10 oqsma li fihom l-UE tiffaċilitalek ħajtek 

Sir af kif, fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum, qed tgawdi mill-UE: segwi lil Sven, Elena, u Sofia fil-vjaġġ eċitanti tagħhom madwar l-Ewropa. 

10 oqsma li fihom l-UE tiffaċilitalek ħajtek 

Sir af kif, fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum, qed tgawdi mill-UE: Segwi lil Sven, Elena, u Sofia fil-vjaġġ eċitanti tagħhom madwar l-Ewropa. 

Lil Elena għadha kif waslitilha aħbar meraviljuża: ġiet aċċettata bħala studenta tal-Erasmus+ fl-Università ta’ Berlin għas-semestru li jmiss!

Minnufih iċċempel lill-ikbar ħbieb tagħha Sven u Sofia biex tgħidilhom — din xi ħaġa li ta’ min jiċċelebraha. It-tlieta li huma dalwaqt se jagħmlu vjaġġ fl-Ewropa li ilhom jippjanawh għal xhur sħaħ.

Naturalment, issa jieqfu wkoll Berlin. Elena se ttir bil-ferħ għax se tesplora l-belt fejn dalwaqt se tkun qed toqgħod!  

L-istudju f’pajjiż ieħor

Programmi ffinanzjati mill-UE bħall-Erasmus+ jipprovdu opportunitajiet biex l-istudenti jistudjaw jew jagħmlu traineeship f’pajjiżi oħrajn u jiksbu esperjenza internazzjonali f’34 pajjiż fl-UE u lil hinn minnha.

Tista’ tesperjenza kultura differenti, tagħmel il-ħbieb, u titgħallem ilsna ġodda. Instab li l-istudju f’pajjiż ieħor ikollu effett pożittiv fuq il-prospetti ta’ xogħol aktar tard fil-ħajja.  

Fadal biss ġimgħa biex jitilqu. Issa l-waqt li jaraw li għandhom dak kollu li hu meħtieġ!

Elena tintefa’ tfittex online għal basktijiet li jintlibsu mad-dahar għall-grupp kollu. Issib fornitur fir-Rumanija li għandu eżattament dak li jeħtieġu, b’għażla bejn bosta lwien differenti.

Bis-saħħa tas-suq uniku, tista’ tordna prodotti ta’ kwalità bi prezz tajjeb minn fejn trid fl-UE. Għandha seba’ mitt sena sakemm jaslu l-basktijiet il-ġodda tagħhom, biex jużawhom għall-vjaġġ.

Iżda l-isbaħ ħaġa f’dan kollu x’inhi? Li minbarra l-ispejjeż tat-trasport, m’hemm l-ebda tariffa żejda fuqiex iħabblu rashom! 

Is-suq komuni

Il-merkanzija, is-servizzi, il-flus, u n-nies jistgħu jiċċaqalqu liberament fis-suq uniku tal-UE, mingħajr ebda ħitan tekniċi, legali, u burokratiċi.

Huwa magħmul mis-27 pajjiż tal-UE flimkien ma’ erba’ pajjiżi oħrajn (b’ċerti eċċezzjonijiet).  

Online il-basktijiet dehru li huma veru tajbin, iżda dejjem ikun hemm il-possibbiltà li prodott ma jissodisfax l-aspettattivi tax-xerrej. Minkejja dan, Elena xejn ma tinkwieta għax taf li tista’ tirritorna dak li tkun xtrat fi żmien 14-il jum.

Barra minn hekk, taf li l-istandards tas-sikurezza u tal-kwalità għall-prodotti mibjugħin fl-UE huma fost l-aqwa fid-dinja. Il-manifatturi jistgħu jużaw biss materjali approvati għal kull prodott għall-konsumatur.

Għalhekk, wieħed jista’ jagħmel ix-xiri tiegħu fl-UE bla ebda problemi!

Id-drittijiet tal-konsumaturi huma drittijiet li tagħtihom l-UE

Ir-regoli tal-UE jipproteġu lill-konsumaturi b’ħafna modi, online u offline. Tista’ tirritorna dak li tkun xtrajt online fi żmien 14-il jum mingħajr ma toqgħod tispjega għaliex. Il-prodotti kollha għandhom garanzija ta’ mhux inqas minn sentejn.

