Faċilità għall-Irkupru u r-ReżiljenzaAra l-mappa ta’ proġetti Data mill-4 ta’ Ottubru 2024Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) hi strument temporanju fil-qofol tan-NextGenerationEU, il-pjan tal-UE biex toħroġ aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti mill-kriżi attwali.Permezz tal-Faċilità, il-Kummissjoni tiġbor fondi billi tissellef fis-swieq kapitali (toħroġ bonds f’isem l-UE). Dawn imbagħad ikunu disponibbli għall-Istati Membri tagħha, biex jimplimentaw riformi u investimenti ambizzjużi li:jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom aktar sostenibbli, reżiljenti, u mħejjijin għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE;jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont il-qafas tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali. L-RRF hi wkoll kruċjali għall-implimentazzjoni tal-pjan REPowerEU, ir-rispons tal-Kummissjoni għat-tbatijiet soċjoekonomiċi u t-tfixkil globali fis-suq tal-enerġija kkawżati mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. € 650 biljun*għal investiment fir-riformi u l-proġettili minnhom:€359 biljunta’ fondif’għotjiet€291 biljunta’ fondif’self *Bir-Regolament RRF emendat, saru disponibbli għall-Istati Membri għotjiet addizzjonali taħt l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (BAR). Għalhekk, it-€359 biljun f’għotjiet issa jinqasmu fi €338 biljun ta’ għotjiet oriġinali tal-RRF, €19-il biljun f’għotjiet tal-ETS, u €2 biljun f’għotjiet tal-BAR. Barra minn hekk, l-Istati Membri setgħu jitolbu appoġġ bħala self sa Awwissu 2023. Mill-pakkett totali disponibbli ta’ €385 biljun, kważi €291 biljun ġew impenjati sa tmiem l-2023. Dawn iż-żewġ bidliet (aktar għotjiet disponibbli permezz tal-ETS u tal-BAR u anqas self mitlub mill-pakkett totali disponibbli) jirriżultaw f’pakkett totali tal-RRF ta’ €650 biljun sa nofs Ottubru 2024. L-ammont imsemmi qabel ta’ €723 biljun kien jirrappreżenta l-ammont massimu ta’ għotjiet tal-RRF (€338 biljun) u self taħt l-RRF (€385 biljun) skont ir-Regolament RRF. Kif taħdem il-Faċilità għall-Irkupru?Il-Faċilità daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2021. Tiffinanzja riformi u investimenti fl-Istati Membri tal-UE li saru mill-bidu tal-pandemija fi Frar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2026. Il-pajjiżi jistgħu jirċievu finanzjament sa ammont massimu miftiehem minn qabel.Biex jibbenefikaw mill-appoġġ taħt il-Faċilità, il-gvernijiet tal-UE ppreżentaw pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, li jiddeskrivu r-riformi u l-investimenti li se jimplimentaw sa tmiem l-2026, bi stadji importanti u miri ċari. Il-pjanijiet kellhom jallokaw mill-anqas 37% tal-baġit tagħhom għall-miżuri ekoloġiċi u 20% għall-miżuri diġitali.Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hi bbażata fuq il-prestazzjoni. Dan ifisser li l-Kummissjoni tħallas biss l-ammonti lil kull pajjiż meta jkunu laħqu l-istadji importanti u l-miri miftiehma lejn it-tlestija tar-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan tagħhom.Fażi ta’ implimentazzjoniMeta jkunu lestew l-istadji importanti u l-miri miftiehma, il-gvernijiet jitolbu pagament (sa darbtejn fis-sena).Il-Kummissjoni tivvaluta dawn it-talbiet għal pagament biex tivverifika li l-istadji importanti u l-miri jkunu ntlaħqu. Jekk iva, tħallas l-ammonti li tkun ġabret fis-swieq kapitali.EmendiL-Istati Membri jistgħu jirrevedu l-pjanijiet tagħhom abbażi tar-raġunijiet legali disponibbli skont ir-Regolament RRF. Il-Gwida dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-kuntest tar-REPowerEU ta’ Frar 2023 tiddeskrivi fid-dettall kif l-Istati Membri jistgħu jitolbu tali emendi.Reviżjoni tista’ tkun marbuta ma’ aspetti finanzjarji, jiġifieri:li jibbenefikaw minn fondi addizzjonali tar-REPowerEU;biex tiġi riflessa bidla fl-allokazzjoni finanzjarja massima ta’ Stat Membru skont l-RRF;riżorsi meħtieġa sabiex jittieħed self addizzjonali mill-RRF.L-Istati Membri jistgħu wkoll jemendaw il-pjan tagħhom jekk ikunu jistgħu juru li ċirkostanzi oġġettivi jagħmlu l-implimentazzjoni ta’ ċerti stadji u miri importanti mhux fattibbli. Pereżempju, dawk iċ-ċirkostanzi oġġettivi jistgħu jkunu marbuta mal-inflazzjoni, nuqqasijiet fil-katina tal-provvista jew il-fatt li hemm alternattiva aħjar biex jiġi ssodisfatt l-objettiv ta’ politika maħsub ta’ miżura.Evalwazzjoni ta’ Nofs it-TerminuIr-Regolament RRF jirrikjedi li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni b’evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Din se tiġi segwita minn “evalwazzjoni ex post” fl-2028, ladarba l-miżuri inklużi fil-pjanijiet ta’ rkupru jiġu implimentati bis-sħiħ.Stqarrija għall-istampaSkeda informattiva ġeneraliSommarju