networks ta’ medjaturi tas-saħħa tar-Rom, fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa.
|
Objettiv 7: Jiżdied l-aċċess effettiv ugwali għal akkomodazzjoni adegwata desegregata u għas-servizzi essenzjali
Indikatur ewlieni:
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
15)Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni deprivata (f’appartament li jkun mudlam ħafna jew li jkollu saqaf iqattar, ħitan jew art niedja jew ma jkollux banju/doċċa jew toilet fuq ġewwa)
|
Eurostat [tlessi 291]
|
16)Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika li ma għandhiex in-numru minimu ta’ kmamar skont id-definizzjoni tal-Eurostat ta’ iffullar
|
Eurostat [ilc_lvho05a / SDG_11_10]
SDG 1, SDG 11
|
17)Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika mingħajr ilma tal-vit fid-dar (pajjiżi magħżula biss)
|
Eurostat [ilc_mdho05]
SDG 6.1.1
|
Indikaturi tal-eżitu
Sekondarji (fakultattiv)
|
Indikatur
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika mingħajr toilet, doċċa jew kmamar tal-banju fid-dar
|
Eurostat [ilc_mdho05 / SDG_06_10]
SDG 6
|
Is-sehem ta’ nies li jgħixu f’abitazzjoni b’saqaf iqattar, ħitan, art jew pedamenti umdi jew tmermir fil-gwarniċi tat-twieqi jew fl-art
|
Eurostat [SDG_01_60]
SDG 1
|
Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’unità domestika li f’dawn l-aħħar 12-il xahar ġew imġiegħla jitilqu mill-akkomodazzjoni jew minn ċentru residenzjali
|
mhux applikabbli
|
Il-proporzjon ta’ persuni li għandhom iktar minn 16-il sena li ħassewhom iddiskriminati minħabba li huma Rom f’dawn l-aħħar ħames snin meta kienu qed ifittxu akkomodazzjoni
|
mhux applikabbli/potenzjalment FRS
|
Għandha tiġi żviluppata aktar:
Segregazzjoni residenzjali.
Indikatur(i) li jirrifletti/u l-aspetti ġeografiċi tas-sitwazzjoni tar-Rom.
Aċċess għal servizzi u infrastruttura bażiċi fiż-żona (servizzi tas-saħħa, trasport pubbliku, skejjel, indukrar tat-tfal, eċċ.) minħabba d-distanza, l-ispejjeż, il-ħinijiet tal-ftuħ jew in-nuqqas ta’ servizz.
Il-proporzjon ta’ persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni illegali jew mhux regolata.
|
mhux applikabbli
mhux applikabbli
|
Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 7: Iż-żieda tal-aċċess effettiv tar-Rom għal akkomodazzjoni adegwata desegregata u servizzi essenzjali
|
Indikatur – Dimensjoni A – Struttura Istituzzjonali
|
·l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew id-dokumenti ta’ politika relatati jinkludu miżuri espliċiti għall-ġlieda kontra s-segregazzjoni residenzjali;
·hemm linji gwida ċari għall-iżgumbramenti u dawn huma implimentati b’mod effettiv biex jipproteġu kontra l-iżgumbramenti irregolari;
·hemm fis-seħħ linji gwida ċari għall-iżgumbramenti u jkunu implimentati b’mod effettiv biex jipproteġu lill-unitajiet domestiċi bit-tfal;
·jingħalqu l-lakuni eżistenti fir-regolamentazzjoni tal-akkomodazzjoni li jipprevjenu l-legalizzazzjoni tal-istokk tal-akkomodazzjoni mhux regolat fil-viċinati tar-Rom;
·il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-valutazzjoni għall-proġetti ffinanzjati mill-UE li jtejbu l-infrastruttura f’lokalitajiet bi proporzjon għoli ta’ Rom fil-popolazzjoni jipprovdu punti speċifiċi għall-kumpaniji li jimpjegaw jew li huma operati mir-Rom;
·hemm fis-seħħ politiki li jinkoraġġixxu u jappoġġjaw inizjattivi lokali ta’ awtogħajnuna fil-livell komunitarju fil-qasam tal-akkomodazzjoni;
·il-ħtiġijiet taċ-ċentri residenzjali u s-siti għall-karavans jiġu vvalutati regolarment;
·hemm fis-seħħ mekkaniżmi li jiżguraw li r-Rom igawdu d-dritt għal ilma sikur u għas-sanità b’mod effettiv.
