Pubblikazzjoni ex post 

Skont ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-għoti tal-għotjiet huwa rregolat mill-prinċipju ta’ trasparenza, li jfisser, fost affarijiet oħra, li hemm l-obbligu ta’ pubblikazzjoni ex post.

L-għotijiet kollha mogħtija matul sena finanzjarja għandhom ikunu ppubblikati fuq "s-siti web tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mhux aktar mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha l-fondi kienu legalment impenjati (l-Artikoli 38 u 192 tar-Regolament Finanzjarju).

Il-Parlament huwa obbligat ukoll – bil-għan li jirrispetta l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 38(2) tar-Regolament Finanzjarju) – li jillimita l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq l-għotjiet. Informazzjoni dwar l-għotjiet mogħtija dawn l-aħħar sentejn se tkun ippubblikata fuq is-sit web. Ċifri relatati mas-snin preċedenti se jkunu aċċessibbli fuq talba mid-direttorati ġenerali rilevanti, b’kunsiderazzjoni xierqa għar-Regolament (UE) 2018/1725.