tal-Evalwazzjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-RRFSkeda informattiva ta’ REPowerEUDaqqa t’għajn lejn il-pajjiżi – Frar 2024Kif l-RRF tappoġġja lin-negozji REPowerEUIl-pjan REPowerEU rrikonoxxa li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jista’ jkollha rwol importanti fil-kisba ta’ enerġija sigura, affordabbli u nadifa. Billi tipprovdi finanzjament addizzjonali tal-UE, il-Faċilità se tgħin lill-pajjiżi tal-UE jagħmlu r-riformi u l-investimenti kritiċi meħtieġa biex itemmu malajr id-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwils fossili Russi.Semestru EwropewSa miċ-ċiklu tiegħu tal-2022, il-proċess tas-Semestru Ewropew kien adattat biex iqis il-ħolqien tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-ReżiljenzaIt-Tabella ta’ Valutazzjoni tagħti ħarsa ġenerali lejn il-progress fl-implimentazzjoni tal-Faċilità u tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.Avvenimenti tal-RRFDin it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar id-diversi avvenimenti organizzati biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inkluż tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri. Żur it-taqsima biex issir taf aktar dwar l-avvenimenti tal-RRF.Sir af aktar dwar l-impatt tal-RRFSir af dwar l-impatt li l-RRF qed ikollha fuq iċ-ċittadini u n-negozji madwar l-UE. Din it-taqsima tipprovdi ġabra ta’ skedi informattivi u dokumenti oħrajn relatati mal-RRF, għall-informazzjoni tiegħek. Dokumenti Faċilità għall-Irkupru u r-ReżiljenzaRegolament RRFGeneral publications12 Frar 2021Consolidated text of the Regulation establishing the Recovery and Resilience FacilityGeneral publications12 Frar 2021Regulation establishing the Recovery and Resilience FacilityGeneral publications10 Frar 2021Questions and Answers on the Recovery and Resilience FacilityDokumenti ta’ gwidaGeneral publications5 Marzu 2025Guidance on the Social Climate PlansGeneral publications5 Marzu 2025DNSH technical guidance to the SCF General publications23 Lulju 2024Updated Guidance on Recovery and Resilience PlansGeneral publications19 Settembru 2023Reversal of Milestones and Targets under the Recovery and Resilience FacilityGeneral publications3 Marzu 2023Guidance on Recovery and Resilience Plans in the context of REPowerEUGeneral publications21 Frar 2023Commission methodology for the determination of payment suspension under the Recovery and Resilience Facility RegulationGeneral publications20 Jannar 2021Guidance to Member States - Recovery and Resilience Plans - Part 1General publications22 Jannar 2021Guidance to Member States - Recovery and Resilience Plans - Part 2General publications22 Jannar 2021Annex to the Guidance to Member States on the Recovery and Resilience Plans: Tables for the templateGeneral publications18 Frar 2021DNSH technical guidance, amended October 2023Ċifri ta’ appoġġGeneral publications1 Settembru 2023Overview of Member States’ loan requests received by the Commission by 31 August 2023General publications18 April 2023Overview of Member States’ intentions to request RRF loan supportGeneral publications22 Ġunju 2022Updated Member States’ grant allocation based on Eurostat outturn data for 2020 and 2021RapportiGeneral publications10 Ottubru 2024Recovery and Resilience Facility Annual Report 2024General publications19 Settembru 2023Recovery and Resilience Facility Annual Report 2023General publications1 Marzu 2022Recovery and Resilience Facility Annual Report 2022General publications29 Lulju 2022Recovery and Resilience Facility Review Report 2022General publications21 Frar 2023Communication Implementation of the Recovery and Resilience FacilitySkedi informattivi u dokumentazzjoni oħraGeneral publications18 Ottubru 2024Insights from the Recovery and Resilience Facility: The Business PerspectiveGeneral publications6 Settembru 2024Recovery and Resilience Plans: Supporting people across the EUGeneral publications24 Ġunju 2024The Recovery and Resilience Facility: What’s in store for young people?General publications21 Frar 2024Continuing to Deliver a Lasting Impact Across the EU Recovery and Resilience Facility - Mid-term EvaluationGeneral publications21 Frar 2024Recovery and Resilience Facility - REPowerEU FactsheetGeneral publications21 Frar 2024Recovery and Resilience Facility – How the RRF Supports BusinessesGeneral publications19 Settembru 2023Speeding up and Delivering Reforms and Investments - Recovery and Resilience Facility (RRF) – Annual Report 2023OħrajnGeneral publications27 April 2023Information provided to the European Parliament or to the Council on the Recovery and Resilience PlansGeneral publications16 Mejju 2023Council conclusions on the recovery plan