It-Trattat Euratom
It-Trattat Euratom
It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika
Ġew iffirmati żewġ trattati fil-25 ta’ Marzu 1957 – it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (KEEA jew l-Euratom).
Fost l-objettivi prinċipali tat-Trattat Euratom insibu:
- il-promozzjoni tar-riċerka u t-tixrid tal-informazzjoni teknika
- it-twaqqif ta’ standards uniformi ta’ sigurtà sabiex jiġu protetti l-ħaddiema pubbliċi u industrijali
- l-iffaċilitar tar-riċerka
- il-garanzija li l-materjali nukleari ċivili ma jintużawx għal skopijiet oħra, b’mod partikolari għal dak militari
Il-valur tal-Euratom jista’ jidher b’mod ċar fil-kuntest tat-tkabbir. L-enerġija nukleari kienet sors importanti ta’ enerġija għal ħafna pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant, iżda l-istandards tas-sikurezza fl-impjanti nukleari tagħhom u l-livell ta’ protezzjoni tal-pubbliku u tal-ħaddiema mhux dejjem kienu għoljin biżżejjed. Il-Euratom ipprovda l-kuntest għal appoġġ tal-UE.
- Iffirmat: f’Ruma (l-Italja) fil-25 ta’ Marzu 1957
- Dħul fis-seħħ: fl-1 ta’ Jannar 1958