L-interpretu
L-interpretu
Il-Parlament Ewropew iħaddem interpreti funzjonarji u interpreti esterni akkreditati, imsejħa ACIs.
Interpreti funzjonarji : madwar 275 interpretu huma mqassma f'24 kabina, waħda għal kull lingwa uffiċjali. Huma kollha għaddew mill-kompetizzjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).
Interpreti esterni akkreditati : interpreti indipendenti impjegati mill-PE skont il-bżonn. Huma jagħmlu parti minn "lista komuni interistituzzjonali"u huma kollha rnexxielhom jgħaddu minn test ta' akkreditazzjoni. Aktar minn nofs l-interpreti meħtieġa għas-sessjonijiet plenarji fi Strasburgu huma interpreti esterni akkreditati.
-
Aktar informazzjoni
Profil tal-interpretu
Għarfien tal-lingwi passivi
L-interpreti huma professjonisti li jrid ikollhom għarfien perfett tal-lingwi li jaħdmu minnhom (lingwi passivi).
Ħakma tal-lingwa attiva
Billi l-lingwa attiva hija l-istrument tax-xogħol tal-interpretu, huwa jrid iħaddimha b'mod perfett biex ikun jista' jesprimi d-differenzi rqaq kollha tal-lingwa.
Kultura ġenerali rikka ħafna u moħħ miftuħ
L-interpreti jridu jkunu dejjem aġġornati fl-għarfien tagħhom biex ikunu jistgħu jaħdmu fuq suġġetti varjati ħafna.
Kapaċità ta' adattament
L-interpreti jiffaċċjaw sitwazzjonijiet differenti u jridu jkunu kapaċi jinterpretaw kull tip ta' diskors. Huma kapaċi jrendu lura kull tip ta' diskors li ma jkunx inqara minn qabel, ikun xi jkun is-suġġett, il-kuntest, l-identità tal-parteċipanti u l-post fejn isir.