Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Kooperazzjoni Strutturata Permanenti dwar id-difiża u s-sigurtà (PESCO)

Kooperazzjoni Strutturata Permanenti dwar id-difiża u s-sigurtà (PESCO)

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONIJIET?

  • Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) bl-għan li żżid l-effettività tagħhom fl-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà u taħdem fuq integrazzjoni u tisħiħ aktar tal-kooperazzjoni fid-difiża ġol-UE. Din tistabbilixxi wkoll il-lista ta’ Stati Membri parteċipanti.
  • Id-Deċiżjoni (PESK) tal-2018/340 telenka l-proġetti kollaborattivi inizjali miftiehma li jkopru oqsma bħat-taħriġ, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u t-tħejjija operattiva.
  • PESCO kien stipulat għal-ewwel darba fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) f’Artikolu 42(6) u Artikolu 46, u f’Protokoll 10

PUNTI EWLENIN

Stati Membri Parteċipanti

B’kollox, 26 mis-27 Stat Membru għażlu li jagħmlu parti mill-PESCO: il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-sSovakkja, il-Finalndja u l-Iżvezja.

Objettivi

L-Istati Membri parteċipanti jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw proġetti biex:

  • itejbu t-taħriġ u l-eżerċizzji militari;
  • isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom, inkluż fiċ-ċiberspazju.

Filwaqt li l-parteċipazzjoni hija volontarja, id-deċiżjonijiet jibqgħu f’idejn l-Istati Membri individwali u l-karattru speċifiku tal-politiki ta’ sigurtà u ta’ difiża tagħhom jiġi kkunsidrat.

L-Istati Membri parteċipanti jaqblu li jikkooperaw biex jilħqu l-objettivi approvati fis-sigurtà u d-difiża, u jimpenjaw ruħhom għal impenji aktar vinkolanti fil-ħames oqsma li ġejjin, kif stipulat f’Artikolu 2 ta’ Protokoll 10 ta’ TFUE.

  • Investiment f’tagħmir ta’ difiża:
    • regolarment iżidu l-baġits relatati mad-difiża;
    • iżidu n-nefqa tal-investiment fid-difiża għal 20 % tan-nefqa totali tad-difiża;
    • iżidu proġetti konġunti u kollaborattivi ta’ kapaċità ta’ difiża strateġika;
    • iżidu l-infiq fuq ir-riċerka u t-teknoloġija tad-difiża għal 2% tan-nefqa totali tad-difiża.
  • L-armonizzazzjoni, il-ġbir tar-riżorsi u t-tnaqqis tad-duplikazzjoni:
    • ikollhom rwol sustanzjali fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet, konformi mal-ambizzjoni tal-UE;
    • jappoġġjaw rieżami annwali koordinat dwar id-difiża (CARD);
    • jinvolvu b’mod intensiv il-Fond Ewropew tad-Difiża, stabbilit taħt ir-Regolament (UE) 2021/697 (ara s-sommarju), fl-għoti ta’ kuntratti multinazzjonali;
    • ifasslu rekwiżiti armonizzati għall-proġetti kollha relatati mal-iżvilupp tal-kapaċità;
    • jikkunsidraw l-użu konġunt ta’ kapaċitajiet eżistenti;
    • iżidu l-kooperazzjoni fuq iċ-ċiberdifiża.
  • Titjib tad-disponibbiltà u skjerabbiltà:
    • jagħmlu disponibbli formazzjonijiet strateġikament skjerabbli;
    • jiżviluppaw bażi ta’ data ta’ kapaċitajiet lesti biex jiġu skjerati b’mod rapidu;
    • jimmiraw li jipprioritizzaw impenn politiku nazzjonali, possibbilment anki billi jirrevedu l-proċeduri nazzjonali tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
    • jipprovdu appoġġ għal persunal, tagħmir u taħriġ għall-operazzjonijiet u missjonijiet tal-politika komuni tas-sigurtà u difiża;
    • jikkontribwixxu sostanzjalment għall-gruppi tattiċi tal-UE;
    • jissimplifikaw u jistandardizzaw it-trasport militari transkonfinali għal skjerament rapidu;
    • jaqblu dwar il-kriterja ta’ evalwazzjoni u valutazzjoni komuni għall-gruppi tattiċi tal-UE man-NATO (Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana);.
    • jaqblu fuq standards tekniċi u operattivi komuni tal-forzi biex tkun żgurata l-interoperabilità man-NATO;
    • ikollhom rwol attiv fl-istrutturi prinċipali militari tal-azzjoni esterna tal-UE li diġà jeżistu u dawk futuri, bħal Eurocorps, iċ-Ċentru Ewropew tal-Koordinazzjoni tal-Moviment (MCCE) u Trasport bl-Ajru, Riforniment ta’ Fjuwil fl-Ajru u Skambji ta’ Servizzi oħra (Atares);
    • jaqblu dwar approċċ ambizzjuż għal finanzjament komuni ta’ operazzjonijiet u missjonijiet militari taħt il-politika tas-sikurtà u difiża komuni.
  • Għelib tan-nuqqasijiet tal-kapaċitajiet:
  • Utilizzazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-industrija tad-difiża:
    • jużaw l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża bħala l-forum għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet konġunti u jikkunsidraw l-Organizzazzjoni Konġunta għal Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti (OCCAR) għall-ġestjoni tal-programm.
    • jiżguraw li l-proġetti jagħmlu l-industrija tad-difiża Ewropea aktar kompetittiva permezz ta’ politika industrijali xierqa;
    • jiżguraw li programmi ta’ kooperazzjoni jkollhom impatt pożittiv fuq il-bażi Ewropea tad-difiża teknoloġika u industrijali.

L-Istati Membri għandhom jissottomettu pjanijiet nazzjonali ta’ implimentazzjoni li jelenkaw il-kapaċitajiet u l-volontà tagħhom biex jissodisfaw l-impenji.

F’Marzu 2018, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta rakkomandazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali PESCO li jkun ser jipprovdi direzzjoni u gwida strateġika għall-Istati Membri. Hu stabbilixxa wkoll kronoloġija għal ftehim dwar proġetti possibbli futuri u l-prinċipji prinċipali għal proġetti biex ikunu adottati mill-Kunsill sat-tmiem ta’ Ġunju 2018.

Emendi għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/340

Deċiżjoni (PESK) 2018/340 kienet emendata ħames darbiet.

  • Deċiżjoni (PESK) 2018/1797 aġġornat il-lista ta’ proġetti, u ġabet it-total għal 34.
  • Deċiżjoni (PESK) 2019/1909 aġġornat il-lista ta’ proġetti, u ġabet it-total għal 47.
  • Deċiżjoni (PESK) 2020/1746 aġġornat il-lista ta’ proġetti, u ġabet it-total għal 46 biex tirrifletti l-fatt li l-membri tal-proġett taċ-Ċentru ta’ Kompetenzi għall-Missjonijiet ta’ Taħriġ tal-Unjoni Ewropea kienu ddeċidew li jagħlqu l-proġett.
  • Deċiżjoni (PESK) 2021/2008 aġġornat il-lista ta’ proġetti, u ġabet it-total għal 60.
  • Deċiżjoni (PESK) 2023/995 aġġornat il-lista ta’ proġetti, u ġabet it-total għal 72.

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONIJIET?

  • Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 li tistabbilixxi l-PESCO ilha tapplika mill-.
  • Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 ilha tapplika mis-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal- li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti (ĠU L 331, , pp. 57–77).

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas- li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, , pp. 24–27).

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament

Top