Tilwim familjari transfruntier - għall-professjonisti 

Il-Koordinatur jirrakkomanda kooperazzjoni aktar mill-qrib u fiduċja reċiproka bejn il-pajjiżi tal-UE fil-qasam tal-liġi transfruntiera tal-familja u jfittex li jippromwovi s-soluzzjoni bonarja meta jkun hemm tilwim familjari transfruntier, inkluż l-użu tal-medjazzjoni.

Il-Koordinatur jemmen li l-aċċess għall-pariri u għall-assistenza tal-esperti huwa kruċjali għal dawk involuti f'każijiet bħal dawn, u għalhekk qed jinvolvi ruħu b'mod attiv ma' esperti biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' networks tal-UE ta' speċjalisti.