X’inhuma l-intergruppi u kif inhuma ffurmati? 

L-intergruppi huma gruppi mhux uffiċjali ta’ Membri tal-PE li jkunu interessati f’suġġett partikolari li, filwaqt li jkun ta’ interess għas-soċjetà ġenerali, mhux bilfors jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tax-xogħol normali tal-Parlament Ewropew. L-intergruppi jorganizzaw diskussjonijiet informali u jippromwovu skambji bejn il-Membri tal-PE u s-soċjetà ċivili.


Minħabba li l-intergruppi mhumiex korpi uffiċjali tal-Parlament, ma jistgħux jesprimu fehmiet f’isem il-Parlament. Ma jistgħux jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jistgħu jiġu konfużi ma’ dawk uffiċjali tal-Parlament.


Il-Bureau tal-Parlament stabbilixxa kundizzjonijiet għat-twaqqif ta’ intergruppi, li jiffurmaw fil-bidu ta’ kull leġiżlatura (pereżempju, applikazzjoni biex jiġi ffurmat intergrupp tirrikjedi l-firem ta’ mhux anqas minn tliet gruppi politiċi, u tkun trid issir dikjarazzjoni annwali tal-interessi finanzjarji). Jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, il-gruppi politiċi jistgħu jagħtu appoġġ loġistiku lill-intergruppi.


Il-presidenti tal-intergruppi jkun jeħtiġilhom jiddikjaraw kwalunkwe sostenn li jirċievu, sew finanzjarju jew in natura. Dawn id-dikjarazzjonijiet iridu jiġu aġġornati kull sena u jkunu disponibbli għall-pubbliku.