Is-servizz tal-portavuċi 

L-Unità tal-Portavuċi twieġeb mistoqsijiet mill-midja dwar kwistjonijiet li mhumiex direttament relatati mal-ħidma leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew, tirreaġixxi għall-każijiet ta' diżinformazzjoni dwar il-Parlament u tagħti lill-Membri u lill-uffiċjali informazzjoni fattwali biex jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet. Delphine Colard, il-portavuċi tal-Parlament Ewropew, hija l-kap tal-Unità tal-Portavuċi.