It-tattiċi aggressivi tal-bejgħ u r-reklami qarrieqa huma pprojbiti. Barra minn hekk, il-prodotti kollha mibjugħin fl-UE jridu jkunu sikuri, b’limiti fuq is-sustanzi kimiċi u niġġiesa dannużi. 

Il-basktijiet ippakkjati u lesti. Il-jum mistenni wasal:
l-avventura Ewropea tagħhom tista’ tibda!

It-tlett iħbieb tant jeħduha bil-kalma biex jixtru l-ikel biex ikollhom xi jnaqqru tul il-vjaġġ li għal ftit ma jitilfux it-tren, iżda jirnexxilhom jirkbuh eżatt qabel jitlaq. Wara siegħa, iridu jinżlu biex jaqbdu tren ieħor.

It-tren li jmiss qiegħed fil-ħin u, barra minn hekk, jirnexxilhom isibu postijiet tajbin! Sofia bilkemm tista’ temmen li huma daqstant ixxurtjati. Waqt vjaġġ li għamlet lura lejn id-dar ix-xahar li għadda, it-tren ittardjalha b’erba’ sigħat.

Għall-anqas setgħet titlob kumpens, bis-saħħa tad-drittijiet li tagħti l-UE lill-passiġġieri. Issa jnaqqru xi ħaġa tal-ikel u jippjanaw kif se jqattgħu l-jiem li ġejjin.

Il-waqfa li jmiss: Berlin! 

Drittijietek meta tivvjaġġa

Bħala passiġġier(a) tal-ajru, tal-baħar, jew tal-karozza tal-linja, meta tivvjaġġa fl-UE tgawdi minn għadd ta' drittijiet.

Jista’ jagħti l-każ li tkun intitolat(a) għal kumpens u assistenza jekk ma titħalliex tirkeb, jekk il-vjaġġ tiegħek jitħassar, jew jekk tesperjenza dewmien twil.

Fit-tren, Sven f’daqqa waħda tkun se tagħtih rasu għax jintebaħ li ħalla l-passaport warajh id-dar!

Sofia u Elena, iżda, iserrħulu rasu li l-karta tal-identità hija aktar minn biżżejjed. Wara kollox, bis-saħħa taż-żona Schengen, m’għadhom isiru l-kontrolli fil-fruntieri kważi mkien fl-UE, u għalhekk fil-vjaġġ tagħhom mhux se jsirulhom kontrolli fil-fruntieri jew kontrolli doganali.

M’hemm xejn li jista’ jfixkel l-avventura tagħhom! 

L-ivvjaġġar mingħajr fruntieri

Iż-żona Schengen abolixxiet il-kontrolli fil-fruntieri bejn 29 pajjiż u llum il-ġurnata hija l-akbar żona ta’ libertà, sigurtà, u ġustizzja mingħajr fruntieri interni fid-dinja.

L-450 miljun Ewropew u kull min qiegħed fiż-żona Schengen legalment jistgħu jiċċaqalqu liberament bejn dawn il-pajjiżi. Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jivvjaġġaw, jgħixu, jaħdmu, jistudjaw, ifittxu x-xogħol, jew jirtiraw fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi tal-UE. 

Malli jaslu Berlin it-tlett iħbieb jibqgħu sejrin fil-lukanda, iżda żaqqhom qed tgerger bil-ġuħ. Dak li naqqru fil-vjaġġ bil-ferrovija ma xebbagħhomx; sar il-ħin għal ikla kif suppost!

Jaqbżu qabża sal-parti fejn hemm ir-ristoranti fil-qalba tal-belt u jispiċċaw iqattgħu aktar minn siegħa biex jagħżlu minn fost l-ispeċjalitajiet li hemm, li wħud minnhom daquhom diġà u oħrajn le.

Tassew faċli biex iħallsu: kulma jridu jagħmlu huwa li jużaw il-kard u l-flus li ġabu magħhom, peress li ż-żewġ pajjiżi huma parti miż-żona tal-ewro.

L-ikla t-tajba! 

Munita unika

Madwar 347 miljun ruħ jużaw l-ewro kuljum f’20 pajjiż Ewropew. Min jivvjaġġa f’dawn il-pajjiżi m’għandu għalfejn iħallas l-ebda tariffa biex joqgħod isarraf il-flus.

