Is-saħħa pubblika

Skedi Informattivi dwar l-UE 25-08-2026

Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi l-objettivi tal-politika tas-saħħa pubblika tal-UE u l-kuntest li fih żviluppat. Tippreżenta l-kisbiet ewlenin tal-UE biex tippromwovi s-saħħa u tipprevjeni l-mard, b’enfasi fuq il-kanċer u l-bini tar-reżiljenza għall-mard infettiv u t-theddid transfruntier għas-saħħa. L-isfidi tas-saħħa pubblika assoċjati mat-tibdil demografiku huma indirizzati, kif inhi wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess għal mediċini kritiċi. L-iżviluppi ta’ politika reċenti fis-saħħa elettronika u l-bijoteknoloġija huma ppreżentati wkoll.