and multiannual financial framework for 2021-2027REPowerEUGeneral publications3 Marzu 2023Guidance on Recovery and Resilience Plans in the context of REPowerEUGeneral publications28 Frar 2023Adopted REPowerEU RegulationGeneral publications18 Mejju 2022Commission Proposal for a Regulation on REPowerEU chapters in recovery and resilience plansGeneral publications24 April 2023Questions and Answers on REPowerEU and on the revision of national recovery plansGeneral publications21 Frar 2024Recovery and Resilience Facility - REPowerEU FactsheetSemestru EwropewRakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi 2024Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2023Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2022Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2020Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2019 Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’pajjjiżek L-Istati Membri jużaw il-fondi pprovduti mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jimplimentaw riformi u investimenti ambizzjużi biex jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom aktar sostenibbli, reżiljenti, u mħejjijin għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Esplora l-paġni ta’ hawn taħt biex issir taf dwar il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta’ pajjiżek u kif qed jiġi implimentat. Paġni tal-pajjiżiDawn il-paġni fihom l-informazzjoni rilevanti kollha speċifika għall-pajjiż, inklużi l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, il-valutazzjoni tal-pjanijiet mill-Kummissjoni kif ukoll informazzjoni dwar il-pagamenti mitluba mill-Istati Membri u l-fondi mħallsa mill-Kummissjoni.Is-Semestru Ewropew f’pajjiżekDin it-taqsima tiġbor flimkien id-dokumenti speċifiċi għall-pajjiż relatati mas-Semestru Ewropew, b’mod partikolari (i) ir-rapporti tal-pajjiżi, (ii) il-programmi nazzjonali dwar ir-riformi u l-aġġustament fiskali, (iii) il-valutazzjoni ta’ dawn il-programmi, (iv) ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mill-UE, u (v) l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji. Mappa ta’ proġetti appoġġjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-ReżiljenzaDin il-mappa tipprovdi eżempji ta’ riformi u investimenti appoġġjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri differenti. Din mhix bażi ta’ data eżawrjenti ta’ proġetti appoġġjati mill-Faċilità u se tiġi aġġornata regolarment hekk kif l-implimentazzjoni timxi ’l quddiem. L-ammonti ta’ finanzjament murija jirriflettu l-istimi tal-kostijiet inizjali inklużi fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Deskrizzjoni tad-didaskalijaTranżizzjoni ekoloġikaEnfasi fuq it-teknoloġiji u l-kapaċitajiet ekoloġiċi - il-mobbiltà sostenibbli, l-effiċjenza enerġetika u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, l-adattament għat-tibdil fil-klima; l-ekonomija ċirkolari; u l-bijodiversità*.Politiki għall-ġenerazzjoni li jmissIt-titjib tal-aċċess u l-kwalità għall-edukazzjoni ġenerali, vokazzjonali u għolja; enfasi fuq l-edukazzjoni diġitali, l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal; l-appoġġ għall-impjiegi taż-żgħażagħ.Tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużivIl-promozzjoni tal-intraprenditorija, il-kompetittività, l-industrijalizzazzjoni; it-titjib fl-ambjent kummerċjali; it-trawwim tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, l-appoġġ għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju.Trasformazzjoni diġitaliIl-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ networks ta’ kapaċità għolja ħafna, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, il-proċessi tal-gvern, u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs; l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati; l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp relatati mas-settur diġitali u l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati.Koeżjoni soċjali u territorjaliIt-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali u territorjali, inklużi l-protezzjoni soċjali u s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, l-inklużjoni ta’ gruppi żvantaġġati; l-appoġġ għall-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet; il-ħolqien ta’ impjiegi stabbli u ta’ kwalità għolja.Reżiljenza tas-saħħa u reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonaliIt-titjib tar-reżiljenza, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul, inklużi miżuri biex tiġi avvanzata d-diġitalizzazzjoni tagħhom; iż-żieda fl-effettività tas-sistemi tal-amministrazzjoni pubblika.