Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

It-tmexxija tagħna

Biex iwettaq il-mandat tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jieħu varjetà ta’ deċiżjonijiet li ta’ spiss ikunu estensivi. Dawn jittieħdu minn korpi differenti tal-BĊE, kull wieħed b’irwoli definiti b’mod ċar.

Korpi deċiżjonali

Skopri x’jagħmel kull korp tal-BĊE u kif isawwar il-politika monetarja jew l-attivitajiet ta’ superviżjoni bankarja tagħna, kif ukoll firxa ta’ kompiti oħra.

Bord Eżekuttiv

Il-Bord Eżekuttiv tagħna jimmaniġġa l-ħidma ta’ kuljum tal-BĊE u jħejji d-deċiżjonijiet għall-korp deċiżjonali ewlieni tagħna, il-Kunsill Governattiv. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv jagħmlu parti wkoll mill-Kunsill Governattiv.

Sir af aktar dwar il-Bord Eżekuttiv

Il-Kunsill Governattiv

Il-Kunsill Governattiv huwa l-ogħla korp deċiżjonali tagħna. Dan jistabbilixxi l-livell tar-rati tal-imgħax tal-politika tagħna. Jiddeċiedi wkoll liema, u kif, għodod oħra tal-politika monetarja għandhom jintużaw fiż-żona tal-euro.

Aqra aktar dwar il-Kunsill Governattiv

Il-Kunsill Ġenerali

Il-Kunsill Ġenerali tagħna jlaqqa’ flimkien uffiċjali ta’ livell għoli mill-banek ċentrali kollha fl-Unjoni Ewropea. Huwa responsabbli għal kompiti speċifiċi u se jissokta bir-rwol tiegħu minħabba li hemm pajjiżi tal-UE li ma adottawx l-euro.

Sir af aktar dwar il-Kunsill Ġenerali

Bord Superviżorju

Il-Bord Superviżorju jippjana u jissorvelja l-kompiti ta’ superviżjoni bankarja tagħna. Huwa jħejji abbozzi ta’ deċiżjonijiet superviżorji għall-adozzjoni mill-Kunsill Governattiv tagħna.

Sir af aktar dwar il-Bord Superviżorju
M’intix espert? Iċċekkja l-ispjegazzjoni tagħna
Tgħallem iżjed
Ta’ min hu l-BĊE?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima