X’tagħmel l-UE L-UE hija bbażata fuq il-valuri tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Dawn jinkludu d-dritt tat-tfal u l-protezzjoni ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tiggarantixxi dawn id-drittijiet ta’ kulħadd fl-UE, torbot lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, u lill-awtoritajiet nazzjonali meta jimplimentaw il-liġi tal-UE. Sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, l-UE ngħaqdet ukoll ma’ konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin, inkluża l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul). Id-drittijiet tal-bniedem huma fil-qofol tar-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi u reġjuni oħra. L-UE tippromwovi u tiddefendi b’mod attiv id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja, filwaqt li tintegra dawn il-prinċipji fil-kummerċ, il-kooperazzjoni u d-djalogu. L-għanijiet ewlenin ta’ din il-politika humail-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa, tat-tfal, tal-persuni b’diżabilità, tal-persuni Rom, ta’ minoranzi oħra u tal-persuni spostatitopponi l-piena tal-mewt, it-tortura, it-traffikar tal-bnedmin u d-diskriminazzjonitiddefendi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturalil-inklużjoni ta’ klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kummerċjali u ta’ kooperazzjoni kollhal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem. Oqsma ta’ azzjoniId-drittijiet fundamentali tiegħek fl-UEIl-garanzija tad-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd fl-UEL-ugwaljanza u l-inklużjoniIl-bini ta’ unjoni ta’ ugwaljanza fejn in-nies jistgħu jgħixu ħielsa mid-diskriminazzjoniId-drittijiet tat-tfalProtezzjoni u tħeħġġiġ tad-drittijiet tat-tfalAzzjoni esterna dwar id-drittijiet tal-bniedemPromozzjoni mad-dinja kollha tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem Kisbiet ewlenin Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, adottata fl-2000 u inkorporata fil-liġi tal-UE fl-2009, tiġbor flimkien id-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali f’dokument wieħed. Tapplika għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE u għall-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.L-UE għandha liġijiet b’saħħithom biex twaqqaf id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, ir-razza, ir-reliġjon, l-età, id-diżabilità, jew l-orjentazzjoni sesswali, u b’hekk tgħin biex l-Ewropa ssir aktar ġusta u aktar inklużiva.L-UE tappoġġa d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Hija ħolqot politiki u programmi biex tippromwovi dawn il-valuri, inkluż l-adozzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa.L-UE hija impenjata li ttejjeb il-ħajja tal-persuni b’diżabilità permezz tal-istrateġija għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2021–2030, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. L-UE għandha qafas b’saħħtu biex tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tat-tfal, inklużi miżuri biex tipproteġihom mill-vjolenza. Taħt il-lenti Adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ IstanbulF’Ottubru 2023, l-UE saret parti mill-Konvenzjoni ta’ Istanbul, li huwa trattat komprensiv immirat li jipprevjeni l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika u jiġġildilha. L-UE issa hija marbuta bi standards ambizzjużi u komprensivi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement, u fir-rigward tal-amministrazzjoni pubblika tagħha. Dan jinkludi l-finanzjament, il-politika u l-miżuri leġiżlattivi. L-aħħar aħbarijiet 4 Ġunju 2026EU Justice Scoreboard 2026 highlights the importance of independent bodies and effective justice systems4 Ġunju 20262026 Justice Scoreboard highlights importance of effective justice systems for EU competitiveness and Single Market29 Mejju 2026Statement by President von der Leyen with Hungarian Prime Minister MagyarAra kollox Avvenimenti 12Oct2020Konferenzi u summitsDigital high-level conference ‘EU Roma strategic framework for equality, inclusion and participation’ 2020-2030Online biss16Apr2021Dibattiti pubbliċiFriday 16 April: Online event:The EU and Human Rights - with EU Special Representative, Eamon GilmoreAra kollox Informazzjoni relatataLiġiKonsultazzjonijiet pubbliċi Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 3 Marzu 2026
L-UE hija bbażata fuq il-valuri tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Dawn jinkludu d-dritt tat-tfal u l-protezzjoni ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tiggarantixxi dawn id-drittijiet ta’ kulħadd fl-UE, torbot lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, u lill-awtoritajiet nazzjonali meta jimplimentaw il-liġi tal-UE. Sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, l-UE ngħaqdet ukoll ma’ konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin, inkluża l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul). Id-drittijiet tal-bniedem huma fil-qofol tar-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi u reġjuni oħra. L-UE tippromwovi u tiddefendi b’mod attiv id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja, filwaqt li tintegra dawn il-prinċipji fil-kummerċ, il-kooperazzjoni u d-djalogu. L-għanijiet ewlenin ta’ din il-politika humail-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa, tat-tfal, tal-persuni b’diżabilità, tal-persuni Rom, ta’ minoranzi oħra u tal-persuni spostatitopponi l-piena tal-mewt, it-tortura, it-traffikar tal-bnedmin u d-diskriminazzjonitiddefendi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturalil-inklużjoni ta’ klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet kummerċjali u ta’ kooperazzjoni kollhal-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.
L-ugwaljanza u l-inklużjoniIl-bini ta’ unjoni ta’ ugwaljanza fejn in-nies jistgħu jgħixu ħielsa mid-diskriminazzjoni
Azzjoni esterna dwar id-drittijiet tal-bniedemPromozzjoni mad-dinja kollha tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem
Adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ IstanbulF’Ottubru 2023, l-UE saret parti mill-Konvenzjoni ta’ Istanbul, li huwa trattat komprensiv immirat li jipprevjeni l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika u jiġġildilha. L-UE issa hija marbuta bi standards ambizzjużi u komprensivi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement, u fir-rigward tal-amministrazzjoni pubblika tagħha. Dan jinkludi l-finanzjament, il-politika u l-miżuri leġiżlattivi.
4 Ġunju 2026EU Justice Scoreboard 2026 highlights the importance of independent bodies and effective justice systems
4 Ġunju 20262026 Justice Scoreboard highlights importance of effective justice systems for EU competitiveness and Single Market
12Oct2020Konferenzi u summitsDigital high-level conference ‘EU Roma strategic framework for equality, inclusion and participation’ 2020-2030Online biss
16Apr2021Dibattiti pubbliċiFriday 16 April: Online event:The EU and Human Rights - with EU Special Representative, Eamon Gilmore