*Il-proġetti ta’ tranżizzjoni ekoloġika mhux neċessarjament jikkorrispondu għall-proġetti inklużi fil-ġabra tan-nefqa eliġibbli għall-bonds ekoloġiċi tal-NGEU. Għal aktar informazzjoni dwar il-bonds ekoloġiċi tal-NGEU żurid-dashboard tal-NGEUDikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltàIl-mappa sservi esklużivament għal skopijiet ta’ informazzjoni u mhix bażi tad-data eżawrjenti ta’ proġetti appoġġjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Din ma tirriflettix id-distribuzzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Unjoni Ewropea, u lanqas f’żoni ġeografiċi jew setturi differenti fi ħdan l-Istati Membri tal-UE. L-ammonti ta’ finanzjament tal-RRF murijin għall-miżuri huma bbażati fuq l-istimi tal-kostijiet inizjali pprovduti mill-Istati Membri inklużi fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u jistgħu bħala tali jvarjaw mir-rapporti finanzjarji ffinalizzati tal-Kummissjoni, li jsiru wara l-implimentazzjoni eventwali tal-proġett.Barra minn hekk, il-proġetti murija huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni futura mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-verifika tat-twettiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri skont ir-Regolament (UE) 2021/241 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Informazzjoni oħra Task Force ta’ Rkupru u ReżiljenzaF’Awwissu 2020, il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet it-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RECOVER) fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tagħha.B’mod konġunt mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, RECOVER hi responsabbli għat-tmexxija tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. RECOVER tikkoordina wkoll is-Semestru Ewropew u tirrapporta lill-President tal-Kummissjoni.Grupp ta’ esperti informali dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-ReżiljenzaDan il-grupp ta’ esperti jservi bħala forum importanti għall-Kummissjoni u l-gvernijiet nazzjonali biex jiskambjaw fehmiet dwar aspetti trasversali li jirriżultaw fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.Il-grupp hu magħmul minn membri tal-korpi nazzjonali ta’ koordinazzjoni għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u hu ppresedut b’mod konġunt mit-Taskforce RECOVER fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea u d-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. Jiltaqa’ perjodikament ma’ esperti minn kull pajjiż tal-UE biex jiskambja fehmiet dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tiegħu.Barra minn hekk, jiffaċilita u jippromwovi l-iskambju ta’ prattika tajba dwar ħafna aspetti tal-implimentazzjoni tal-RRF. Il-Kummissjoni tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha, bħal aġendi, minuti, rapporti, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, u oħrajn, f’website apposta.Network Inform EU u rekwiżiti ta’ komunikazzjoniINFORM EU hu network mifrux mal-UE kollha ta’ uffiċjali tal-komunikazzjoni responsabbli għall-komunikazzjoni dwar l-investimenti tal-UE u dawk nazzjonali taħt ċerti fondi tal-UE, inkluża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Aktar informazzjoni u kuntatti.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-UE għandhom obbligu ġenerali li jirrikonoxxu l-oriġini ta’ kwalunkwe finanzjament tal-UE li jkunu rċevew u jiżguraw li dan il-fatt jintwera b’mod prominenti. Dan japplika wkoll għall-finanzjament taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Tista’ ssib aktar informazzjoni u gwida għall-awtoritajiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u fondi oħrajn tal-UE fil-websites appostaĠlieda kontra l-frodiIl-ġlieda kontra l-frodi hi prijorità għall-Kummissjoni Ewropea. Jekk taf b’xi att ta’ frodi, jekk jogħġbok irrapportah lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.il-protezzjoni tad-data personaliIl-Kummissjoni Ewropea hija impenjata li tipproteġi d-data personali tas-suġġetti tad-data ppreżentata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Għal iktar informazzjoni kklikkja hawn
Data mill-4 ta’ Ottubru 2024Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) hi strument temporanju fil-qofol tan-NextGenerationEU, il-pjan tal-UE biex toħroġ aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti mill-kriżi attwali.Permezz tal-Faċilità, il-Kummissjoni tiġbor fondi billi tissellef fis-swieq kapitali (toħroġ bonds f’isem l-UE). Dawn imbagħad ikunu disponibbli għall-Istati Membri tagħha, biex jimplimentaw riformi u investimenti ambizzjużi li:jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom aktar sostenibbli, reżiljenti, u mħejjijin għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE;jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont il-qafas tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali.