|
Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari
|
·salvagwardji u kriterji espliċiti għall-inklużività tas-servizzi u tal-programmi mainstream tal-akkomodazzjoni huma riflessi fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom;
·hemm fis-seħħ miżuri mmirati biex jipprovdu appoġġ għal żoni soċjalment żvantaġġati, bl-objettiv li tonqos is-segregazzjoni;
·hemm fis-seħħ miżuri mmirati b’riżorsi finanzjarji garantiti biex itejbu l-infrastruttura pubblika għal żoni żvantaġġati fir-rigward tat-toroq, l-ilma, is-sanità, l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-faċilitajiet tad-drenaġġ;
·hemm fis-seħħ programm ta’ “l-ewwel l-akkomodazzjoni”;
·jingħata taħriġ immirat lejn l-indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-anti-Żingariżmu fl-akkomodazzjoni lill-persunal fis-servizzi tal-akkomodazzjoni u fl-uffiċċji muniċipali;
·immappjar u monitoraġġ ta’ stabbilimenti u kampijiet żvantaġġati jitwettqu fuq bażi regolari;
·monitoraġġ tal-aspetti tal-akkomodazzjoni (l-għadd ta’ unitajiet lokali tal-akkomodazzjoni li jeħtieġu valutazzjoni) jitwettaq fuq bażi regolari.
|
Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
|
·hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw il-parteċipazzjoni tar-Rom fl-iżvilupp tar-reazzjonijiet ta’ politika fil-qasam tal-akkomodazzjoni;
·qed jiġu żviluppati miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi fil-qasam tal-akkomodazzjoni bi sħubija mal-OSĊ tar-Rom;
·interventi fil-qasam tal-akkomodazzjoni mmirati lejn ir-Rom (b’mod partikolari d-desegregazzjoni) huma żviluppati u implimentati bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-komunità Rom;
·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi biex titjieb is-sitwazzjoni tal-akkomodazzjoni u, b’mod partikolari, id-desegregazzjoni;
·l-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati fil-qasam tal-akkomodazzjoni, b’mod partikolari d-desegregazzjoni;
·l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-gvern (ċentrali u lokali) jinkludu kontribut mis-soċjetà ċivili tar-Rom, b’mod partikolari min-networks tal-medjaturi tas-saħħa u tal-edukazzjoni tar-Rom, fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-akkomodazzjoni.
|
Objettiv 7-a: Il-ġlieda kontra t-tiċħid ambjentali, il-promozzjoni tal-ġustizzja ambjentali
Indikaturi tal-eżitu
Sekondarji (fakultattiv)
|
Indikatur
|
Il-Popolazzjoni ġenerali
|
Il-proporzjon ta’ Rom li jgħixu f’unità domestika li fl-akkomodazzjoni tagħhom għandhom minn dawn il-problemi: tniġġis, ħmieġ jew problemi ambjentali oħra fiż-żona lokali bħal: duħħan, trab, intejjen jew ilma mniġġes
|
Eurostat [ilc_mddw02]
|
Indikaturi tal-eżitu: Sekondarji (fakultattivi): Għad ma hemmx indikaturi żviluppati f’dan il-qasam, oqsma tematiċi possibbli li jistgħu jiġu żviluppati huma:
L-esponiment għall-kundizzjonijiet ambjentali tal-għajxien li huma perikolużi u assoċjati ma’ riskji għas-saħħa:
·l-għajxien f’żoni suxxettibbli għal diżastri naturali (skont it-tip ta’ diżastru – għargħar tax-xmajjar, għargħar għall-għarrieda, l-uqigħ tal-art, eċċ.);
·jgħixu f’żoni ambjentalment perikolużi (skont it-tip – miżbliet jew siti ta’ miżbliet, siti industrijali abbandunati, minjieri, eċċ.);
·l-esponiment għal fatturi perikolużi (skont it-tip – l-għajxien f’żoni mniġġsa, li jiddependu minn sorsi tal-ilma mhux ittrattati u kkontaminati, esposti għal emissjonijiet tossiċi, radjazzjoni elettromanjetika eċċ.);
·xogħol f’impjiegi perikolużi inkluż xogħol f’żoni deżolati, fid-dumpsters eċċ. u mingħajr protezzjoni adegwata;
·jgħixu f’żoni b’nuqqas ta’ infrastruttura bħal ilma tajjeb għax-xorb, trattament tal-ilma mormi, toroq miksija, ġbir tal-iskart, eċċ.;
·il-proporzjon ta’ unitajiet domestiċi li jiddependu fuq il-ħruq ta’ skart solidu biex isaħħnu id-dar tagħhom.
