Il-persunal fil-Parlament Ewropew
L-għadd ta’ uffiċjali, persunal temporanju u kuntrattwali li jaħdmu fil-Parlament (kemm fis-segretarjat kif ukoll fil-gruppi politiċi) huwa ta’ madwar 8,400 persuna. Barra minn hekk, madwar 2,000 Assistent Parlamentari Akkreditat jaħdmu direttament għas-720 Membru. Il-persunal tal-Parlament jikkonsisti fil-biċċa l-kbira minn membri tal-persunal permanenti reklutati permezz ta’ proċeduri ta’ selezzjoni, u l-bqija huma impjegati b’kuntratti għal żmien fiss. Il-membri tal-persunal jiġu mill-Istati Membri kollha tal-UE u saħansitra minn għadd ta’ pajjiżi oħra.
Id-diversità u n-nondiskriminazzjoni huma valuri ewlenin għall-Parlament, u huwa impenjat bis-sħiħ li jikseb ambjent tax-xogħol ugwali, varjat u inklużiv.
It-tabelli tas-salarji tal-persunal tal-UE huma pubbliċi u jistgħu jiġu kkonsultati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jiġu aġġornati kull sena permezz ta’ proċedura awtomatika, u l-promozzjoni tal-uffiċjali għal gradi ta’ salarju ogħla hija bbażata biss fuq il-kunċett ta’ mertu.
Aktar informazzjoni