Fittex
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Din l-iskeda informattiva tispjega r-rwol tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), korp konsultattiv tal-UE bbażat fi Brussell. Tistabbilixxi l-bażi legali tal-KESE, imbagħad tiddeskrivi l-membri tiegħu, kif jinħatru u kif is-siġġijiet jinqasmu fost il-pajjiżi tal-UE. Tispjega wkoll kif inhu organizzat il-KESE, kif iħejji l-opinjonijiet u meta l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jew jistgħu jikkonsultawh. L-iskeda informattiva tintemm billi tħares lejn il-kooperazzjoni tal-KESE mal-Parlament ...
Il-Kunsill Ewropew
Din l-iskeda informattiva tispjega r-rwol tal-Kunsill Ewropew, istituzzjoni tal-UE ffurmata mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri tal-UE. Tiddeskrivi l-pożizzjoni tal-Kunsill Ewropew fis-sistema istituzzjonali tal-UE u s-setgħat li għandu biex jipprovdi l-impetu meħtieġ għall-iżvilupp tal-UE. Tippreżenta ħarsa ġenerali lejn il-prijoritajiet u l-istrateġiji tal-UE li ġew stabbiliti f’dawn l-aħħar snin mill-Kunsill Ewropew permezz tal-linji gwida politiċi tiegħu.
Il-politika tal-komunikazzjoni
Din l-iskeda informattiva tispjega l-politika tal-komunikazzjoni tal-UE, inklużi l-bażi legali, l-objettivi, l-istrumenti ewlenin u l-programmi tagħha. Tiddeskrivi kif l-istituzzjonijiet tal-UE jwettqu r-rwol tagħhom biex irawmu t-trasparenza, l-involviment taċ-ċittadini u d-demokrazija parteċipattiva permezz tal-komunikazzjoni. Tispjega kif l-UE tippermetti liċ-ċittadini jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni, kif stabbilit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ...
Il-proċeduri supranazzjonali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet
Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi l-proċeduri tal-Unjoni Ewropea għat-teħid ta’ deċiżjonijiet vinkolanti li, għall-kuntrarju tad-deċiżjonijiet intergovernattivi, l-Istati Membri ma jistgħux jużaw il-veto tagħhom. L-istituzzjonijiet jieħdu din is-setgħa supranazzjonali għat-teħid tad-deċiżjonijiet mit-trattati, li ġew konklużi mill-Istati Membri. Il-proċeduri deskritti hawn taħt jinkludu l-proċeduri leġiżlattivi ewlenin – ordinarja, ta’ konsultazzjoni u ta’ approvazzjoni – kif ukoll ċerti proċeduri ...
Is-sorsi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Din l-iskeda informattiva tispjega s-sorsi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. Tiddeskrivi l-ordni legali separat tal-UE, l-effett tiegħu fuq is-sistemi legali tal-Istati Membri u l-ġerarkija tal-liġi tal-Unjoni. Tippreżenta wkoll is-sorsi ewlenin tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-liġi primarja, il-leġiżlazzjoni sekondarja, il-ftehimiet internazzjonali, il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u l-liġi supplimentari. Fl-aħħar nett, tiddeskrivi r-rwol tal-Parlament fit-tfassil u ...
It-Trattati ta’ Maastricht u ta’ Amsterdam
Din l-iskeda informattiva tispjega l-objettivi, l-isfond u l-kontenut tat-Trattati ta’ Maastricht u ta’ Amsterdam. It-Trattat ta’ Maastricht immodifika t-trattati Ewropej preċedenti u ħoloq Unjoni Ewropea bbażata fuq tliet pilastri: il-Komunitajiet Ewropej, il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (ĠAI). Bil-ħsieb tat-tkabbir tal-Unjoni, it-Trattat ta’ Amsterdam introduċa l-bidliet meħtieġa biex jippermetti lill-Unjoni tiffunzjona ...
It-Trattat ta’ Nizza u l-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa
Din l-iskeda informattiva tispjega l-objettivi, l-isfond u l-kontenut tat-Trattat ta’ Nizza, inklużi r-riformi tiegħu tal-istituzzjonijiet tal-UE, ir-regoli tal-votazzjoni, il-proċeduri leġiżlattivi, il-kooperazzjoni msaħħa, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u s-sistema ġudizzjarja. Tiddeskrivi wkoll ir-rwol tal-Parlament Ewropew u l-ħidma u l-eżitu tal-Konvenzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa.
Il-ħarsien tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE fl-UE
Din l-iskeda informattiva tispjega l-proċedura għall-protezzjoni tal-valuri tal-UE stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Tiddeskrivi l-ħtieġa dejjem tikber li jiġu protetti l-valuri u d-drittijiet fundamentali fl-UE, kif ukoll l-istrumenti użati biex jipproteġuhom. Tispjega l-Artikolu 7 tat-TUE, li jipprevedi mekkaniżmu tal-UE li jiddetermina l-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti tal-valuri tal-UE minn Stat Membru u possibbilment jissanzjonah. Tispjega wkoll politiki ...
L-iżviluppi li saru sal-Att Uniku Ewropew
Din l-iskeda informattiva tispjega l-iżviluppi tal-ewwel Trattati sad-dħul fis-seħħ tal-Att Uniku Ewropew fl-1986. Dawn l-iżviluppi huma relatati mal-ħolqien ta’ riżorsi proprji tal-Komunità, mar-rinfurzar tas-setgħat baġitarji tal-Parlament, mal-elezzjoni tal-Membri tal-PE permezz ta’ suffraġju universali dirett u mal-istabbiliment tas-Sistema Monetarja Ewropea (EMS). L-Att Uniku Ewropew biddel b’mod sostanzjali t-Trattat ta’ Ruma u saħħaħ il-kunċett tal-integrazzjoni billi ħoloq suq intern kbir ...
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà
Din l-iskeda informattiva tispjega kif it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddefinixxi l-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-bosta oqsma ta’ politika fejn japplika u kif tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tiegħu. F’oqsma fejn l-Unjoni ma għandhiex kompetenza esklużiva, tista’ taġixxi meta tkun kapaċi turi li l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jintlaħqux b’mod effiċjenti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, iżda jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi wkoll ...