Kuntratti mogħtija 

Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar kuntratti mogħtija fl-aħħar sentejn

Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi l-prinċipji għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-prinċipju tat-trasparenza fl-Artikoli 37 u 38 tar-Regolament Finanzjarju. Hemm diversi regoli dwar il-pubblikazzjoni xierqa ta’ informazzjoni baġitarja, b’mod partikolari informazzjoni ex-post, inkluża informazzjoni dwar kuntratti mogħtija. Id-dispożizzjonijiet rilevanti huma l-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju u l-punti 2 u 3 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju. Il-kuntratti jitqiesu bħala mogħtija jew meta tittieħed id-deċiżjoni tal-għoti jew, fin-nuqqas ta’ dan, meta jiġi ffirmat l-ewwel kuntratt, li jista’ jkun kuntratt qafas. L-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-kuntratti mogħtija matul l-aħħar sentejn; l-informazzjoni relatata mas-snin preċedenti se tkun aċċessibbli fuq talba b’mod konformi mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Kuntratti b’valur ugwali għal jew akbar mil-limiti msemmijin fl-Artikolu 178(1) tar-Regolament Finanzjarju

F’konformità mal-punt 2.3 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju, għandu jintbagħat avviż ta’ għoti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn 30 jum wara l-iffirmar ta’ kuntratt jew kuntratt qafas b’valur ugwali għal jew akbar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 178(1).

L-awtorità kontraenti għandha tippubblika avviż ta’ għoti ta’ kuntratt:

(a) qabel ma tiffirma kuntratt jew kuntratt qafas b’valur ugwali għal jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 178(1) tar-Regolament Finanzjarju u mogħti skont il-proċedura nnegozjata eċċezzjonali prevista fil-punt 11.1(b) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju;

(b) wara li tiffirma kuntratt jew kuntratt qafas b’valur ugwali għal jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 178(1) tar-Regolament Finanzjarju, jekk dan ġie mogħti skont il-proċedura nnegozjata eċċezzjonali prevista fil-punt 11.1.(a) jew (c) jew (f) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju;

It-terminu ta’ żmien li fih jintbagħat l-avviż imsemmi għandu jkun biżżejjed twil sabiex ikun żgurat li l-pubblikazzjoni sseħħ qabel l-iffirmar tal-kuntratt jew il-kuntratt qafas, f’konformità mat-termini u l-arranġamenti previsti fil-punt 36.1(1) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju.

Il-limiti skont id-Direttiva 2014/24/UE (l-Artikolu 178(1) tar-Regolament Finanzjarju) jistgħu jinstabu fuq il-paġna web tal-Kummissjoni Ewropea li ġejja.

Kuntratti b’valur li jkun taħt il-limiti msemmijin fl-Artikolu 178(1) tar-Regolament Finanzjarju

L-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju u l-punt 3 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju jistipulaw li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja ta’ wara, lista ta’ kuntratti b’valur taħt il-limiti previsti fl-Artikolu 178(1) tar-Regolament Finanzjarju iżda ’l fuq minn EUR 15 000.

Kuntratti modifikati

L-awtorità kontraenti tista’ timmodifika kuntratt jew kuntratt qafas mingħajr proċedura ta’ akkwist ġdida fil-każijiet elenkati fl-Artikolu 175(3) tar-Regolament Finanzjarju. Skont il-punt 3.3 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju, għandha tiġi ppubblikata lista ta’ kuntratti modifikati f’konformità mal-Artikolu 175(3)(a) sa (c) tar-Regolament Finanzjarju, anki jekk il-valur tal-modifika kkonċernata jkun taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 178(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Kuntratti speċifiċi bbażati fuq kuntratti qafas;

L-informazzjoni relatata mal-valur u l-kuntratturi ta’ kuntratti speċifiċi u ordnijiet ibbażati fuq kuntratt qafas matul sena finanzjarja partikolari għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-awtorità kontraenti mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja ta’ wara.

Skont il-punt 3 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju, dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata għall-valur kumulattiv ta’ kull kuntratt qafas anki meta dan ikun taħt il-limiti tad-Direttiva iżda ’l fuq minn EUR 15 000.

Il-pubblikazzjoni hija organizzata kif ġej:

Pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja ta’ wara, ta’:

  • lista tal-kuntratti kollha ta’ valur ogħla minn EUR 15 000 mogħtija fis-sena preċedenti (minbarra l-kuntratti ta’ bini u dawk iddikjarati sigrieti), anki jekk xi wħud minnhom kienu ġew ippubblikati wkoll fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ avviż ta’ għoti; dik id-dispożizzjoni tmur lil hinn mir-rekwiżiti regolatorji, iżda tiżgura li jkun aktar faċli li wieħed ikollu aċċess għall-kuntratti kollha mogħtija mill-Parlament;
  • lista tal-kuntratti modifikati skont l-Artikolu 175(3)(a) sa (c) tar-Regolament Finanzjarju, meta l-valur tal-modifika huwa ogħla minn EUR 15 000 u taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 178(1) tar-Regolament Finanzjarju.
  • lista dwar l-informazzjoni relatata mal-valur u l-kuntratturi ta’ kuntratti speċifiċi/ordnijiet ibbażati fuq kuntratt qafas wara l-konklużjoni ta’ kuntratt speċifiku/ordni jew fuq il-bażi tal-volum akkumulat tal-kuntratti speċifiċi/ordnijiet iffirmati irrispettivament mill-valur kumulattiv ta’ kull kuntratt qafas (’il fuq minn EUR 15 000);
  • lista ta’ esperti esterni li ntgħażlu fuq il-bażi tal-Artikolu 242 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-kuntratti ta’ bini u l-kuntratti ddikjarati sigrieti, imsemmija fil-punt 11.1 (g) u (i) tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju, mhumiex qed jiġu ppubblikati aktar separatament fuq l-internet; minflok, huma inklużi fir-rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija li jiġi ppreżentat lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament.

Kuntratti speċifiċi u kuntratti bbażati fuq kuntratti qafas mogħtija mill-gruppi politiċi

L-Artikolu 38(4) tar-Regolament Finanzjarju jirrikjedi li l-korpi li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni jippubblikaw informazzjoni dwar l-użu ta’ dawk il-fondi. Dan ir-rekwiżit jestendi għall-gruppi politiċi. L-approprjazzjonijiet ġestiti mill-grupp skont ir-regoli tal-“Partita 400” tal-Bureau huma meqjusa bħala ekwivalenti għal approprjazzjonijiet ġestiti indirettament.

Informazzjoni relatata mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju u l-punti 3.3 u 3.4 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju u relatata ma’ sena finanzjarja partikolari, hija ppubblikata s-sena ta’ wara f’dokument imfassal minn kull grupp politiku u mis-segretarjat tal-Membri mhux affiljati.

Listi dettaljati