Dawn l-ispejjeż, biex ma nsemmux l-inkonvenjent, ġew eliminati bis-saħħa tal-ewro, u b’hekk il-ħajja saret aktar faċli u orħos, kemm għan-nies kif ukoll għan-negozji.

Elena, Sofia, u Sven jerħulha lura lejn il-lukanda, kuntenti u b’żaqqhom mimlija. Jum twil ta’ vvjaġġar jgħajjik!

Il-bniet itellgħu xi filmati fuq il-midja soċjali u jfittxu biex jaraw x’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet. 

Elena tissellef iċ-ċarġer ta’ Sven għax it-telefown tagħha kważi spiċċatlu l-batterija. Ma kellhiex għalfejn toqgħod iġġib tagħha biex tiċċarġja minħabba li l-UE introduċiet ċarġer uniku u komuni. 

Fil-frattemp, Sven iċempel lil ommu biex jawguralha f’għeluq sninha. Japprezza l-fatt li fl-UE jista’ juża d-data jew il-minuti tiegħu anki meta jaqsam il-fruntieri, u mingħajr spejjeż żejda.

Roaming b'tariffi bħal ta’ pajjiżek

Bis-saħħa ta’ liġi tal-UE, meta tivvjaġġa lejn pajjiż ieħor tal-UE tista’ tuża t-telefown, il-faċilità tal-messaġġi, u s-servizzi tad-data tiegħek skont il-pjan li jkollok mal-fornitur tiegħek, mingħajr ebda ħlas żejjed.

Tibqa’ tħallas il-prezzijiet domestiċi għat-telefonati, għall-messaġġi, u għad-data. Dan jissejjaħ roaming

Il-mowbajls, tablets, headphones, mawsijiet, u tagħmir elettroniku portabbli ieħor mibjugħin fl-UE jridu jkunu jieħdu ċarġer uniku (USB-C). Ifisser li trid tixtri inqas ċarġers, u dan jimminimizza l-iskart elettroniku u jissimplifika l-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

Elena, Sofia, u Sven jerħulha lura lejn il-lukanda, kuntenti u b’żaqqhom mimlija. Jum twil ta’ vvjaġġar jgħajjik!

Il-bniet itellgħu xi filmati fuq il-midja soċjali u jfittxu biex jaraw x’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tal-mużewijiet. 

Elena tissellef iċ-ċarġer ta’ Sven għax it-telefown tagħha kważi spiċċatlu l-batterija. Ma kellhiex għalfejn toqgħod iġġib tagħha biex tiċċarġja minħabba li l-UE introduċiet ċarġer uniku u komuni. 

Fil-frattemp, Sven iċempel lil ommu biex jawguralha f’għeluq sninha. Japprezza l-fatt li fl-UE jista’ juża d-data jew il-minuti tiegħu anki meta jaqsam il-fruntieri, u mingħajr spejjeż żejda.  

Roaming b'tariffi bħal ta’ pajjiżek

Bis-saħħa ta’ liġi tal-UE, meta tivvjaġġa lejn pajjiż ieħor tal-UE tista’ tuża t-telefown, il-faċilità tal-messaġġi, u s-servizzi tad-data tiegħek skont il-pjan li jkollok mal-fornitur tiegħek, mingħajr ebda ħlas żejjed.

Tibqa’ tħallas il-prezzijiet domestiċi għat-telefonati, għall-messaġġi, u għad-data. Dan jissejjaħ roaming.

Il-mowbajls, tablets, headphones, mawsijiet, u tagħmir elettroniku portabbli ieħor mibjugħin fl-UE jridu jkunu jieħdu ċarġer uniku (USB-C). Ifisser li trid tixtri inqas ċarġers, u dan jimminimizza l-iskart elettroniku u jissimplifika l-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

Matul il-lejl, Sofia tħoss li se jaqbadha riħ. Minħabba li telgħalha d-deni, mir-reception tal-lukanda jgħinuha ssib tabib fil-qrib.

Bis-saħħa tal-mediċina li jiktbilha, sa filgħaxija diġà tħossha ħafna aħjar. Għallinqas m’għandhiex għalfejn tinkwieta li se ssib ma’ wiċċha xi kont enormi talli rat tabib barra minn pajjiżha.