REPowerEUIl-pjan REPowerEU rrikonoxxa li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jista’ jkollha rwol importanti fil-kisba ta’ enerġija sigura, affordabbli u nadifa. Billi tipprovdi finanzjament addizzjonali tal-UE, il-Faċilità se tgħin lill-pajjiżi tal-UE jagħmlu r-riformi u l-investimenti kritiċi meħtieġa biex itemmu malajr id-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwils fossili Russi.
Semestru EwropewSa miċ-ċiklu tiegħu tal-2022, il-proċess tas-Semestru Ewropew kien adattat biex iqis il-ħolqien tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.
Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-ReżiljenzaIt-Tabella ta’ Valutazzjoni tagħti ħarsa ġenerali lejn il-progress fl-implimentazzjoni tal-Faċilità u tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.
Avvenimenti tal-RRFDin it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar id-diversi avvenimenti organizzati biex tiġi diskussa l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inkluż tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri. Żur it-taqsima biex issir taf aktar dwar l-avvenimenti tal-RRF.
Sir af aktar dwar l-impatt tal-RRFSir af dwar l-impatt li l-RRF qed ikollha fuq iċ-ċittadini u n-negozji madwar l-UE. Din it-taqsima tipprovdi ġabra ta’ skedi informattivi u dokumenti oħrajn relatati mal-RRF, għall-informazzjoni tiegħek.
General publications12 Frar 2021Consolidated text of the Regulation establishing the Recovery and Resilience Facility
General publications19 Settembru 2023Reversal of Milestones and Targets under the Recovery and Resilience Facility
General publications3 Marzu 2023Guidance on Recovery and Resilience Plans in the context of REPowerEU
General publications21 Frar 2023Commission methodology for the determination of payment suspension under the Recovery and Resilience Facility Regulation
General publications22 Jannar 2021Annex to the Guidance to Member States on the Recovery and Resilience Plans: Tables for the template
General publications1 Settembru 2023Overview of Member States’ loan requests received by the Commission by 31 August 2023
General publications22 Ġunju 2022Updated Member States’ grant allocation based on Eurostat outturn data for 2020 and 2021
General publications18 Ottubru 2024Insights from the Recovery and Resilience Facility: The Business Perspective
General publications24 Ġunju 2024The Recovery and Resilience Facility: What’s in store for young people?
General publications21 Frar 2024Continuing to Deliver a Lasting Impact Across the EU Recovery and Resilience Facility - Mid-term Evaluation
General publications19 Settembru 2023Speeding up and Delivering Reforms and Investments - Recovery and Resilience Facility (RRF) – Annual Report 2023
General publications27 April 2023Information provided to the European Parliament or to the Council on the Recovery and Resilience Plans
General publications16 Mejju 2023Council conclusions on the recovery plan and multiannual financial framework for 2021-2027
General publications3 Marzu 2023Guidance on Recovery and Resilience Plans in the context of REPowerEU
General publications18 Mejju 2022Commission Proposal for a Regulation on REPowerEU chapters in recovery and resilience plans
General publications24 April 2023Questions and Answers on REPowerEU and on the revision of national recovery plans
Paġni tal-pajjiżiDawn il-paġni fihom l-informazzjoni rilevanti kollha speċifika għall-pajjiż, inklużi l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, il-valutazzjoni tal-pjanijiet mill-Kummissjoni kif ukoll informazzjoni dwar il-pagamenti mitluba mill-Istati Membri u l-fondi mħallsa mill-Kummissjoni.
Is-Semestru Ewropew f’pajjiżekDin it-taqsima tiġbor flimkien id-dokumenti speċifiċi għall-pajjiż relatati mas-Semestru Ewropew, b’mod partikolari (i) ir-rapporti tal-pajjiżi, (ii) il-programmi nazzjonali dwar ir-riformi u l-aġġustament fiskali, (iii) il-valutazzjoni ta’ dawn il-programmi, (iv) ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi mill-UE, u (v) l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji.