- (Aċċess għall-paġna) X’inhu l-Parlament Ewropew?
- (Aċċess għall-paġna) X’inhuma s-setgħat tal-Parlament Ewropew?
- (Aċċess għall-paġna) X’jiġri mil-liġijiet li ma jgħaddux sal-aħħar tal-leġiżlatura?
- (Aċċess għall-paġna) Il-Parlament Ewropew kif isawwar il-baġit tal-UE?
- (Aċċess għall-paġna) Kif jinħatru l-President tal-Kummissjoni u l-Kummissarji?
Iċċekkja l-fatti dwar il-Parlament Ewropew
Trid tkun taf aktar dwar il-Parlament Ewropew? Qed tfittex li tivverifika xi ħaġa li rajt online? Din it-taqsima toffri informazzjoni dwar kif jaħdem il-Parlament, l-elezzjonijiet Ewropej, ix-xogħol ta’ kuljum tal-Membri tal-PE, flimkien ma’ aċċess dirett għas-sorsi ta’ informazzjoni li jista’ jkollok bżonn.
Ma sibtx dak li qed tfittex?
Ġurnalisti:
Iċċekkjaw il-Ġabra ta’ materjal tal-Parlament Ewropew għall-istampa, li tinkludi ħarsa ġenerali lejn il-kompożizzjoni u s-setgħat tal-Parlament Ewropew, il-prijoritajiet politiċi tiegħu, ix-xogħol li qed jaħdem fuqu bħalissa, il-materjal ta’ sfond, il-grafika, id-data dwar l-opinjoni pubblika, kif ukoll kuntatti utli.
Għal mistoqsijiet dwar qasam speċifiku ta’ politika jew proċedimenti tal-kumitati, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lis-Servizz tal-Istampa.
Għal mistoqsijiet oħra, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lill-Unità tal-Portavuċi
Biex tikkuntattjaw lill-uffiċjali tal-istampa fl-Istati Membri (bil-lingwa tagħkom), jekk jogħġobkom klikkjaw hawn.
Pubbliku ġenerali:
Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jibgħat il-mistoqsijiet tiegħu permezz ta’ Ask EP.
It-teknoloġija diġitali għamlitha dejjem aktar faċli li l-kontenut jitneħħa mill-kuntest jew li jinħolqu u jiġu mmanipulati l-immaġnijiet u l-vidjo. Kemm il-miżinformazzjoni (kontenut falz mingħajr intenzjoni ħażina) kif ukoll id-diżinformazzjoni(bl-intenzjoni li tqarraq) jistgħu jkunu qarrieqa. Il-Parlament Ewropew għandu l-għan li jagħmel il-materjal rilevanti disponibbli u li jinftiehem minn kulħadd.