Kemm urietu l-Karta Ewropea tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa, li tagħtiha aċċess għas-servizzi tas-saħħa fi kwalunkwe pajjiż tal-UE bl-istess kundizzjonijiet u bl-istess prezzijiet bħal min jgħix f’dak il-pajjiż.

Jalla ma jdumx ma jgħaddilek, Sofia! 

Id-drittijiet b’rabta ma’ saħħtek

Il-Karta Ewropea tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa hija prova li għandek assigurazzjoni f’pajjiż tal-UE. Hija bla ħlas u joħroġha l-fornitur nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek.

Waqt żjarat qosra f’xi wieħed mis-27 pajjiż tal-UE kif ukoll fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja, u fl-Iżvizzera, min hu assigurat f’pajjiż tal-UE għandu aċċess għas-servizzi pubbliċi tas-saħħa bl-istess kundizzjonijiet bħal min joqgħod f’dak il-pajjiż

Wara li jgħaddu mill-Bieb ta’ Brandenburg, it-tlett iħbieb jilmħu binja bil-bnadar kbar tal-Ewropa u jmorru jaraw x’inhi.

Jidħlu f’Dar l-Ewropa, ċentru ta’ tagħrif dwar l-UE li jeżisti f’ħafna bliet Ewropej, u jippruvaw uħud mil-logħbiet interattivi. Sofia ħerqana li titgħallem dwar il-petizzjonijiet li jiġu organizzati regolarment fil-livell tal-UE u tiffirma minnufih tnejn li jolqtu temi għal qalbha.

It-tlieta li huma joħorġu minn hemm ġew b’basket mimli rigali żgħar u b’nota mniżżla fil-kalendarju biex tfakkarhom imorru jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej.  

Semma’ leħnek

Jekk int ċittadin ta’ pajjiż tal-UE, għandek id-dritt li tieħu sehem attiv fil-ħajja politika tal-UE. Tista’ tikkontribwixxi għall-politiki u l-liġijiet tal-UE u tikkummenta dwarhom permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi, petizzjonijiet fil-livell tal-UE, u panels taċ-ċittadini.

Tista’ ssemma’ leħnek ukoll billi tivvota fl-elezzjonijiet fil-pajjiż fejn toqgħod u fl-elezzjonijiet Ewropej

Sħabu għadhom ma jafux, iżda Sven qed itella’ u jniżżel biex iġorr lejn Berlin biex jaħdem hemm.

Kieku xi wieħed mill-ikbar ħbieb tiegħu jmur miegħu, żgur li jkunlu ħafna aktar faċli u pjaċevoli biex jidra u jsib postu f’belt ġdida. Għalkemm dak li jara b’għajnejh kemm idumu hemm jogħġbu, irid jesperjenza x’għandhom x’joffru wkoll l-ibliet l-oħrajn li għadhom iridu jżuru.

Sven jaf li huwa privileġġ li, bħala ċittadin tal-UE, jista’ jaħdem u jgħix fejn irid fl-UE. Jinsab lest għall-avventura tiegħu, li se tippermettilu jorqod u jqum fil-kultura u l-istil ta’ ħajja ta’ pajjiż ieħor.

Min jaf? Jista’ jagħti l-każ li jiġġennen fuq id-destinazzjoni li jmiss tal-vjaġġ tagħhom: Praga! 

Xogħol f’pajjiż ieħor 

Miljuni ta’ ċittadin tal-UE jgħixu jew jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE. Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom id-dritt li jistudjaw, jaħdmu, jew jirtiraw fi kwalunkwe pajjiż tal-UE mingħajr il-bżonn ta’ permessi.

Fil-post tax-xogħol tiegħek barra minn pajjiżek, tgawdi l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż fejn jidħlu l-paga, is-saħħa u s-sikurezza, is-sigurtà soċjali, u t-taxxi. Barra minn hekk, il-ftehimiet bejn il-pajjiżi tal-UE biex jirrikonoxxu l-kwalifiki professjonali jagħmluha aktar faċli biex wieħed isib xogħol f’pajjiż ieħor tal-UE. 

Ix-xogħol f’pajjiż ieħor 