|
Indikaturi tal-proċess għall-objettiv 7-a: Il-ġlieda kontra t-tiċħid ambjentali, il-promozzjoni tal-ġustizzja ambjentali
|
Indikatur – Dimensjoni A – Struttura istituzzjonali
|
·l-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom jew dokumenti ta’ politika relatati jinkludu miżuri espliċiti għall-ġlieda kontra t-tiċħid ambjentali u l-promozzjoni tal-ġustizzja ambjentali;
·il-linji gwida għall-implimentazzjoni jiżguraw aċċess prijoritarju għall-akkomodazzjoni soċjali tar-Rom li jgħixu f’żoni ambjentalment perikolużi;
·l-istandards għas-sikurezza tad-djar u l-prevenzjoni tal-għajxien f’kundizzjonijiet perikolużi huma infurzati b’mod strett;
·titwettaq valutazzjoni ambjentali ta’ siti ta’ bini ġodda u taċ-ċentri residenzjali
·hemm fis-seħħ mekkaniżmi effettivi li jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol li huma rilevanti għall-ambjent.
|
Indikatur – Dimensjoni B – Miżuri u azzjonijiet partikolari
|
·hemm fis-seħħ miżuri mmirati b’riżorsi finanzjarji siguri għar-risistemazzjoni ta’ familji Rom li jgħixu f’żoni ambjentalment perikolużi;
·titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-politiki u d-dispożizzjonijiet dwar l-akkomodazzjoni mmirati għar-Rom fir-rigward tal-fatturi ambjentali;
·l-impatt ambjentali tal-politiki u r-riskji ambjentali għar-Rom huma indirizzati fl-oqfsa strateġiċi nazzjonali tar-Rom.
|
Indikatur - Dimensjoni C - Kwalità tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet
|
·jiġu żviluppati miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali fiż-żoni fejn jgħixu r-Rom (b’mod partikolari f’komunitajiet ta’ Rom segregati) fi sħubija mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mar-residenti Rom mil-lokalitajiet ikkonċernati;
·interventi fil-qasam tal-ambjent sigur u sostenibbli mmirati lejn ir-Rom (b’mod partikolari, il-komunitajiet segregati tar-Rom) huma żviluppati u implimentati bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-komunità Rom
·is-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-kumitati ta’ monitoraġġ tal-programm operattiv tal-fondi tal-UE li permezz tiegħu qed jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi biex tittejjeb is-sitwazzjoni ambjentali fl-oqsma fejn jgħixu r-Rom (b’mod partikolari fil-komunitajiet Rom emarġinati);
·is-OSĊ tar-Rom jipparteċipaw fil-monitoraġġ tar-riżultati tal-miżuri implimentati biex itejbu s-sitwazzjoni ambjentali f’żoni fejn jgħixu r-Rom (b’mod partikolari f’komunitajiet Rom segregati);
·l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-gvern (ċentrali u lokali) jinkludu input mis-soċjetà ċivili tar-Rom, b’mod partikolari min-networks tal-medjaturi tas-saħħa tar-Rom, fil-proċessi tagħhom tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa.
|